<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-156/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0156</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:677">EU:C:2019:677</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>22</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>22</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pitruzzella – Kawża C‑156/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Köln-Aktienfonds Deka</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pitruzzella</HT></P><P>ippreżentati fil‑<DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑156/17</HT></P><P>Köln-Aktienfonds Deka</P><P>vs</P><P>Staatssecretaris van Financiën,</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P>Nederlandse Orde van Belastingadviseurs,</P><P>Loyens en Loeff NV</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi)</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet –Taxxa fuq id-dividendi mħallsa lill-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)</KEYWORD><KEYWORD>Ċaħda tat-talbiet għal rimbors imressqa minn UCITS mhux residenti, tat-taxxa fuq id-dividendi miżmuma fuq dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti rikjesti milll-azzjonisti tal-UCITS</KEYWORD><KEYWORD>Prova tal-osservanza tar-rekwiżiti</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni indiretta</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ fatt tas-suq nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ tqassim mill-ġdid tad-dividendi</KEYWORD><KEYWORD>Setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Impossibbiltà jew diffikultà eċċessiva sabiex jiġi ssodisfatt l-obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-UCITS mhux residenti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà mal-moviment liberu tal-kapital previst mill-Artikolu 63 TFUE ta’ diversi elementi tas-sistema Olandiża ta’ taxxa fuq l-impriżi ta’ investiment fiskali kollettiv (“iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>UCFI<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni teżamina l-kompatibbiltà ta’ ċerti elementi ta’ din is-sistema, fil-verżjoni fis-seħħ f’dak iż-żmien, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Orange European Smallcap Fund</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑194/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:289">EU:C:2008:289</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-domandi preliminari li huma s-suġett ta’ din il-kawża ġew magħmula fil-kuntest ta’ tilwima li qamet bejn Köln-Aktienfonds Deka (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>KA Deka<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>UCITS<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) stabbilita fil-Ġermanja, u l-awtoritajiet fiskali tal-Pajjiżi l-Baxxi rigward iċ-ċaħda minn dawn tal-aħħar tat-talbiet imressqa minn KA Deka sabiex tirċievi r-rimbors, konformement mal-leġiżlazzjoni rigward l-UCFI, tat-taxxa fuq id-dividendi miżmuma kontriha fuq id-dividendi minn ishma ta’ kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi mħallsa lilha bejn l‑2002 u l‑2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Wara l-irtirar tal-ewwel domanda preliminari mill-qorti tar-rinviju minħabba l-għoti tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, Fidelity Funds <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑480/16, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fidelity Funds<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:480">EU:C:2018:480</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), it-talba għal deċiżjoni preliminari issa tirrigwarda biss il-kompatibbiltà mal-Artikolu 63 TFUE tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni maż-żewġ kundizzjonijiet previsti minnha sabiex<?PAGE NO="2"?> wieħed ikun jista’ jibbenefika mis-sistema tal-UCFI, li jridu jiġu ssodisfatti sabiex jiġi rrikonoxxut ir-rimbors tat-taxxa miżmuma fuq id-dividendi: minn naħa waħda, ċerti rekwiżiti relatati mal-azzjonisti tal-UCITS li jixtiequ jibbenefikaw minn din is-sistema u, min-naħa l-oħra, l-obbligu li jitqassmu mill-ġdid il-profitti miksuba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Din il-kawża tqajjem kwistjonijiet importanti u delikati ta’ koordinazzjoni bejn, minn naħa, is-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istati Membri li tfisser, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fil-libertà li jiġu previsti r-rekwiżiti meqjusa neċessarji sabiex wieħed jibbenefika minn sistema fiskali u, min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit li jiġi ggarantit ir-rispett lejn il-libertajiet fundamentali previsti mit-Trattat FUE u, b’mod partikolari, il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Is-sistema ġuridika u fiskali relatata mal-UCFI fid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi hija rregolata, prinċipalment, mill-Artikolu 28 tal-Wet op de vennootschapsbelasting 1969 (il-Liġi tal‑1969 dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Wet Vpb<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), artikolu li sarulu emendi sostanzjali fl‑2007, u mill-Artikolu 10(2) tal-Wet op de dividendbelasting (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dividendi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-għan imfittex minn din is-sistema huwa dak li jiġu assimilati, għall-għanijiet ta’ taxxa fil-Pajjiżi l-Baxxi, id-detenturi a’ azzjonijiet jew ta’ ishma ta’ UCFI mal-persuni fiżiċi li jwettqu investimenti diretti. Is-sistema msemmija tfittex li tassimila bl-iktar mod possibbli l-pressjoni fiskali fuq id-dħul miksub mill-investimenti magħmula mill-UCFI mal-pressjoni fiskali fuq id-dħul miksub minn investimenti diretti magħmula minn investituri privati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq dan l-għan, mid-deċiżjoni tar-rinviju tal-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) jirriżulta li d-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi, kif kien fis-seħħ fil-perijodu rilevanti għall-kawża prinċipali, kien ippreveda s-sistema ġuridika u fiskali tal-UCFI kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, konformement mal-Artikolu 28(2) tal-Wet Vpb, fil-verżjoni fis-seħħ fil-perijodu ta’ bejn l‑2002 u l‑2006, setgħu jikklassifikaw bħala UCFI l-kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata, il-kumpanniji b’responsabbiltà limitata u l-fondi speċjali ta’ investiment li ġew stabbiliti, fil-Pajjiżi l-Baxxi, li l-għan u l-attività effettiva tagħhom kienu jikkonsistu f’investimenti patrimonjali u li kienu ssodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istess paragrafu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Wara l-emendi leġiżlattivi introdotti fl‑2007, minn naħa, il-kundizzjoni relatata mal-post ta’ stabbiliment tneħħiet u, min-naħa l-oħra, minflok il-lista eżawrjenti tal-forom ġuridiċi li kellhom jittieħdu sabiex jista’ jkun hemm klassifika bħala UCFI, ġiet introdotta dispożizzjoni li skontha jistgħu jitolbu din il-klassifika ta’ UCFI l-entitajiet ikkostitwiti konformemnt mad-dritt ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, bil-kundizzjoni li dawn l-entitajiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>jinsabu madankollu fl-istess sitwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>jkunu komparabbli kemm skont in-natura tagħhom u skont l-organizzazzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> mal-kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata, mal-kumpanniji b’responsabbiltà limitata u mal-fondi speċjali ta’ investiment tad-dritt Olandiż.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-UCFI kienu – u huma sa issa – suġġetti għal rata ta’ taxxa fuq il-kumpanniji li hija ekwivalenti għal żero, jiġifieri hija ekwivalenti għal eżenzjoni minn din it-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>It-tielet nett, meta UCFI kelha ishma f’kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi u kienet tikseb dividendi minn dawn il-kumpanniji, din setgħet titlob ir-rimbors tat-taxxa Olandiża fuq id-dividendi miġbura mingħandha f’ras il-għajn mill-kumpanniji li qassmu d-dividendi. Meta, madankollu, UCFI kienet tirċievi dividendi minn kumpanniji stabbiliti f’pajjiżi oħra li fihom dawn kienu suġġetti għal taxxa, hija kellha dritt għal kumpens. Dawn ir-rekwiżiti għadhom sa issa fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, l-UCFI kienu – u huma sa issa – obbligati li jqassmu lill-azzjonisti jew lill-parteċipanti tagħhom il-profitti miksuba kollha (kemm id-dividendi kif ukoll tipi oħra ta’ profitti) li jistgħu jiġu mqassma, u dan fi żmien tmien xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja relattiva (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>obbligu ta’ tqassim mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>L-Artikolu 28(2)(b) tal-Wet Vbp.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-ħames nett, meta kienu jqassmu d-dividendi lill-azzjonisti jew lill-parteċipanti tagħhom, l-UCFI kellhom – u għandhom sa issa – l-obbligu li jiġbru t-taxxa Olandiża fuq id-dividendi. Dan il-ġbir jissostitwixxi t-taxxa fuq id-dividendi, miżmuma kontra l-UCFI u li suċċessivament jiġu rrimborsati għaliha. B’dan il-mod l-investiment permezz tal-UCFI ma huwiex fiskalment iktar vantaġġuż minn investiment dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Is-sitt nett, sabiex jiġi ggarantit li s-sistema tal-UCFI tiġi użata esklużivament għat-tipi ta’ investituri li għalihom kienet intenzjonata, il-leġiżlazzjoni rilevanti kienet tipprevedi ċerti rekwiżiti rigward l-azzjonisti jew il-parteċipanti li kellhom jiġu ssodisfatti mill-impriżi sabiex ikunu jistgħu jikklassifikaw bħala UCFI (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>rekwiżiti tal-azzjonisti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>L-Artikolu 28(2)(c) tal-Wet Vpb.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil-perijodu bejn l‑2002 u l‑2006, il-kundizzjonijiet meħtieġa mill-azzjonisti kienu rregolati mill-Artikolu 28(2)(c), (d), (e), (f), u (g) tal-Wet Vpb. Il-leġiżlazzjoni kienet tipprevedi distinzjoni bejn impriżi li l-ishma jew iċ-ċertifikati tal-ishma tagħhom kienu ġew uffiċjalment ikkwotati fil-Borża ta’ Amsterdam u impriżi li l-ishma jew iċ-ċertifikati tal-ishma tagħhom ma kinux.