<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0400404501.case.xml"><NO.CASE>C-102/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0102</NO.CELEX><NO.SEQ>0028.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-4047</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-4064</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20100429">29.4.2010</DATE> — KAWŻA C-102/09</LEFT><RIGHT>CAMAR</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-102/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mit-Tribunale di Firenze (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090220">20 ta’ Frar 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Camar Srl</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Presidenza del Consiglio dei Ministri</HT>,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta, J. Malenovský, T. von Danwitz (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-4048"?><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100211">11 ta’ Frar 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Camar Srl, minn W. Viscardini u G. Donà, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea minn L. Prete u A. Bordes, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-4049"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Afrikani u l-Madagaskar assoċjati ma’ din il-Komunità, iffirmata f’Yaoundé fl-<DATE ISO="19630720">20 ta’ Lulju 1963</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="P" DATE.PUB="1964" NO.OJ="093" PAGE.FIRST="1431">ĠU 1964, 93, p. 1431</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001" />l-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001" />), u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 5, dwar il-banana, anness mar-Raba’ Konvenzjoni AKP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-<DATE ISO="19891215">15 ta’ Diċembru 1989</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1991" NO.OJ="229" PAGE.FIRST="3">ĠU 1991, L 229, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002" />Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002" />).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ rikors għad-danni ppreżentat minn Camar Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003" />Camar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003" />), kontra l-Presidenza del Consiglio dei Ministri (Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri) minħabba danni li din il-kumpannija ssostni li hija ġarrbet minħabba ksur tad-dritt Komunitarju allegatament imwettaq mill-Corte suprema di cassazione (Qorti tal-Kassazzjoni).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4050"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-konvenzjonijiet internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé, li jagħmel parti mit-Titolu I tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004" />L-iskambji kummerċjali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004" />, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005" />Sabiex jippromwovu iktar skambji bejn l-Istati assoċjati u l-Istati Membri, u sabiex isaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi tagħhom u l-indipendenza ekonomika tal-Istati assoċjati u sabiex b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali, il-partijiet kontraenti għolja ftehmu dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin li jirregolaw ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006" />Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari previsti mill-konvenzjoni preżenti u b’mod partikolari dawk li jidhru fl-Artikolu 3 iktar ’il fuq, kull parti kontraenti hija pprojbita milli twettaq kull miżura jew prattika ta’ natura fiskali interna li tistabbilixxi direttament jew indirettament diskriminazzjoni bejn il-prodotti tagħha u l-prodotti simili li joriġinaw minn partijiet kontraenti oħra.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé ġiet issostitwita mill-Konvenzjoni ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Afrikani u l-Madagaskar assoċjati ma’ din il-Komunità, iffirmata f’Yaoundé fid-<DATE ISO="19690729">29 ta’ Lulju 1969</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1970" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="2">ĠU 1970, L 282, p. 2</REF.DOC.OJ>,<?PAGE NO="I-4051"?> iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007" />Tieni Konvenzjoni ta’ Yaoundé<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007" />). L-Artikolu 5 ta’ din tal-aħħar jipprovdi, fi kliem kważi identiċi għal dawk tal-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008" />Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari previsti mill-konvenzjoni preżenti, kull parti kontraenti hija pprojbita milli twettaq kull miżura jew prattika ta’ natura fiskali interna li tistabbilixxi direttament jew indirettament diskriminazzjoni bejn il-prodotti tagħha u l-prodotti simili li joriġinaw minn partijiet kontraenti oħra.