01992R0509 — MT — 04.06.2013 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 509/92

tat-28 ta’ Frar 1992

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

(ĠU L 055 29.2.1992, p. 80)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) nru 936/1999 tas-27 ta’ April 1999

  L 117

9

5.5.1999

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 705/2005 tal-4 ta’ Mejju 2005

  L 118

18

5.5.2005

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 441/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013

  L 130

1

15.5.2013




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 509/92

tat-28 ta’ Frar 1992

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda



Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Informazzjoni vinkolanti tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri li mhumiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jintalbu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/90 għal perjodu ta’ tlett xhur mid-detentur jekk il-kuntratt vinkolanti kien konkluż kif mistenni fl-Artikolu 14(3)(a) jew (b) tar-Regolament (KEE) Nru 1715/90.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-ĠurnaJ Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS



Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti

Il-kodiċi tal- klassifikazzjoni tan-NM

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.  Il-prodott, li jikkonsisti minn taħlita ta’ residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrun (madwar 40 %), residwi mill-estrazzjoni taż-żejt mill-mikrobi tal-qamħirrun bil-metodu tat-tixrib (madwar 30 %) u residwi tad- distillazzjoni ta’ l-alkoħol mill-qamħirrun (“distillati mill-qamħa”) (madwar 30 %), li jippreżenta l-karatteristiċi analitiċi li ġejjin, toqol ta’ materja xotta:



—  lamtu

18 %

stabbilit skond il-metodu ►M3  stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness III, il-parti L ◄

—  proteini (N × 6,25)

28 %

stabbilit skond il-metodu ►M3  stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness III, il-parti C ◄

—  xaħmijiet

4,4 %

stabbiliti skond ►M3  il-metodu stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness III, il-parti H ◄

Huwa wżat fl-għalf ta’ l-annimali.

 

 

2309 90 41

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid- dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall- interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, min-nota addizzjonali 1 tal-kapitolu 23 u mit- testi tal-kodiċijiet tan-NM 2309 , 2309 90 u 2309 90 41 .

2.  Preparazzjoni li tikkonsisti l-aktar minn taħlita ta’ madwar 60 % calcium hydrogen-orthophosphate (dicalcium phosphate), bħala toqol, u madwar 40 % calcium bis (dihydrogenorthophosphate) (monocalcium phosphate), bħala toqol, użata fl-għalf ta’ l-annimali.

►M3  2309 90 96  ◄

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid- dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall- interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2309 , 2309 90 u ►M3  2309 90 96  ◄ (ara wkollin-Noti ta’Spjegazzjoni ta’ l-HS, l-intestatura 23.09, parti II. Ċ).

(1)   ĠU L 123, tad-29.5.1972, p. 6.

(2)   ĠU L 15, tat-18.1.1984, p. 28.