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Iktar speċifikament, impriżi li l-azzjonijiet jew l-ishma tagħhom kienu kkwotati fil-Borża ta’ Amsterdam kienu jiġu, essenzjalment, esklużi mis-sistema tal-UCFI jekk il-45 % jew iktar tal-azzjonijiet jew l-ishma kienu miżmuma minn entità suġġetta għal taxxa fuq il-profitti (u mhux minn UCFI li l-azzjonijiet jew l-ishma tagħha kienu kkwotati fil-Borża ta’ Amsterdam), jew kienu miżmuma minn entità li l-profitt tagħha kien suġġett għal taxxa fuq il-profitti miġbura mill-azzjonisti jew il-parteċipanti. Iktar minn hekk, impriża ma setgħetx tibbenefika mis-sistema prevista għall-UCFI, jekk persuna fiżika kienet iżżomm fl-impriża stess, weħidha, interess ekwivalenti jew superjuri għal 25 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Impriżi li l-ishma tagħhom ma kinux ikkwotati fil-Borża ta’ Amsterdam, setgħu jibbenefikaw mis-sistema tal-UCFI bil-kundizzjoni li, essenzjalment, mill-inqas 75 % tal-azzjonijiet jew l-ishma tagħhom kienu miżmuma minn persuni fiżiċi, entitajiet mhux suġġetti għal taxxa fuq il-profitti, bħal fondi tal-pensjonijiet u organizzazzjonijiet tal-karità jew UCFI oħrajn. Ma kienx possibbli jinkiseb benefiċċju mis-sistema tal-UCFI jekk persuna fiżika waħda jew iktar kellhom sehem sinjifikattiv – jiġifieri, mill-inqas 5 % tal-azzjonijiet jew l-ishma – fl-impriża. Jekk fond ta’ investiment kellu awtorizzazzjoni fis-sens tal-Wet toezicht beleggingsinstellingen (il-Liġi dwar is-Sorveljanza tal-Fondi ta’ Investiment), il-projbizzjoni ta’ sehem sinjifikattiv kienet titwarrab favur regola li skontha l-ebda persuna fiżika ma seta’ jkollha interess ekwivalenti jew superjuri għal 25 % fil-fond.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mis-sistema tal-UCFI, impriżi li l-ishma jew iċ-ċertifikati tal-ishma tagħhom kienu uffiċjalment ikkwotati fil-Borża ta’ Amsterdam kienu għaldaqstant suġġetti għal rekwiżiti inqas restrittivi minn dawk li l-ishma jew iċ-ċertifikati tal-ishma tagħhom ma kinux.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Wara l-emendi leġiżlattivi tal‑2007 d-distinzjoni bejn impriżi li l-azzjonijiet jew l-ishma tagħhom ikunu kkwotati fil-Borża ta’ Amsterdam u impriżi oħra, tneħħiet. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li dak li huwa deċiżiv, f’dan il-punt, huwa li l-azzjonijiet jew l-ishma jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq tal-istrumenti finanzjarji kif previst mill-wet op het financieel toezicht (il-Liġi dwar is-Sorveljanza Finanzjarja)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Speċifikament mill-Artikolu 1:1 ta’ din il-liġi.</P></NOTE> jew li l-fond jew il-maniġer tiegħu jkollu awtorizzazzjoni jew li jkun eżentat skont l-istess liġi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>B’mod iktar partikolari, rispettivament, skont l-Artikolu 2:65 jew l-Artikolu 2:66(3) tal-istess liġi dwar is-sorveljanza finanzjarja.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>KA Deka huwa fond ta’ investiment tad-dritt Ġermaniż stabbilit fil-Ġermanja, li l-attivitajiet tiegħu jinkludu l-investiment tal-patrimonju tal-fond. KA Deka tikkostitwixxi UCFI skont id-Direttivi 85/611<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal‑<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE> dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 139).</P></NOTE> u 2009/65<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="302" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 302, p. 32</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. KA Deka toħroġ azzjonijiet li huma kkwotati fil-Borża fil-Ġermanja. Il-kummerċ ta’ dawn l-ishma jitwettaq permezz ta’ sistema msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>global stream system<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Peress li hija fond speċjali ta’ investiment (Sondervermögen), fil-perijodu rilevanti KA Deka kienet eżentata mit-taxxa Ġermaniża fuq id-dħul tal-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>KA Deka għamlet investimenti f’kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, li minnhom, matul il-perijodu bejn is-snin finanzjarji 2002/2003 u 2007/2008, kisbet dividendi. Fuq dawn id-dividendi ġew miġbura taxxi f’ras il-għajn, skont it-taxxa Olandiża fuq id-dividendi, bl-applikazzjoni ta’ rata ekwivalenti għal 15 %<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Konformement mal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Fiskali konkluża fis‑<DATE ISO="19590616">16 ta’ Ġunju 1959</DATE> bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Pajjiżi l-Baxxi, kif emendata l-aħħar mit-Tielet Protokoll Addizzjonali tal‑<DATE ISO="20040604">4 ta’ Ġunju 2004</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Ladarba ma kinitx suġġetta fil-Pajjiżi l-Baxxi għall-obbligu tat-taxxa Olandiża fuq id-dividendi msemmija fil-punt 12 iktar ’il fuq, KA Deka ma ħallsitx din it-taxxa fuq il-profitti mqassma minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>KA Deka talbet lill-awtoritajiet fiskali tal-Pajjiżi l-Baxxi r-rimbors tat-taxxi f’ras il-għajn, abbażi tat-taxxa Olandiża fuq id-dividendi, għas-snin finanzjarji msemmija iktar ’il fuq għal ammont totali ta’ madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">690000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet fiskali tal-Pajjiżi l-Baxxi ċaħdu t-talbiet ta’ rimbors imressqa minn KA Deka, li għalhekk marret quddiem ir-Rechtbank Zeeland-West-Brabant (il-Qorti Distrettwali ta’ Zeeland-West-Brabant, il-Pajjiżi l-Baxxi). Quddiem din il-qorti KA Deka sostniet, essenzjalment, li d-dritt tagħha li tikseb ir-rimborsi mitluba jirriżulta mill-Artikolu 63 TFUE u li s-sitwazzjoni tagħha tista’ tiġi kkumparata ma’ dik ta’ fond ta’ investiment stabbilit fil-Pajjiżi l-Baxxi li jibbenefika mill-istatus ta’ UCFI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Wara li kellha dubji dwar il-kriterji li għandhom jintużaw għat-tqabbil bejn KA Deka u fond ta’ investiment stabbilit fil-Pajjiżi l-Baxxi li jibbenefika mill-istatus ta’ UCFI, kif ukoll minħabba n-numru importanti ta’ kawżi pendenti bl-istess suġġett, ir-Rechtbank Zeeland-West-Brabant (il-Qorti Distrettwali ta’ Zeeland-West-Brabant) iddeċidiet tagħmel ċerti domandi preliminari lill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-previżjoni tar-rekwiżiti tal-azzjonisti għandha l-għan li tiggarantixxi li l-użu tas-sistema tal-UCFI jibqa’ limitat għall-investituri li għalihom hija intiża u li dawn ir-rekwiżiti japplikaw mingħajr distinzjoni għal entitajiet residenti u mhux residenti, indipendentement mill-Istat Membru ta’ kostituzzjoni jew stabbiliment tagħhom. Anki fond ta’<?PAGE NO="5"?> investiment stabbilit fil-Pajjiżi l-Baxxi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-azzjonisti sabiex jiġi rrikonoxxut bħala UCIF. Iċ-ċirkustanza invokata minn KA Deka li skontha jkun impossibbli għaliha tagħti prova li ssodisfat dawn ir-rekwiżiti peress li hija ma tafx l-azzjonisti tagħha minħabba l-użu tas-sistema ta’ kummerċ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>global stream system<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ma huwiex rilevanti. Fil-fatt mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-konsegwenzi tan-nuqqas li jintwera li ġew osservati r-rekwiżiti tal-azzjonisti għandhom jintrefgħu mill-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, għal dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-istatus ta’ UCFI, huwiex possibbli li tiġi imposta fuq fond ta’ investiment barrani l-kundizzjoni li d-dividendi miksuba minn kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi jiġu fil-fatt imqassma mill-ġdid jew jekk huwiex suffiċjenti li dawn id-dividendi jkunu inklużi, permezz ta’ fizzjoni, fit-taxxa li l-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-fond jiġbor mill-azzjonisti jew mill-parteċipanti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Peress li kellha dubji raġonevoli dwar ir-risposti li għandha tagħti għal dawn id-domandi, il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1)</NO.P><TXT>L-[Artikolu 63 TFUE] jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża miżmuma fuq id-dividendi li l-fond ta’ investiment irċieva mingħand entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li ma huwiex suġġett għall-obbligu ta’ żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża, filwaqt li tali ħlas lura jingħata lil istituzzjoni ta’ investiment fiskali stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li, kull sena, tqassam il-profitt mill-investimenti tagħha lill-azzjonarji jew lill-parteċipanti tagħha, bla ħsara għaż-żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-[Artikolu 63 TFUE] jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża miżmuma fuq id-dividendi li huwa rċieva mingħand entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li ma pprovdiex prova suffiċjenti li l-azzjonisti jew il-parteċipanti tiegħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Olandiża?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-[Artikolu 63 TFUE] jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża miżmuma fuq id-dividendi li huwa rċieva mingħand entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li ma jqassamx il-profitt kollu mill-investimenti lill-azzjonisti jew lill-parteċipanti tiegħu kull sena, mhux iktar tard minn tmien xhur minn tmiem is-sena finanzjarja, anki jekk, fil-pajjiż fejn huwa stabbilit il-fond ta’ investiment, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli hemmhekk, il-profitt mill-investimenti li ma tqassamx (a) jitqies li tqassam u/jew (b) jittieħed inkunsiderazzjoni fit-taxxa imposta f’dan il-pajjiż fuq l-azzjonisti jew il-parteċipanti tiegħu bħallikieku dan il-profitt ikun tqassam, filwaqt li tali ħlas lura jingħata lil istituzzjoni ta’ investiment fiskali stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li, kull sena, tqassam il-profitt mill-investimenti tagħha lill-azzjonarji jew lill-parteċipanti tagħha, bla ħsara għaż-żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju waslet għand ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20170327">27 ta’ Marzu 2017</DATE>. Ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub KA Deka, in-Nederlandse Orde van Belastingadviseurs (l-Assoċjazzjoni ta’ Konsulenti Fiskali tal-Pajjiżi l-Baxxi), il-kumpannija Loyens en Loef NV, il-Gvern Ġermaniż u dak tal-Pajjiżi l-Baxxi, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Wara l-għoti tas-sentenza Fidelity Funds, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20180622">22 ta’ Ġunju 2018</DATE>, stieden lill-qorti tar-rinviju sabiex tikkomunika lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk hija tqisx neċessarju li żżomm it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20181203">3 ta’ Diċembru 2018</DATE>, il-qorti tar-rinviju informat lill-Qorti tal-Ġustizzja bl-intenzjoni tagħha li tirtira l-ewwel domanda preliminari, iżda li ser iżżomm it-tieni u t-tielet domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fis-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li nżammet fit‑<DATE ISO="20190522">22 ta’ Mejju 2019</DATE> intervjenew KA Deka, l-Assoċjazzjoni ta’ Konsulenti Fiskali tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-kumpannija Loyens en Loeff NV, il-Gvern Ġermaniż u tal-Pajjiżi l-Baxxi, kif ukoll il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Preliminarjament għandu jiġi osservat li, wara l-irtirar mill-qorti tar-rinviju tal-ewwel domanda preliminari fid-dawl tas-sentenza Fidelity Funds, f’din il-kawża l-Qorti tal-Ġustizzja baqgħet adita biss mit-tieni u mit-tielet domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Is-sentenza Fidelity Funds kienet tirrigwarda, fil-fatt, leġiżlazzjoni fiskali Daniża relatata mat-taxxa tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji Daniżi lill-UCITS li kellha diversi elementi ta’ xebh mal-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-kawża prinċipali li, essenzjalment, kellha l-istess għan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara l-punt 52 tas-sentenza Fidelity Funds u punt 6 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>F’din is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha d-dividendi ddistribwiti minn kumpannija residenti f’dan l-Istat Membru lil UCITS mhux residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, filwaqt li d-dividendi ddistribwiti lil UCITS residenti f’dan l-istess Stat Membru huma eżentati mill-ħlas ta’ din it-taxxa, bil-kundizzjoni li din l-impriża tipproċedi b’distribuzzjoni minima lill-parteċipanti tagħha, jew tikkalkola teknikament distribuzzjoni minima, u tiġbor taxxa fuq tali distribuzzjoni minima reali jew fittizja fuq il-parteċipanti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, minn naħa, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dan it-tip tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, ipprojbita, fil-prinċipju, mill-Artikolu 63 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara l-punti 40 sa 45 tas-sentenza Fidelity Funds.</P></NOTE>, u, min-naħa l-oħra, li ma tistax tiġi ġġustifikata minħabba xi differenza oġġettiva bejn UCITS residenti u UCITS mhux residenti, la minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali u, b’mod iktar speċifiku, la min-neċessità li jiġi żgurat il-ħarsien tat-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri, u lanqas min-neċessità li titħares il-koerenza tas-sistema fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, minn naħa, il-punti minn 49 sa 63 tas-sentenza Fidelity Funds u, min-naħa l-oħra, il-punti minn 66 sa 76 u minn 77 sa 86 ta’ din l-istess sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fl-ittra tagħha tat‑<DATE ISO="20181203">3 ta’ Diċembru 2018</DATE>, il-qorti tar-rinviju informat lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-fatt li hija tqis li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari, rigward il-kompatibbiltà mal-Artikolu 63 TFUE ta’ leġiżlazzjoni, bħal dik tal-Pajjiżi l-Baxxi, li fuq il-bażi tagħha ma huwiex permess lil UCITS mhux residenti r-rimbors tat-taxxa miżmuma fuq id-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti meta dan ir-rimbors huwa permess lil UCITS residenti, setgħet tiġi konkluża mis-sentenza Fidelity Funds.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fl-istess ittra l-qorti tar-rinviju, madankollu, informat li t-tieni u t-tielet domanda preliminari, rigward il-kompatibbiltà mal-Artikolu 63 TFUE tar-rifjut tar-rimbors tat-taxxa f’ras il-għajn lil UCITS mhux residenti bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jipprevedu, rispettivament, minn naħa, ir-rekwiżiti tal-azzjonisti, imsemmija fil-punti 15 u 16 preċedenti, u min-naħa l-oħra, l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid imsemmi fil-punt 11 preċedenti, ma ngħatawx risposta sħiħa minn din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Is-suġġett ta’ din il-kawża baqa’, għaldaqstant, limitat għal dawn iż-żewġ domandi preliminari. Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi madankollu, jeħtieġ, fil-fehma tiegħi, li jiġu evalwati preliminarjament il-prinċipji tal-ġurisprudenza żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-moviment liberu tal-kapital, b’riferiment partikolari għall-kawżi rigward it-taxxa tad-dividendi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-prinċipji tal-ġurisprudenza fil-qasam tal-moviment liberu tal-kapital, b’riferiment partikolari għat-taxxa tad-dividendi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, l-ewwel nett, l-evalwazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk leġiżlazzjoni nazzjonali tikkostitwixxix restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, jeħtieġ, qabel kollox, li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni diversi drabi sabiex tinnota li l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom fil-qasam tat-tassazzjoni diretta fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>TTL</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑553/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:604">EU:C:2018:604</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-miżuri pprojbiti mill-Artikolu 63(1) TFUE, bħala restrizzjonijiet għall-movimenti tal-kapital, jinkludu dawk li huma ta’ natura li jiddisswadu lill-persuni mhux residenti milli jinvestu fi Stat Membru jew li jiddisswadu lir-residenti tal-imsemmi Stat Membru milli jagħmlu dan fi Stati oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza Fidelity Funds, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata fiha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll, li trattament iddifferenzjat li huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi jista’, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, jisfavorixxi s-sitwazzjonijiet transkonfinali u jintroduċi diskriminazzjonijiet indiretti kontra d-dispożizzjonijiet rigward il-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, b’mod partikolari, f’dan is-sens, dwar il-qasam tal-libertà tal-istabbiliment, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Hervis Sport- és Divatkereskedelmi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑385/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:47">EU:C:2014:47</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti minn 37 sa 41).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi l-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-opportunità tiddikjara li anki leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika indistintament għas-servizzi kollha, indipendentement mill-post ta’ stabbiliment tal-fornitur, tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi meta din tirriżerva l-benefiċċju ta’ vantaġġ biss għal dawk l-utenti ta’ servizzi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet li jkunu, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, speċifiċi għas-suq nazzjonali u b’hekk iċċaħħad lill-utenti ta’ servizzi oħra essenzjalment simili, iżda li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet partikolari previsti minn din il-leġiżlazzjoni, mill-benefiċċju ta’ dan il-vantaġġ. Fil-fatt, leġiżlazzjoni simili tirrigwarda s-sitwazzjoni tal-utenti ta’ servizzi bħala tali u hija għalhekk tista’ tiddisswadihom milli jużaw dawk ta’ fornituri partikolari, peress li s-servizzi proposti minn dawn tal-aħħar ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija leġiżlazzjoni, u b’hekk tikkundizzjona l-aċċess għas-suq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Van der Weegen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑580/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:429">EU:C:2017:429</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza hija applikabbli fil-qasam tal-moviment liberu tal-kapital<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>F’dan ir-rigward, ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Portugall</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑212/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:717">EU:C:2011:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li tirrigwarda l-moviment liberu tal-kapital u li ġiet iċċitata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 29 tas-sentenza Van der Weegen iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti sabiex tistabbilixxi l-prinċipju tal-ġurisprudenza indikat fiha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Isegwi li leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika indistintament għal entitajiet residenti u mhux residenti, tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital meta tirriżerva l-benefiċċju ta’ trattament fiskali pprivileġġat biss għall-entitajiet li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet li jkunu, fil-fatt, speċifiċi għas-suq nazzjonali u b’hekk iċċaħħad entitajiet essenzjalment simili, iżda li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet partikolari previsti minn din il-leġiżlazzjoni, mill-benefiċċju ta’ tali trattament fiskali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-fatt, leġiżlazzjoni simili tista’ tiddisswadi l-entitajiet mhux residenti, li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet partikolari – tas-suq nazzjonali – previsti minn din il-leġiżlazzjoni milli jwettqu investimenti fl-Istat Membru inkwistjoni u l-investituri residenti f’tali Stat Membru milli jwettqu investimenti f’entitajiet mhux residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>It-tieni nett, jeħtieġ barra minn hekk, li jitfakkar li, fil-qasam ta’ tassazzjoni diretta, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE rigward il-libertajiet fundamentali għandha tiġu kkoordinata mas-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istati