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni AKP-KEE ta’ Lomé, iffirmata fit-<DATE ISO="19750228">28 ta’ Frar 1975</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1976" NO.OJ="025" PAGE.FIRST="2">ĠU 1976, L 25, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009" />l-Ewwel Konvenzjoni ta’ Lomé<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009" />), issostitwiet it-tieni Konvenzjoni ta’ Yaoundé. Il-punt 1 tal-Protokoll Nru 6, dwar il-banana, anness mal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Lomé, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010" />1.</NO.P><TXT>għall-esportazzjonijiet tiegħu tal-banana lejn il-Komunità, l-ebda Stat [tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP)] ma jista’ jitqiegħed, f’dak li jirrigwarda l-aċċess għas-swieq u għall-vantaġġi tas-suq, f’sitwazzjoni inqas favorevoli milli kellu preċedentement jew għandu attwalment<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010" />. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Bi kliem kważi identiċi, l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 5, dwar il-banana, anness mar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011" />Għall-esportazzjonijiet tiegħu tal-banana lejn il-Komunità, l-ebda Stat AKP ma jista’ jitqiegħed, f’dak li jirrigwarda l-aċċess għas-swieq u għall-vantaġġi tas-suq, f’sitwazzjoni inqas favorevoli minn dik li kien fiha preċedentement jew minn dik li qiegħed fiha attwalment<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011" />. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4052"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 4, dwar il-banana, anness mat-Tieni Konvenzjoni AKP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-<DATE ISO="19791031">31 ta’ Ottubru 1979</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1980" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="140">ĠU 1980, L 347, p. 140</REF.DOC.OJ>), u mat-Tielet Konvenzjoni AKP-KEE, iffirmata f’Lomé fit-<DATE ISO="19841208">8 ta’ Diċembru 1984</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1986" NO.OJ="086" PAGE.FIRST="3">ĠU 1986, L 86, p. 3</REF.DOC.OJ>), huwa wkoll miktub bi kliem kważi identiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(f) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KEE Nru 2/90, tas-<DATE ISO="19900227">27 ta’ Frar 1990</DATE>, dwar il-miżuri tranżitorji validi mill-<DATE ISO="19900301">1 ta’ Marzu 1990</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1990" NO.OJ="084" PAGE.FIRST="2">ĠU L 84, p. 2</REF.DOC.OJ>), u skont l-Artikolu 1 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 714/90, tal-<DATE ISO="19900305">5 ta’ Marzu 1990</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/90 (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1990" NO.OJ="084" PAGE.FIRST="1">ĠU L 84, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-Protokoll Nru 5, dwar il-banana, anness mar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé beda japplika mill-<DATE ISO="19900301">1 ta’ Marzu 1990</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 986/1964, tad-<DATE ISO="19641009">9 ta’ Ottubru 1964</DATE> (GURI Nru 264, tas-<DATE ISO="19641027">27 ta’ Ottubru 1964</DATE>) stabbilixxiet taxxa nazzjonali fuq il-konsum tal-banana friska. Din il-liġi tħassret bil-Liġi Nru 428/1990, tad-<DATE ISO="19901229">29 ta’ Diċembru 1990</DATE> (GURI Nru 10, tat-<DATE ISO="19910112">12 ta’ Jannar 1991</DATE>). Matul is-snin, l-ammont ta’ din it-taxxa kien żdied progressivament u, fil-mument tat-tneħħija ta’ din it-taxxa, kien jammonta għal ITL 525 għal kull kilogramm. F’dak iż-żmien ma kinitx teżisti taxxa fuq il-konsum tal-frott prodott tradizzjonalment fl-Italja.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Camar ikkontestat, fil-kuntest ta’ żewġ proċeduri, it-taxxa li nġabret mingħandha skont il-Liġi Nru 986/1964 fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ banana li oriġinat mis-Somalja. Dawn il-proċeduri ngħalqu permezz ta’ żewġ sentenzi tal-Corte suprema di cassazione.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4053"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fir-rikors sussegwenti tagħha quddiem it-Tribunale di Firenze (Tribunal ta’ Firenze), Camar issostni li l-Corte suprema di cassazione kisret id-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 234 KE, billi ċaħdet ir-rikorsi pprezentati quddiemha mingħajr ma għamlet ċerti domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Minn informazzjoni pprovduta minn Camar waqt is-seduta jirriżulta li l-importazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali seħħew wara l-<DATE ISO="19900301">1 ta’ Marzu 1990</DATE>. F’dak iż-żmien il-produzzjoni Taljana tal-banana kienet dgħajfa ħafna, jekk mhux saħansitra ineżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>It-Tribunale di Firenze jindika li l-eżami tal-kompatibbiltà tal-Liġi Nru 986/1964 mal-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjonijiet internazzjonali msemmija fil-punti 3 sa 8 ta’ din is-sentenza għandu natura preliminari fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-fondatezza tar-rikors għad-danni ppreżentat quddiemu minn Camar. Huwa jqis li dan l-eżami jqajjem kwistjonijiet ta’ dritt ikkumplikati li għadhom ma ġewx deċiżi kompletament mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale di Firenze ssospenda l-proċeduri u għamel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012" />1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé jipprekludi l-introduzzjoni minn Stat Membru ta’ taxxa interna fuq banana li toriġina mis-Somalja, li mhijiex applikata għall-banana nazzjonali (li l-produzzjoni tagħha hija kompletament ineżistenti jew irrelevanti) u mhux applikabbli għall-ebda tip ieħor ta’ frott nazzjonali?</TXT><?PAGE NO="I-4054"?><P>F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti:</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-[Protokoll dwar il-banana] anness mal-Konvenzjoni ta’ Lomé li dak iż-żmien kien fis-seħħ jipprekludi l-ġbir ta’ taxxa inkompatibbli mal-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé għall-importazzjonijiet fl-Italja ta’ banana Somala li saru fl-1990, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-imsemmi protokoll u tal-protokolli analogi annessi mal-Konvenzjonijiet ta’ Lomé preċedenti, kif ukoll tal-Artikolu 5 tat-Tieni Konvenzjoni ta’ Yaoundé?</TXT><P>F’każ ta’ risposta fin-negattiv:</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Għandu jkun ikkunsidrat li l-Protokolli dwar il-Banana annessi mal-Konvenzjonijiet ta’ Lomé pprekludu ż-żidiet ta’ taxxa bħat-taxxa Taljana ta’ konsum fuq il-banana li toriġina mis-Somalja wara l-<DATE ISO="19760401">1 ta’ April 1976</DATE> indipendentement mill-effett konkret ta’ tali żidiet fuq l-esportazzjoni tal-imsemmija banana?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012" /></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé kienx jipprekludi l-introduzzjoni ta’ taxxa bħal dik stabbilita mil-Liġi Nru 986/1964, b’tali mod li, anki wara li l-konvenzjonijiet ta’ Yaoundé ma baqgħux japplikaw, taxxa fuq l-importazzjoni tal-<?PAGE NO="I-4055"?>banana li toriġina minn Stat assoċjat ma tistax tinġabar minn Stat Membru skont tali liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi eżaminat, qabel kollox, jekk l-Artikolu 14 kienx jipprekludi l-intaxxar minn Stat Membru, skont liġi bħal-Liġi Nru 986/1964, tal-konsum tal-banana mis-Somalja fiż-żmien meta ġiet introdotta din il-miżura. Għal dan il-għan, hemm lok li tiġi eżaminata l-portata tal-imsemmi Artikolu 14 mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġi ddeterminat jekk din id-dispożizzjoni għandhiex effett dirett. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-kliem tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju qiegħda tistaqsi dwar il-portata tal-imsemmi artikolu, b’mod indipendenti mill-effett dirett eventwali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé, kull parti kontraenti hija pprojbita milli twettaq kull miżura jew prattika ta’ natura fiskali interna li tistabbilixxi direttament jew indirettament diskriminazzjoni bejn il-prodotti tagħha u l-prodotti simili li joriġinaw minn partijiet kontraenti oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-produzzjoni tal-banana fl-Italja kienet minima ħafna, jekk mhux saħansitra ineżistenti, fiż-żmien rilevanti fil-kawża prinċipali u għandha għaldaqstant tiġi mwarrba. Għaldaqstant, in-natura ta’ xebh li fuqha hija fondata, skont il-formulazzjoni tagħha, il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé għandha tiġi evalwata fil-konfront tal-frott li jittiekel ta’ produzzjoni tipikament nazzjonali fl-Istat Membru kkonċernat (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<DATE ISO="19870507">7 ta’ Mejju 1987</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="184/85" PAGE.ECR="2013" YEAR="1987">184/85, Ġabra p. 2013</REF.DOC.ECR>, punt 8).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tiddeċiedi dwar ix-xebh bejn il-banana u l-frott għad-deżerta ieħor ta’ produzzjoni Taljana fil-kuntest ta’ kawżi li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 95 tat-Trattat KEE (li sar l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 95 tat-Trattat KE, li dan stess sar l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE). Hija ddeċidiet li dawn iż-żewġ kategoriji ta’<?PAGE NO="I-4056"?