Membri minħabba l-kompetenza fiskali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li huwa kull Stat Membru li għandu jorganizza, skont id-dritt tal-Unjoni, is-sistema ta’ taxxa tiegħu tal-profitti mqassma u, b’mod partikolari, jiddefinixxi, f’dan il-kunest, l-ammont taxxabbli kif ukoll ir-rati ta’ taxxa li jiġu applikati, fuq il-kumpannija li tqassam u/jew fuq il-benefiċjarju, sakemm huma suġġetti għat-taxxa fl-imsemmi Stat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, bil-kundizzjoni madankollu li s-sistema inkwistjoni ma tinkludix diskriminazzjonijiet ipprojbiti mit-Trattat FUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑35/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:707">EU:C:2012:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kronos International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑47/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2200">EU:C:2014:2200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet ta’ unifikazzjoni jew ta’ armonizzazzjoni adottati mill-Unjoni, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti li jiddefinixxu, permezz ta’ ftehim jew deċiżjoni unilaterali, il-kriterji tat-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Orange European Smallcap Fund</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑194/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:289">EU:C:2008:289</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Riskin u Timmermans</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑176/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:488">EU:C:2016:488</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet minn dan li tali kompetenzi jinkludu, minn naħa waħda, li Stat Membru ma huwiex obbligat jadatta s-sistema fiskali tiegħu għad-diversi sistemi fiskali tal-Istati Membri l-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150610">10 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑686/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:375">EU:C:2015:375</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> u, min-naħa l-oħra, li huwa ma għandux jieħu inkunsiderazzjoni, għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali tiegħu, il-konsegwenzi, jekk ikun il-każ, sfavorevoli li jiddependu mill-ispeċifiċitajiet tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor. Fil-fatt, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-libertajiet fundamentali ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru huwa obbligat jorganizza r-regoli fiskali tiegħu skont dawk ta’ Stat Membru ieħor, sabiex jiggarantixxi, fis-sitwazzjonijiet kollha, tassazzjoni li telimina kull diskrepanza li tirriżulta mir-regoli fiskali nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081023">23 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑157/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:588">EU:C:2008:588</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li, fit-tielet lok, jeħtieġ li tiġi indirizzata l-kwistjoni, diskussa sew fis-seduta, dwar, jekk jeħtieġx, sabiex tiġi kkonstatata restrizzjoni għal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE fejn hemm rekwiżiti oġġettivi li huma applikabbli indistintament għal persuni residenti u mhux residenti iżda li, fil-fatt, jippermettu restrizzjoni indiretta, li għall-persuni mhux residenti jkun impossibbli li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti jew jekk, minflok, ikunx suffiċjenti li għalihom ikun iktar diffiċli sabiex sempliċement jissodisfawhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Dwar din il-kwistjoni rriżultaw żewġ argumenti opposti. Minn naħa, il-Gvern Ġermaniż sostna li l-kwistjoni għadha ma hijiex solvuta mill-ġurisprudenza u li restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali fil-qasam fiskali ma tistax tiġi kkonstatata meta jkun sempliċement iktar diffiċli għal persuni mhux residenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, iżda biss meta dan ikun impossibbli. Soluzzjoni kuntrarja tkun fil-fatt tinterferixxi mal-awtonomija fiskali tal-Istati Membri rrikonoxxuta mit-trattati. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni sostniet argument kuntrarju, li skontu<?PAGE NO="9"?> l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ impossibbiltà assoluta għall-persuni mhux residenti ma hijiex neċessarja sabiex tiġi kkonstatata restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali. Għal dan il-għan ikun, minflok, suffiċjenti li għal dawn il-persuni jkun iktar diffiċli jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-evalwazzjoni tal-ġurisprudenza rilevanti turi li l-Qorti tal-Ġustizzja, f’diversi każijiet ikkonstatat l-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE mingħajr ma kien neċessarju li tkun stabbilita sitwazzjoni ta’ impossibbiltà assoluta għall-persuni mhux residenti sabiex jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, u dan anki fil-qasam fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>B’hekk, pereżempju, fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Van der Weegen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑580/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:429">EU:C:2017:429</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 56 TFUE, minkejja li ma kinitx, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">de jure</HT>, impossibbli għall-istabbilimenti ta’ kreditu barranin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni Belġjana sabiex jibbenefikaw mis-sistema ta’ eżenzjoni fiskali inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, b’mod partikolari, il-punti minn 31 sa 35 ta’ din is-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>van Caster</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2269">EU:C:2014:2269</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital f’sitwazzjoni li fiha ma eżistietx sitwazzjoni ta’ impossibbiltà għall-fondi mhux residenti li jikkonformaw mal-obbligi previsti mil-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ir-riżultat tal-evalwazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza ma huwiex, fil-fehma tiegħi, kontradett bis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Sparkasse Allgäu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑522/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:253">EU:C:2016:253</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li għaliha għamel riferiment il-Gvern Ġermaniż fis-seduta. F’din is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-Artikolu 49 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu nazzjonali li għandhom is-sede tagħhom f’dan l-Istat Membru li jikkomunikaw lill-awtoritajiet nazzjonali l-attiv miżmum jew ġestit fl-imsemmija friegħi mhux indipendenti stabbiliti fi Stat Membru ieħor, fil-każ tal-mewt tal-proprjetarju ta’ dan l-attiv li jirrisjedi fl-ewwel Stat Membru, meta t-tieni Stat Membru ma jipprevedix obbligu ta’ komunikazzjoni paragunabbli u meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma suġġetti għal sigriet bankarju protett b’sanzjonijiet kriminali. F’din is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, irrikonoxxiet il-libertà tal-Istati Membri li jestendu għall-friegħi mhux indipendenti attivi barra mill-pajjiż ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu nazzjonali obbligu dirett li jiżgura l-effikaċja tal-kontrolli fiskali (ara, speċifikament, il-punt 29 tas-sentenza).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza turi, barra minn hekk, anki li l-Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċidietx li sempliċement diffikultà kbira għall-persuni mhux residenti sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti indistintament applikabbli previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet suffiċjenti sabiex tikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali żgurati mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE. Konformement mal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>restrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, ara l-punt 40 preċedenti.</P></NOTE>, il-livell ta’ diffikultà għandu jkun tali li jiddisswadi l-eżerċizzju ta’ din il-libertà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Rigward l-invokazzjoni mill-Gvern Ġermaniż tal-awtonomija fiskali tal-Istati Membri, naqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li rreferi għaliha dan il-gvern, li skontha l-evalwazzjoni ta’ taxxa fil-kuntest tal-libertà tas-suq intern teħtieġ approċċ iktar flessibbli, minħabba li l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe taxxa tista’, fil-prinċipju, tostakola l-attività ekonomika jew tiskuraġġiha u għalhekk li persuna tiġi sempliċement suġġetta għal taxxa potenzjalment ifisser restrizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Il-Gvern Ġermaniż fis-seduta b’mod espliċitu għamel riferiment għall-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Kummissjoni fil-kawża pendenti C‑565/18, Société Générale.