> prodotti mhumiex simili fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 95 tat-Trattat KEE peress li għandhom karatteristiċi differenti u ma jissodisfawx l-istess bżonnijiet tal-konsumaturi (ara s-sentenzi Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punti 9 u 10, kif ukoll tas-<DATE ISO="19870517">17 ta’ Mejju 1987</DATE>, Cooperativa Co-Frutta, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="193/85" PAGE.ECR="2085" YEAR="1987">193/85, Ġabra p. 2085</REF.DOC.ECR>, punti 17 u 18).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-kwalitajiet organolettiċi kif ukoll il-kontenut tal-ilma tal-imsemmija kategoriji ta’ prodotti huma differenti u li l-banana hija kkunsidrata, għall-inqas fis-suq Taljan, bħala prodott tal-ikel partikolarment nutrittiv, li jagħti enerġija u li huwa ferm adegwat sabiex jingħata lit-tfal (sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 10).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Camar mhijiex qiegħda tikkontesta din l-evalwazzjoni tal-fatti. Għall-kuntrarju, hija tinvoka argumenti favur interpretazzjoni iktar wiesgħa tal-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé fil-konfront ta’ dik li għandha tingħata, fid-dawl tas-sentenzi msemmija iktar ’il fuq, lill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, Camar tqis li l-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé għandu jiġi interpretat bħala li jipprojbixxi mhux biss taxxa diskriminatorja ta’ prodotti simili, iżda wkoll, bħala sunt tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 90 KE, kull forma ta’ protezzjoniżmu fiskali indirett favur il-prodotti nazzjonali li jinsabu f’relazzjoni ta’ kompetizzjoni mal-prodotti importati. Interpretazzjoni tal-imsemmi Artikolu 14 fis-sens li jippreżumi li l-prodotti importati għandhom l-istess karatteristiċi bħall-prodotti nazzjonali ċċaħħad lil din id-dispożizzjoni minn kull effettività peress li l-prodotti tal-pajjiżi Afrikani previsti mill-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé huma kollha prodotti tropikali, li għandhom karatteristiċi differenti fil-konfront tal-prodotti tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni proposta minn Camar ma ssib l-ebda sostenn fil-formulazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni sempliċement tipprovdi projbizzjoni ta’ taxxa<?PAGE NO="I-4057"?> diskriminatorja ta’ prodotti simili bi kliem simili għal dawk tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE. Skont il-ġurisprudenza li tirrigwarda din id-dispożizzjoni tal-aħħar, huwa stabbilit li l-prodotti simili għal dawk li għalihom hija valida din il-projbizzjoni huma prodotti li għandhom karatteristiċi analogi u li jissodisfaw l-istess bżonnijiet tal-konsumaturi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punti 9 u 10).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, li kieku l-Komunità u l-Istati Afrikani u l-Madagaskar assoċjati magħha xtaqu jirregolaw il-problema tat-taxxi interni li jirrigwardaw prodotti li mhumiex simili iżda li jinsabu f’relazzjoni ta’ kompetizzjoni, huma kienu jadottaw, minflok dispożizzjoni simili biss għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE, dispożizzjoni simili wkoll għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 90 KE (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="19951212">12 ta’ Diċembru 1995</DATE>, Chiquita Italia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-469/93" PAGE.ECR="I-4533" YEAR="1995">C-469/93, Ġabra p. I-4533</REF.DOC.ECR>, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>B’hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé proposta minn Camar ma tistax tiġi kkonċiljata mal-kliem ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat ukoll jekk il-finalità tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé teħtieġx li l-Artikolu 14 tagħha, minkejja l-kliem limitati tiegħu, jiġi interpretat bħala li jkopri wkoll il-miżuri fiskali interni analogi għal dawk ipprojbiti mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 90 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li interpretazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé li tmur lil hinn mit-termini tiegħu mhijiex, b’mod kuntrarju għal dak li ssostni Camar, neċessarja sabiex tiġi assigurata l-effettività tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, hemm lok li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013" />prodotti simili<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013" /> ma jiġux interpretati fis-sens li jeħtieġu li l-prodotti jkunu identiċi iżda biss fis-sens li jeskludu l-prodotti li għandhom<?PAGE NO="I-4058"?