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa biss fil-każijiet li fihom taxxa la tkun diskriminatorja b’mod manifest u lanqas b’mod moħbi u għalhekk tkun imposta b’mod uniformi fuq iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, jew fuq l-operaturi kollha li jħallsu f’sitwazzjoni simili, li ma tiġix stabbilita fil-prinċipju sitwazzjoni rilevanti kkaratterizzata mid-dritt tal-Unjoni. Meta, madankollu, l-applikazzjoni tal-kriterji previsti mil-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali għandha bħala konsegwenza trattament iktar sfavorevoli għall-persuni mhux residenti milli għal persuni residenti, l-awtonomija fiskali tal-Istati Membri ssib limitu fir-regoli tat-Trattat FUE dwar il-libertajiet fundamentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-punti 39 u 47, <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, ta’ dawn il-konklużjonijiet u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, inżid li n-neċessità li jiġu rrispettati l-libertajiet fundamentali żgurati mit-Trattat FUE, li tillimita l-eżerċizzju tal-awtonomija fiskali tal-Istati Membri, timplika li dawn, meta jiddeterminaw, fl-eżerċizzju ta’ tali awtonomija, kundizzjonijiet sabiex persuna tkun tista’ tibbenefika minn sistema fiskali pprivileġġata, ma jistgħux jipprevedu rekwiżiti tali li jkun impossibbli jew eċċessivament diffiċli għall-persuni mhux residenti sabiex jissodisfawhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Dan ifisser, fil-fehma tiegħi, li, fl-applikazzjoni ta’ rekwiżit previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex persuna tkun tista’ tibbenefika minn sistema fiskali favorevoli, meta jintwera li huwa impossibbli jew eċċessivament diffiċli għal persuna mhux residenti sabiex tissodisfa tali rekwiżit, l-Istat Membru inkwistjoni ma jistax jagħti trattament iddifferenzjat minħabba l-fatt li tali rekwiżit ma ġiex issodisfatt, meta, fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna kkonċernata, jista’ jiġi kkunsidrat li tali rekwiżit ġie, essenzjalment, issodisfat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’każijiet bħal dawn, hija madankollu l-persuna kkonċernata mhux residenti li għandha turi quddiem l-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru inkwistjoni kemm is-sitwazzjoni ta’ impossibbiltà jew diffikultà eċċessiva sabiex tissodisfa eżattament ir-rekwiżit previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni kif ukoll l-osservanza sostanzjali ta’ dan ir-rekwiżit fl-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tar-residenza jew stabbiliment tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għal dak li finalment għandu x’jaqsam, ir-raba’ nett, mal-eżistenza possibbli ta’ ġustifikazzjonijiet, jeħtieġ li jiġi mfakkar li, konformement mal-Artikolu 65(1)(a) TFUE, l-Artikolu 63 TFUE ma jippreġudikax, madankollu, id-dritt tal-Istati Membri li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom li skonthom hemm distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli li ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni għal dak li jirrigwarda l-post ta’ residenza jew il-post tal-kapital tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li din id-dispożizzjoni, li tikkostitwixxi deroga mill-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-kapital, għandha tingħata interpretazzjoni restrittiva. Għaldaqstant, dan ma jistax jiġi interpretat fis-sens li kull leġiżlazzjoni fiskali li tagħmel distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli skont il-post fejn ikunu residenti jew skont l-Istat Membru fejn jinvestu l-kapital tagħhom hija awtomatikament kompatibbli mat-Trattat FUE. Fil-fatt, id-deroga prevista fl-Artikolu 65(1)(a) TFUE hija fiha nnifisha limitata mill-Artikolu 65(3) TFUE, li jipprovdu li d-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 preċedenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu ta’ kapital u ħlasijiet kif definit fl-Artikolu 63 [TFUE]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara s-sentenza Fidelity Funds, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li d-differenzi fit-trattament permessi mill-Artikolu 65(1)(a) TFUE jiġu distinti mid-diskriminazzjonijiet ipprojbiti mill-Artikolu 65(3) TFUE. Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sabiex leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali tkun tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, jeħtieġ li d-differenza fit-trattament tkun tikkonċerna sitwazzjonijiet li ma humiex oġġettivament paragunabbli jew li din id-differenza tkun iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenza Fidelity Funds, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fost ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li, fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet b’mod partikolari n-neċessità li jiġi żgurat it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">ex multis</HT>, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑190/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:249">EU:C:2014:249</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, in-neċessità li titħares il-koerenza tas-sistema fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑338/11 sa C‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:286">EU:C:2012:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, in-neċessità li tiġi ggarantita l-effikaċja tal-kontrolli fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>van Caster</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2269">EU:C:2014:2269</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, kif ukoll ir-regoli professjonali intiżi għall-protezzjoni tad-destinatarji tas-servizz, ir-reputazzjoni tajba tas-settur finanzjarju u l-protezzjoni tal-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Milivojević</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑630/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:123">EU:C:2019:123</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji tal-ġurisprudenza li jeħtieġ li tingħata risposta għat-tieni u t-tielet domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 63 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha jiġi miċħud lil UCITS mhux residenti r-rimbors tat-taxxa fuq id-dividendi, miżmuma fuq dividendi miksuba minn entitajiet stabbiliti f’dan l-Istat Membru, minħabba li din ma turix li ssodisfat ċerti rekwiżiti rigward il-kompożizzjoni tal-azzjonarji tagħha previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Kif jista’ jiġi konkluż mid-deskrizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali mogħtija mill-qorti tar-rinviju, sabiex tkun tista’ tikseb ir-rimbors tat-taxxa miżmuma, bħala taxxa fuq id-dividendi, f’każ ta’ kisba ta’ dividendi li jirriżultaw mill-ishma f’kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, UCITS li tixtieq tibbenefika mill-istatus ta’ UCFI kellha tagħti prova li tissodisfa r-rekwiżiti tal-azzjonisti indikati fil-punti preċedenti minn 14 sa 16, previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-perijodu rilevanti għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li l-għan imfittex mill-imsemmija rekwiżiti tal-azzjonisti kien dak li jiggarantixxi li s-sistema tal-UCFI tiġi użata esklużivament għat-tipi ta’ investituri li għalihom hija intenzjonata. Għalhekk, essenzjalment, din hija kwistjoni ta’ dispożizzjonijiet kontra l-abbuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Hekk kif inhi fformulata, id-domanda tal-qorti tar-rinviju tirrigwarda l-kompatibbiltà mal-Artikolu 63 TFUE tar-rekwiżit li <HT TYPE="ITALIC">tiġi prodotta prova</HT> li l-azzjonisti jissodisfaw ir-rekwiżiti u mhux il-kompatibbiltà ma’ din id-dispożizzjoni tar-rekwiżiti nnifishom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-prinċipju tal-awtonomija fiskali tal-Istati Membri msemmi fil-punti 47 sa 49 ta’ dawn il-konklużjonijiet jimplika li dawn tal-aħħar jiddeterminaw liema huma, skont is-sistema nazzjonali tagħhom, il-provi meħtieġa sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika minn sistema fiskali speċifika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:438">EU:C:2011:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Isegwi li l-amministrazzjoni finanzjarja ta’ Stat Membru għandha d-dritt li teħtieġ mingħand il-persuna taxxabbli l-provi li hija tqis bħala neċessarji sabiex tevalwa jekk humiex issodisfatti l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ benefiċċju fiskali previst mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u, konsegwentement, jekk għandux jingħata jew le dan il-benefiċċju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110210">10 ta’ Frar 2011</DATE>, <NAME.CASE>Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Sali</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑436/08 u C‑437/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:61">EU:C:2011:61</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:438">EU:C:2011:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżerċizzju ta’ din l-awtonomija fiskali mill-Istati Membri għandu jsir skont l-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk imposti mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-moviment liberu tal-kapital<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, b’mod speċifiku fir-rigward tal-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti minn leġiżlazzjoni fiskali, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:438">EU:C:2011:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li jfisser li l-benefiċjarji mhux residenti potenzjali ma jistgħux jiġu suġġetti għal oneri amministrattivi eċċessivi li jqegħduhom f’kundizzjoni ta’ impossibbilità effettiva li jibbenefikaw mis-sistema fiskali inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110210">10 ta’ Frar 2011</DATE>, <NAME.CASE>Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑436/08 u C‑437/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:61">EU:C:2011:61</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:438">EU:C:2011:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>F’dan is-sens, l-obbligu li jiġu prodotti l-provi huwa preokkupanti jekk, pereżempju, ir-raġuni għalfejn ma jistax jiġi osservat hija riżultat tal-fatt li l-provi meħtieġa għandhom jiġu prodotti skont mudell nazzjonali u li dawn ma humiex adattati għas-sitwazzjonijiet li għandhom element estern, mingħajr madankollu ma jkunu neċessarji b’mod obbligatorju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara, fl-istess sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑436/08 u C‑437/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:668">EU:C:2010:668</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li KA Deka ma setgħetx turi li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-azzjonisti, previsti mil-leġiżlazzjoni rilevanti, minħabba s-sistema ta’ kummerċ magħżula minnha, jiġifieri il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>global stream system<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li ma tippermettilhiex tkun taf l-azzjonisti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Jidher għalhekk li f’dan il-każ, il-problema tinsab f’qasam purament fattwali. Issa, anki jekk jitqies li finalment ma jkunx possibbli li tiġi prodotta din il-prova, għaliex l-UCITS inkwistjoni ma tkunx eventwalment f’pożizzjoni la legalment u lanqas materjalment li tikseb din l-informazzjoni, inqis li għandu jitqies li dan jifforma parti mill-isfera tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑436/08 u C‑437/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:668">EU:C:2010:668</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fl-assenza