> karatteristiċi differenti u li ma jissodisfawx l-istess bżonnijiet tal-konsumaturi, hekk kif ġie mfakkar fil-punt 20 ta’ din is-sentenza. Minn dan jirriżulta li lanqas il-prodotti tipikament tropikali ma jistgħu jiġu kkunsidrati, b’mod ġenerali, bħala prodotti li mhumiex simili fil-konfront tal-prodotti li joriġinaw mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé jkopri, skont il-kliem tiegħu, il-prodotti li joriġinaw mill-partijiet kontraenti b’mod ġenerali, mingħajr ma jillimita ruħu għall-prodotti tropikali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tieni nett, f’kuntest iktar wiesa’, għandu jiġi kkonstatat li interpretazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé li tattribwixxi lil dan l-artikolu portata li tinkludi wkoll il-projbizzjoni ta’ miżuri fiskali interni bħal dawk previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 90 KE ma tistax tintlaqa’. Fil-fatt, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet huma bbażati fuq żewġ għanijiet differenti, b’tali mod li ma jistgħux jiġu ekwiparati permezz tal-interpretazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 90 KE għandu l-għan li jiżgura l-moviment liberu tal-merkanzija bejn l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali, permezz tal-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ protezzjoniżmu li tista’ tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ taxxi interni diskriminatorji fir-rigward ta’ prodotti li joriġinaw minn Stat Membri oħra u li jiżgura n-newtralità perfetta tat-taxxi interni fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti nazzjonali u l-prodotti importati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 7).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet tat-Trattat kif elenkati fl-Artikoli 2 KE, 3 KE u 14 KE, li fosthom jidher, l-ewwel nett, l-istabbiliment ta’ suq intern li fih il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital huma żgurati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19880225">25 ta’ Frar 1988</DATE>, Drexl, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="299/86" PAGE.ECR="1213" YEAR="1988">299/86, Ġabra p. 1213</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4059"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-għanijiet li fuqhom huwa bbażat l-Artikolu 90 KE huma nieqsa mill-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé. Fil-fatt, skont l-Artikolu 1 tagħha, li, bħall-Artikolu 14 tagħha, jagħmel parti mit-Titolu I intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014" />L-iskambji kummerċjali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014" />, l-għan ta’ din il-konvenzjoni huwa li tippromwovi iktar skambji bejn l-Istati assoċjati u l-Istati Membri, li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet ekonomiċi tagħhom u l-indipendenza ekonomika tal-Istati assoċjati u li b’hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-konklużjoni li l-għan tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé ma jeżiġix li ssir interpretazzjoni tal-Artikolu 14 tagħha li tmur lil hinn mill-kliem tiegħu, interpretazzjoni li tattribwixxi lil din id-dispożizzjoni portata analoga għal dik tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 90 KE hija, barra minn hekk, sostnuta mill-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet kważi identiċi għall-imsemmi Artikolu 14 mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ kawżi dwar ftehim intiżi għall-ħolqien ta’ sistema ta’ kummerċ ħieles. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li dawn id-dispożizzjonijiet jissuġġettaw lill-partijiet kontraenti għal regola ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam fiskali li hija suġġetta biss għall-konstatazzjoni tan-natura simili tal-prodotti kkonċernati minn sistema ta’ taxxa partikolari (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19821026">26 ta’ Ottubru 1982</DATE>, Kupferberg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="104/81" PAGE.ECR="3641" YEAR="1982">104/81, Ġabra p. 3641</REF.DOC.ECR>, punt 26, kif ukoll tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, Texaco u Olieselskabet Danmark, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-114/95+C-115/95" PAGE.ECR="I-4263" YEAR="1997">C-114/95 u C-115/95, Ġabra p. I-4263</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Tant hu hekk li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet espressament li l-portata ta’ dispożizzjoni ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles analoga għall-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé hija limitata għall-projbizzjoni ta’ taxxa diskriminatorja ta’ prodotti simili. Fil-fatt, fir-rigward tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Portugiża, iffirmat