ta’ informazzjoni pprovduta ill-persuna kkonċernata, l-amministrazzjoni finanzjarja inkwistjoni tista’, fil-fehma tiegħi, tirrifjuta li tagħti l-benefiċċju fiskali mitlub. Fil-fatt, b’mod simili għal dak li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà stabbilixxiet, in-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni li tesperjenza l-persuna kkonċernata ma huwiex, fil-prinċipju, problema li taffettwa lill-Istat Membru kkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110210">10 ta’ Frar 2011</DATE>, <NAME.CASE>Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑436/08 u C‑437/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:61">EU:C:2011:61</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:438">EU:C:2011:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, kif ġie nnotat mill-qorti tar-rinviju, hija l-persuna kkonċernata li għandha tbati l-konsegwenzi tal-inkapaċità tagħha sabiex tagħti prova li ssodisfat ir-rekwiżiti previsti mil-leġiżlazzjoni fiskali rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jirriżultaw tliet kunsiderazzjonijiet li, madankollu, xorta huma rilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ġie allegat li l-għoti lill-awtoritajiet fiskali tal-informazzjoni neċessarja sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-azzjonisti jkun ġuridikament impossibbli minħabba l-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tad-data personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward qiegħed ninnota, qabel kollox, li l-istabbiliment ta’ lista li tinkludi informazzjoni rigward l-azzjonisti u l-parteċipanti tal-UCITS (l-ismijiet tal-persuni fiżiċi li għandhom ishma fl-UCITS) u l-għoti tagħha lill-awtoritajiet fiskali tal-Pajjiżi l-Baxxi jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> skont l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Puškár</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:725">EU:C:2017:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, leġiżlazzjoni applikabbli fil-perijodu rilevanti għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward jeħtieġ ukoll li jiġi nnotat li l-Artikolu 7(e) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi li l-ipproċessar ta’ data personali huwa leċtu jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ikun meħtieġ biex isir ħidma fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika vestita fil-kontrollur jew f’parti terza li lilha jkun żvelat id-data<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-irkupru tat-taxxi li għalihom jiġu stabbiliti d-dokumenti dwar l-azzjonisti jew il-parteċipanti tal-UCITS ikkonċernati mogħtija lill-awtoritajiet fiskali, għandu jkun ikkunsidrat bħala xogħol ta’ interess pubbliku skont id-dispożizzjoni ċċitata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Puškár</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:725">EU:C:2017:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, b’mod li huwa jista’ jiġi kkunsidrat li jaqa’ fil-kuntest tal-lista eżawrjenti u limitata tal-każijiet li fihom l-ipproċessar ta’ data personali jista’ jiġi kkunsidrat leċtu skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ibid, punt 105 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġi nnotat li quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ġie allegat li, fil-prattika, l-informazzjoni intiża sabiex tiġi mistħarrġa l-osservanza tar-rekwiżiti tal-azzjonisti hija meħtieġa mill-awtoritajiet fiskali tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-UCITS mhux residenti biss u mhux għal dawk residenti. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika din iċ-ċirkustanza, iżda huwa evidenti li, jekk dan kellu jkun verament il-każ, applikazzjoni diskriminatorja ta’ dan it-tip kontra l-UCITS mhux residenti għandha problemi ċari ta’ kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-perijodu rilevanti għall-kawża prinċipali, li kienu jipprevedu r-rekwiżiti tal-azzjonisti sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istatus ta’ UCFI, bħala tali, jikkorrispondux jew le għal restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital skont l-Artikolu 63 TFUE, skont it-termini indikati fil-punt 40 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward qiegħed ninnota, qabel kollox, li mid-deskrizzjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju jidher li, b’riżerva ta’ dak innotat fil-punt 82 ta’ dawn il-konklużjonijiet, dawn id-dispożizzjonijiet kienu indistintament applikabbli kemm għall-UCITS residenti, kif ukoll għal dawk mhux residenti fejn it-tnejn li huma kellhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti sabiex jibbenefikaw mis-sistema tal-UCFI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Minkejja dan, konformement mal-prinċipji tal-ġurisprudenza stabbiliti fil-punti 42 sa 45 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk id-dispożizzjonijiet rigward ir-rekwiżiti tal-azzjonisti, minkejja li huma indistintament applikabbli, kinux jagħmlu riferiment għal kundizzjonijiet partikolari tas-suq nazzjonali bil-konsegwenza li jiddisswadu UCITS mhux residenti, li ma kinux f’pożizzjoni li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet milli jwettqu investimenti fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-investituri residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi milli jwettqu investimenti f’UCITS mhux residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qiegħed ninnota li, fil-verżjoni fis-seħħ sal-emendi leġiżlattivi introdotti fl‑2007, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni kienu jipprevedu distinzjoni bejn impriżi li l-azzjonijiet jew l-ishma tagħhom kienu kkwotati fil-Borża ta’ Amsterdam u impriżi li l-azzzjonijiet jew l-ishma tagħhom ma kinux. Tal-ewwel tip kien suġġett għar-rekwiżiti tal-azzjonisti, imsemmija fil-punt 15 preċedenti, li kienu inqas rigorużi meta mqabbla mar-rekwiżiti msemmija fil-punt 16 preċedenti, li, min-naħa l-oħra, it-tieni tip ta’ impriżi kellu jirrispetta biex ikun jista’ jibbenefika mill-istatus ta’ UCFI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Din id-differenza fit-trattament abbażi tal-kriterju tal-kwotazzjoni fil-Borża ta’ Amsterdam hija kurjuża. Ma hijiex fil-fatt ċara r-raġuni għaliex dan il-kriterju għandu jkun rilevanti għall-issuġġettar tal-UCITS għal rekwiżiti inqas rigorużi sabiex ikollhom aċċess għas-sistema tal-UCFI. L-applikazzjoni ta’ kriterju ta’ dan it-tip tista’ fil-fatt tfisser li, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, il-benefiċċju tal-istatus ta’ UCFI kien aċċessibbli b’mod ipprivileġġat, jekk mhux esklużiv, għal entitajiet residenti, l-uniċi li kienu f’pożizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija, b’mod li jċaħħad entitajiet mhux residenti sostanzjalment simili mill-possibbiltà li jibbenefikaw mit-trattament fiskali pprivileġġat. Jekk dan kellu jkun il-każ, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni jkunu jikkostitwixxu restrizzjoni skont it-termini msemmija fil-punti 44 u 45 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, inqis li l-proċess tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jinkludix informazzjoni suffiċjenti sabiex wieħed ikun jista’ jasal għal konklużjoni rigward dan l-aspett. Għaldaqstant hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk id-dispożizzjonijiet inkwistjoni kinux jinvolvu jew le restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital. B’mod partikolari, ikun rilevanti, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li jiġi vverifikat jekk il-maġġoranza l-kbira tal-UCITS ikkwotati fil-Borża ta’ Amsterdam kinux effettivament stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, b’mod li l-previżjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-sistema tal-UCFI iktar favorevoli għal dawn l-impriżi kienet tinvolvi, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, il-previżjoni ta’ rekwiżit diskriminatorju fil-konfront tal-UCITS mhux residenti. Jista’ jkun ukoll rilevanti li jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżiti neċessarji sabiex jiġu kkwotati fil-Borża ta’ Amsterdam, fil-perijodu rilevanti, kinux tali li, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, kien iktar diffiċli għal UCITS mhux residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti u li jiġu kkwotati fil-Borża ta’ Amsterdam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar, il-qorti tar-rinviju għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni fil-konkret tar-rekwiżiti tal-azzjonisti kkostitwixxietx mod sigriet sabiex tiġi introdotta disparità inġusta fit-trattament bejn impriżi residenti u impriżi mhux residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward jeħtieġ ukoll li jiġi nnotat, minn naħa, li l-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi ma ressaq l-ebda raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika l-previżjoni tal-kriterju tal-kwotazzjoni fil-Borża ta’ Amsterdam sabiex tissuġġetta l-UCITS għal rekwiżiti inqas rigorużi sabiex ikollhom aċċess għas-sistema tal-UCFI u, min-naħa l-oħra, li, skont l-emendi leġiżlattivi tal‑2007, l-użu tal-kriterju tal-kwotazzjoni fil-Borża ta’ Amsterdam ġie abolit u ssostitwit minn kriterju apparentament iktar newtrali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara l-punt 18 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex informazzjoni preċiża dwar dan il-kriterju l-ġdid.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, fil-fehma tiegħi, it-tieni domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju għandha tingħata risposta li l-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha jiġi rrifjutat lil UCITS mhux residenti r-rimbors tat-taxxa fuq id-dividendi, miżmuma fuq dividendi miksuba minn entitajiet stabbiliti f’dan l-Istat Membru, minħabba li din ma tipproduċix il-prova li tissodisfa ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw il-kompożizzjoni tal-azzjonisti tagħha previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, bil-kundizzjoni li, l-ewwel nett, il-konformità mar-rekwiżiti tal-azzjonisti tiġi meħtieġa mill-awtoritajiet fiskali b’mod ugwali kemm għall-UCITS residenti kif ukoll għal dawk mhux esidenti u, it-tieni nett, li d-differenza fit-trattament abbażi tal-kriterju tal-kwotazzjoni f’borża ta’ Stat Membru, f’dan il-każ fil-Borża ta’ Amsterdam ma tkunx tinkludi, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, trattament ipprivileġġat għall-impriżi residenti fl-imsemmi Stat Membru, kwistjoni li hija għall-qorti tar-rinviju sabiex tiddetermina.