fi Brussell fit-<DATE ISO="19720722">22 ta’ Lulju 1972</DATE>, konkluż u approvat, f’isem il-Komunità, bir-Regolament tal-Kunsill Nru 2844/72, tad-<DATE ISO="19721219">19 ta’ Diċembru 1972</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1972" NO.OJ="301" PAGE.FIRST="164">ĠU L 301, p. 164</REF.DOC.OJ>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 42 tas-sentenza Kupferberg, iċċitata iktar ’il fuq, li n-nuqqas ta’ applikazzjoni minn Stat Membru, fuq prodotti li joriġinaw mill-pajjiż terz ikkonċernat, ta’ tnaqqis ta’ taxxa previst għal ċerti gruppi ta’ produtturi jew tipi ta’ prodotti ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni fis-sens tal-imsemmi Artikolu 21 jekk fis-suq tal-Istat Membru kkonċernat ma jeżisti ebda prodott simili li kien effettivament ibbenifika minn dan it-tnaqqis.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4060"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż li l-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé hija limitata, skont il-kliem ta’ dan l-artikolu, għall-impożizzjoni ta’ taxxa diskriminatorja fuq prodotti simili, u għaldaqstant ma tinkludix il-prodotti li mhumiex simili li jinsabu f’relazzjoni ta’ kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal qabel, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda magħmula tkun li l-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé ma jipprekludix l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq banana li toriġina mis-Somalja, bħal dik stabbilita mil-Liġi Nru 986/1964.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, m’hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-applikazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015" />standstill<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015" /> li tinsab fil-protokolli dwar il-banana annessi mal-konvenzjonijiet ta’ Lomé tippreżumix eżami tal-effetti konkreti taż-żidiet ta’ taxxa bħal dik stabbilita mil-Liġi Nru 986/1964, sabiex tiġi ddeterminata l-kompatibbiltà ta’ dawn iż-żidiet ma’ tali klawżola.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju ma indikatx għal liema konvenzjoni ta’ Lomé għandha l-intenzjoni tirriferi, għandu jiġi ddeterminat, qabel kollox, liema waħda mill-erba konvenzjonijiet ta’ Lomé għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali. F’dan ir-rigward, mill-informazzjoni pprovduta minn Camar waqt is-seduta jirriżulta li l-importazzjonijiet li huma fl-oriġini tal-ġbir<?PAGE NO="I-4061"?> tat-taxxa kkontestata f’din il-kawża seħħew sussegwentement għall-<DATE ISO="19900301">1 ta’ Marzu 1990</DATE>. Peress li, skont l-Artikolu 2(1)(f) tad-Deċiżjoni Nru 2/90 u skont l-Artikolu 1 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 714/90, il-Protokoll Nru 5, dwar il-banana, anness mar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé beda japplika mill-<DATE ISO="19900301">1 ta’ Marzu 1990</DATE>, hemm għalhekk lok li jsir riferiment għal din il-konvenzjoni tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-imsemmi protokoll jieħu l-forma ta’ klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016" />standstill<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016" />. Din id-dispożizzjoni hija intiża, fi kliem ieħor, sabiex tiżgura l-aċċess tal-banana ġejja minn Stati AKP lejn is-swieq tradizzjonali tagħhom taħt kundizzjonijiet u skont modalitajiet li mhumiex inqas favorevoli minn dawk validi fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tagħha. Madankollu, din il-garanzija ta’ aċċess tibbenifika biss lill-banana ġejja mill-Istati AKP sal-massimi tal-kwantitajiet importati meta daħlet fis-seħħ l-imsemmija dispożizzjoni (sentenza Chiquita Italia, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>L-ewwel tliet konvenzjonijiet ta’ Lomé kien fihom kollha klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017" />standstill<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017" /> ifformulata bi kliem simili għal dawk użati fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 5, dwar il-banana, anness mar-Raba Konvenzjoni ta’ Lomé (sentenza Chiquita Italia, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62). Peress li l-Ewwel Konvenzjoni ta’ Lomé daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="19760401">1 ta’ April 1976</DATE>, din id-data tikkostitwixxi l-punt ta’ referenza għall-applikazzjoni tal-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018" />standstill<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018" /> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Chiquita Italia, iċċitata iktar ’il fuq, punt 63).