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Bit-tielet domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 63 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha jiġi rrifjutat lil UCITS mhux residenti r-rimbors tat-taxxa fuq id-dividendi miżmuma fuq dividendi miksuba minn entitajiet stabbiliti f’dan l-Istat Membru minħabba l-fatt li din l-UCITS ma ssodisfatx l-obbligu li tqassam lill-azzjonisti jew lill-parteċipanti tagħha l-profitti mqassma minn entitajiet residenti f’dan l-Istat Membru fi żmien tmien xhur mill-għeluq tas-sena finanzjarja tagħha. Dan anki jekk, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih l-UCITS mhux residenti hija stabbilita, dawn il-profitti jiġu kkunsidrati bħala mqassma jew jiġu inklużi fit-taxxa li l-Istat Membru ta’ residenza tal-UCITS jiġbor mill-imsemmija azzjonisti jew parteċipanti bħallikieku dawn il-profitti kienu ġew imqassma. Bil-maqlub, ir-rimbors inkwistjoni jingħata lil UCITS residenti li tissodisfa l-imsemmi obbligu, prevja tnaqqis tat-taxxa tal-Istat Membru inkwistjoni fuq id-dividendi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Din id-domanda preliminari tqajjem serje ta’ problemi delikati rigward l-istabbiliment tal-limiti għas-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istati Membri u l-possibbiltà relattiva tagħhom li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tas-sistemi fiskali nazzjonali, imsemmija fil-punti 47 sa 49 preċedenti, minħabba n-neċessità li tiżgura l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE u, f’dan il-każ, tal-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Il-previżjoni tal-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid tal-profitti li għalih tagħmel riferiment it-tielet domanda preliminari hija marbuta mal-għan imfittex mis-sistema rigward l-UCFI. Kif ġie nnotat fil-punt 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet din is-sistema tfittex li tilħaq l-għan li tassimila l-operaturi li jinvestu permezz ta’ UCFI mal-persuni fiżiċi li jwettqu investimenti diretti, sabiex b’hekk, b’dan il-mod jiġi evitat ir-riskju ta’ taxxa doppja li tkun tirriżulta jekk id-dividendi mqassma kellhom ikunu suġġetti għal taxxa fuq l-UCITS ikkonċernata u fuq il-parteċipanti tagħha. Is-sistema tal-UCFI tirrigwarda żewġ mekkaniżmi: minn naħa, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi tal-UCFI, li tirriżulta permezz tar-rimbors tat-taxxa miżmuma fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpanniji Olandiżi, u, min-naħa l-oħra, l-obbligu tat-tqassim mill-ġdid tal-profitti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Kif ġie spjegat mill-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid huwa strettament marbut ma’ dak, imsemmi fil-punt 12 preċedenti, fuq l-UCFI li jiġbru fil-mument ta’ tqassim tal-profitti, b’taxxa f’ras il-għajn, it-taxxa Olandiża fuq id-dividendi tal-azzjonisti jew il-parteċipanti tagħhom. B’dan il-mod, il-ġbir tat-taxxa fuq id-dividendi huwa mċaqlaq mil-livell tal-UCFI għal-livell tal-azzjonisti jew tal-parteċipanti ta’ dawn il-fondi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid huwa indistintament applikabbli kemm għal UCITS Olandiżi kif ukoll għal UCITS mhux residenti u huwa obbligu ta’ tqassim mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">effettiv</HT> tal-profitti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Id-dubji tal-qorti tar-rinviju tqajmu fir-rigward tar-rifjut ta’ rimbors lil KA Deka tat-taxxa f’ras il-għajn, miżmuma fuq id-dividendi mħallsa minn kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv. Tali dubji huma relatati mal-leġiżlazzjoni Ġermaniża, l-Istat Membru ta’ stabbiliment ta’ KA Deka. Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni fiskali fis-seħħ fil-Ġermanja fil-perijodu rilevanti għall-kawża prinċipali kienet tikkunsidra li għall-persuni fiżiċi parteċipanti f’UCITS jiġi mqassam ammont minimu (teoretiku) ta’ dividendi u kienet tipprevedi, f’każ li dan l-ammont minimu ma jintlaħaqx, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-ammonti addizzjonali fittizji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>B’mod iktar speċifiku, mid-deskrizzjoni inkluża fid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li s-sistema fiskali Ġermaniża, fil-perijodu rilevanti, għall-għanijiet tad-determinazzjoni tal-ammont taxxabbli kienet tikkunsidra li lill-individwi li kellhom ishma f’fond speċjali ta’ investiment kellu jiġi mqassam ammont minimu (teoretiku) ta’ dividendi. Fil-każ li d-dividendi effettivament imqassma ma kinux jippermettu li jintlaħaq dan l-ammont minimu, il-bażi taxxabbli kienet tiżdied b’teħid inkunsiderazzjoni tal-ammonti addizzjonali fittizji (imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ausschuttungsgleiche Erträge<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>). Fuq l-ammont taxxabbli ddeterminat b’dan il-mod, l-individwi li kellhom ishma f’UCITS kienu jibbenefikaw minn eżenzjoni ugwali għan-nofs ta’ dan l-ammont taxxabbli. Sal‑2004, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża ta’ dak iż-żmien kienet tippermetti lil individwu parteċipant ta’ UCITS jagħmel imputazzjoni sħiħa, fuq it-taxxa Ġermaniża miġbura fuq dak in-nofs tal-ammont taxxabbli msemmi iktar ’il fuq li huwa suġġett għat-taxxa, tat-taxxa fuq id-dividendi miżmuma fil-Pajjiżi l-Baxxi fil-konfront tal-fond tal-investiment. Wara emenda leġiżlattiva, din il-possibbiltà ta’ imputazzjoni ġiet limitata bejn l‑2004 u l‑2008 għal nofs it-taxxa Olandiża miġbura f’ras il-għajn, u iktar minn hekk, din l-imputazzjoni ma baqgħetx possibbli jekk l-UCITS tkun iddeċidiet li tnaqqas mid-dividendi t-taxxa barranija miġbura f’ras il-għajn.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Fil-mori tal-kawża, irriżultaw żewġ argumenti kontra xulxin rigward il-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl ta’ leġiżlazzjoni ta’ dan it-tip fl-Istat Membru ta’ residenza tal-UCITS mhux residenti, ir-rifjut imsemmi iktar ’il fuq tat-taxxa, minħabba li ma ġiex issodisfat l-obbligu tat-tqassim mill-ġdid effettiv, jikkostitwixxix jew le restrizzjoni kuntrarja għall-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Minn naħa, KA Deka, sostnuta, mill-Ordni ta’ Konsulenti Fiskali tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-kumpannija Loyens en Loeff, issostni li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, UCITS mhux residenti għandu jkollha l-possibbiltà li tagħti prova li tissodisfa fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għal dawk applikabbli fil-Pajjiżi l-Baxxi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>KA Deka tagħmel riferiment għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑493/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:635">EU:C:2011:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Peress li fid-dritt Ġermaniż il-profitt mhux imqassam kien intaxxat fil-livell tal-parteċipant daqslikieku kien tqassam,<?PAGE NO="16"?> tirriżulta f’dan il-każ kundizzjoni ekwivalenti għall-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid previst mid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi. Bil-maqlub, li jiġi rikjest li l-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni u f’dik tal-Istat Membru ta’ stabbiliment l-UCITS mhux residenti jkunu assolutament identiċi sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mis-sistema fiskali favorevoli, ikun ekwivalenti għal preġudizzju għall-moviment liberu tal-kapital, peress li, bħala parti minn ordinament ġuridiku ieħor, fond barrani ma jista’ prattikament qatt jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni taqbel essenzjalment ma’ din il-fehma u ssostni li għandu jiġi kkunsidrat bħala mhux konformi mal-Artikolu 63 TFUE r-rifjut li jiġu kkunsidrati, għall-għanijiet tar-rimbors tat-taxxa fuq id-dividendi, l-obbligi ta’ distribuzzjoni previsti fl-Istat Membru ta’ stabbiliment l-UCITS mhux residenti li jkunu komparabbli, anki jekk mhux identiċi, ma’ dawk previsti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, madankollu, il-Gvern Ġermaniż isostni li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-libertajiet fundamentali ma jistgħux jobbligaw Stat Membru, bħall-Pajjiżi l-Baxxi f’din il-kawża, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru ieħor bħal dik Ġermaniża f’din il-kawża. Bħala bażi għall-argument tiegħu, dan il-gvern jagħmel riferiment għall-ġurisprudenza, imsemmija fil-punt 49 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li skontha Stat Membru la huwa obbligat jadatta s-sistema fiskali tiegħu għas-sistemi ta’ tassazzjoni differenti tal-Istati Membri l-oħra u lanqas li jieħu inkunsiderazzjoni, għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali tiegħu, il-konsegwenzi possibbilment sfavorevoli li jirriżultaw mill-ispeċifiċitajiet tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, huwa sostna argument essenzjalment ekwivalenti għal dak tal-Gvern Ġermaniż. Madankollu, fis-seduta, dan il-gvern jidher li sfuma l-pożizzjoni tiegħu meta sostna li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-miżuri ta’ Stat Membru ieħor li jwasslu għal riżultat komparabbli mal-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi, pereżempju fil-każ li UCITS mhux residenti tkun ikkunsidrata fl-Istat Membru tagħha, fuq il-bażi ta’ finzjoni leġiżlattiva, li qassmet ammont ta’ dividendi ekwivalenti għal dak li kien ikollha tqassam UCITS residenti sabiex tibbenefika mill-istatus ta’ UCFI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest, li jeħtieġ li tiġi evalwata t-tielet domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Jeħtieġ li, qabel kollox, jiġi vverifikat jekk, f’każ bħal dan pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju, ir-rifjut mill-awtoritajiet fiskali nazzjonali tar-rimbors tat-taxxa fuq UCITS mhux residenti li ma ssodisfatx l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv tal-profitti previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, iżda li f’dan l-istess Stat Membru ta’ stabbiliment dawn il-profitti huma kkunsidrati bħala mqassma jew huma inklużi fit-taxxa li dan l-Istat Membru jiġbor