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk l-importazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali kinux jikkonċernaw banana importata sal-massimu tal-kwantitajiet importati meta daħlet fis-seħħ l-Ewwel Konvenzjoni ta’ Lomé, fl-<DATE ISO="19760401">1 ta’ April 1976</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar preċiż, tad-domanda tal-qorti tar-rinviju li tirrigwarda l-eżami li għandu jitwettaq sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ żidiet ta’ taxxa<?PAGE NO="I-4062"?> bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019" />standstill<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019" /> stabbilita fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 5, dwar il-banana, anness mar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé, għandu jiġi kkonstatat li tali żidiet jirriżultaw f’żieda fil-prezz tal-banana kkonċernata u, għaldaqstant, f’iktar diffikultajiet għall-kummerċ fis-suq inkwistjoni (sentenza Chiquita Italia, iċċitata iktar ’il fuq, punt 60). Għaldaqstant, l-eżami ta’ tali żieda mill-perspettiva ta’ din il-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020" />standstil<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020" /> normalment ma jippreżumix l-eżami tal-effetti konkreti ta’ din iż-żieda fuq l-importazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tal-ipoteżi, diskussa mill-partijiet, fejn dawn iż-żidiet ikunu intiżi biss sabiex tiġi adattata taxxa bħal dik stabbilita mil-Liġi Nru 986/1964 fil-konfront tal-inflazzjoni, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-imsemmija klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021" />standstill<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021" /> għandha bħala għan li jiġi evitat li l-esportazzjonijiet tal-banana jitqiegħdu f’pożizzjoni inqas favorevoli fil-konfront tas-sitwazzjoni preċedenti f’dak li jirrigwarda l-aċċess għas-swieq tradizzjonali tagħhom u l-vantaġġi tagħhom f’dawn is-swieq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Chiquita Italia, iċċitata iktar ’il fuq, punt 63), b’tali mod li hija relatata mas-sitwazzjoni reali fis-swieq.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, iż-żidiet ta’ taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inkwantu dawn huma limitati għall-aġġustament ta’ din it-taxxa fil-konfront tal-inflazzjoni, sabiex tinżamm taxxa effettiva tal-prodott fuq livell kostanti, mhumiex kuntrarji għall-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 5, dwar il-banana, anness mar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, hemm lok li r-risposta għat-tielet domanda tkun li l-qorti nazzjonali mhijiex marbuta teżamina l-effetti konkreti taż-żidiet ta’ taxxa fuq l-importazzjoni tal-banana li toriġina mis-Somalja, bħal dik stabbilita mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-konfront tas-sitwazzjoni preċedenti għall-<DATE ISO="19760401">1 ta’ April 1976</DATE> sabiex tevalwa l-kompatibbilta ta’ dawn iż-żidiet mal-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022" />standstill<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022" /> li tinsab fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 5, dwar il-banana, anness<?PAGE NO="I-4063"?> mar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé. Madankollu, żidiet ta’ tali taxxa li sempliċement jaġġustawha fil-konfront tal-inflazzjoni mhumiex kuntrarji għal din il-klawżola.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla), taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Afrikani u l-Madagaskar assoċjati ma’ din il-Komunità, iffirmata f’Yaoundé fl-<DATE ISO="19630720">20 ta’ Lulju 1963</DATE>, ma jipprekludix l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq banana li toriġina mis-Somalja, bħal dik stabbilita mil-Liġi Nru 986/1964, tad-<DATE ISO="19641009">9 ta’ Ottubru 1964</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-qorti nazzjonali mhijiex marbuta teżamina l-effetti konkreti taż-żidiet ta’ taxxa fuq l-importazzjoni tal-banana li toriġina mis-Somalja, bħal dik stabbilita mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-konfront tas-sitwazzjoni preċedenti għall-<DATE ISO="19760401">1 ta’ April 1976</DATE> sabiex tevalwa l-kompatibbilta ta’ dawn iż-żidiet mal-klawżola ta’</HT> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023" /><HT TYPE="BOLD">standstill</HT><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023" /> <HT TYPE="BOLD">li tinsab fl-Artikolu 1 tal-Protokoll<?PAGE NO="I-4064"?> Nru 5, dwar il-banana, anness mar-Raba’ Konvenzjoni AKP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-<DATE ISO="19891215">15 ta’ Diċembru 1989</DATE>. Madankollu, żidiet ta’ tali taxxa li sempliċement jaġġustawha fil-konfront tal-inflazzjoni mhumiex kuntrarji għal din il-klawżola.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>