mill-azzjonisti jew parteċipanti tagħha, jikkostitwixxix jew le restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital skont l-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward infakkar li tikkostitwixxi restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital kull dispożizzjoni li trendi t-trasferiment transkonfinali tal-kapital iktar oneruż jew inqas attraenti u għalhekk hija tali li tiddisswadi lill-investitur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Manninen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑319/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:164">EU:C:2004:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) b’riferiment għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990316">16 ta’ Marzu 1999</DATE>, <NAME.CASE>Trummer u Mayer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑222/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:143">EU:C:1999:143</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Amurta</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑379/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:323">EU:C:2007:323</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, minkejja li l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv huwa applikabbli indistintament għal UCITS residenti u għal UCITS mhux residenti, dan, fil-fehma tiegħi, jista’ jipproduċi effetti restrittivi rigward ċerti kategoriji ta’ UCITS mhux residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni konkreta ta’ obbligu ta’ dan it-tip għandha, infatti, bħala konsegwenza l-issuġġettar għal trattament fiskali differenti, minn naħa, ta’ UCITS residenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Minħabba li r-rekwiżit huwa indistintament applikabbli, teoretikament anki UCITS mhux residenti tista’ tissodisfa l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv. Matul is-seduta madankollu ġie enfasizzat kif, fil-fatt, prattikament l-ebda UCITS barranija ma qatt irnexxielha tikseb l-istatus ta’ UCFI.</P></NOTE>, li ssodisfat l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv u, min-naħa l-oħra, ta’ UCITS mhux residenti, li ma ssodisfatx b’mod formali dan l-obbligu, għaliex għaliha jirriżulta impossibbli jew eċċessivament diffiċli sabiex tissodisfah<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, minħabba kunflitti jew inkompatibbiltà mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-UCITS. Matul is-seduta ngħataw ħafna eżempji ta’ sitwazzjonijiet ta’ dan it-tip.</P></NOTE>, iżda li l-profitti tagħha huma kkunsidrati bħala mqassma skont id-dritt tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha u huma għalhekk intaxxati hemm. Fil-fatt l-ewwel tip ta’ UCITS jirċievi r-rimbors tat-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi filwaqt li t-tieni tip ma jirċevix dan ir-rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Trattament iddifferenzjat ta’ dan it-tip jista’ jiddisswadi UCITS mhux residenti li għaliha huwa impossibbli jew eċċessivament diffiċli li tissodisfa l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv, iżda li l-profitti tagħha jiġu kkunsidrati mqassma skont id-dritt tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha u huma għalhekk intaxxati hemm, milli twettaq investiment f’kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fil-Pajjiżi l-Baxxi. L-UCITS li jagħmlu parti minn din il-kategorija, kuntrarjament għall-UCITS residenti, ma jistgħu qatt, fil-fatt, jibbenefikaw mir-rimbors tat-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi mħallsa minn kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi. F’każijiet bħal dawn, dan it-trattament iddifferenzjat jista’ wkoll jiddisswadi persuni taxxabbli residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi milli jwettqu investimenti f’tali impriżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fidelity Funds, punti 42 sa 44 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>, għaliex dawn l-investimenti jkunu inqas attraenti fir-rigward tal-kisba ta’ azzjonijiet jew ishma ta’ UCITS residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Konformement ma’ dak li ġie nnotat fil-punt 60 preċedenti, f’każijiet bħal dawn, hija l-UCITS mhux residenti li għandha tipproduċi l-prova quddiem l-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru inkwistjoni, fl-ewwel lok, tas-sitwazzjoni tagħha ta’ impossibbiltà jew diffikultà eċċessiva sabiex tissodisfa eżattament ir-rekwiżit previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, jiġifieri f’din il-kawża l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv tal-profitti, u, fit-tieni lok, l-osservanza sostanzjali ta’ dan ir-rekwiżit fl-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha, jiġifieri f’din il-kawża ċ-ċirkustanza li skont dan id-dritt tali profitti jiġu kkunsidrati mqassma u huma suġġetti għat-taxxa hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, ipprojbita, fil-prinċipju, mill-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Madankollu, il-kwistjoni fundamentali f’din il-kawża hija l-verifika ta’ jekk iż-żewġ sitwazzjonijiet indikati fil-punt 107 preċedenti, jiġifieri dik ta’ UCITS residenti li ssodisfat l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv u dik ta’ UCITS mhux residenti, li għaliha jkun impossibbli jew eċċessivament diffiċli li tissodisfa dan l-obbligu u li fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha l-profitti jiġu kkunsidrati bħala mqassma u jiġu għalhekk intaxxati hemmhekk, humiex oġġettivament komparabbli. Li kieku dan ma kienx il-każ, fil-fatt, fl-applikazzjoni tal-prinċipji msemmija fil-punti 61 sa 63 preċedenti, il-fatt li tiġi eskluża mir-rimbors tat-taxxa t-tieni kategorija ta’ UCITS jista’ jiġi kkunsidrat bħala ġġustifikat minn differenza ta’ sitwazzjoni oġġettiva bejn iż-żewġ kategoriji ta’ UCITS inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fidelity Funds, punt 49.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Ċertament, risposta sempliċi għal din il-kwistjoni tkun dik li tikkonkludi li teżisti differenza ta’ sitwazzjoni oġġettiva: il-fatt li l-UCITS li ssodisfaw l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv, obbligu previst mill-Pajjiżi l-Baxxi fl-applikazzjoni tal-awtonomija fiskali tagħhom irrikonoxxuta mid-dritt tal-Unjoni, jinsabu f’sitwazzjoni oġġettivament differenti mill-UCITS li ma ssodisfawx dan l-obbligu, huwa li jiġġustifika t-trattament fiskali differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Madankollu, inqis li, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 58 sa 60 preċedenti, il-kwistjoni jixirqilha evalwazzjoni iktar profonda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-komparabbiltà jew in-nuqqas tal-komparabbiltà ta’ sitwazzjoni transkonfinali ma’ sitwazzjoni interna għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni kif ukoll tal-għan u l-kontenut ta’ dawn tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara s-sentenza Fidelity Funds, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Huwa għalhekk fid-dawl tal-għan tas-sistema rigward l-UCFI li magħha, kif irrilevat, hija marbuta l-previżjoni tal-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara l-punti 94 u 95 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> li jeħtieġ tiġi evalwata l-komparabbiltà taż-żewġ sitwazzjonijiet inkwistjoni, imsemmija fil-punt 111 preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Din is-sistema tfittex fundamentalment l-għan li tevita, għat-tipi ta’ investituri li għalihom hija intenzjonata, it-taxxa doppja tad-dividendi miksuba minn kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, billi ċċaqlaq it-taxxa mil-livell tal-UCITS għal dak tal-azzjonisti jew il-parteċipanti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, inqis, fl-ewwel lok, li, għal dak li jikkonċerna l-kisba mill-UCITS ta’ dividendi ta’ kumpanniji Olandiżi, iż-żewġ sitwazzjonijiet inkwistjoni huma oġġettivament komparabbli rigward l-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta jiksbu dawn id-dividendi, kemm UCITS residenti, kif ukoll UCITS mhux residenti huma, inizjalment, suġġetti, skont il-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi, għal taxxa f’ras il-għajn bħala taxxa fuq id-dividendi (taxxa li mbagħad, eventwalment, tingħata lura).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, mill-mument meta Stat Membru, b’mod unilaterali jew permezz ta’ ftehim, jissuġġetta għat-taxxa fuq id-dħul, inklużi d-dividendi mhux biss lill-kumpanniji residenti, iżda anki lill-kumpanniji mhux residenti, fir-rigward tad-dħul li huma jirċievu mingħand kumpannija residenti, is-sitwazzjoni tal-imsemmija kumpanniji mhux residenti toqrob lejn dik tal-kumpanniji residenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fidelity Funds, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa s-sempliċi eżerċizzju minn dan l-istess stat tal-kompetenza fiskali tiegħu li, indipendentement minn kull tassazzjoni fi Stat Membru ieħor, jagħti lok għal riskju ta’ sensiela ta’ taxxi jew ta’ taxxa doppja ekonomika. F’tali każ, sabiex il-kumpanniji benefiċjarji mhux residenti ma jkunux ikkonfrontati minn restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, ipprojbita, fil-prinċipju, mill-Artikolu 63 TFUE, l-Istat Membru ta’ residenza tal-kumpannija distributriċi għandu jara li, fir-rigward tal-proċedura prevista mid-dritt nazzjonali tiegħu sabiex tipprevjeni jew tnaqqas is-sensiela ta’ ntaxxar jew it-taxxa ekonomika doppja, il-kumpanniji mhux residenti jiġu suġġetti għal trattament ekwivalenti għal dak li jibbenefikaw minnu l-kumpanniji residenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara s-sentenza Fidelity Funds, punt 55, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Peress li l-Pajjiżi l-Baxxi għażlu li jeżerċitaw il-kompetenza fiskali tagħhom fuq id-dħul, speċifikament fuq id-dividendi, miksuba mill-UCITS mhux residenti, dawn jinsabu għalhekk f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ UCITS residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi f’dak li jirrigwarda r-riskju ta’ taxxa ekonomika doppja tad-dividendi mħallsa mill-kumpanniji residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fidelity Funds, punt 56, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>Jeħtieġ però li, fit-tieni lok, tiġi evalwata l-komparabbiltà taż-żewġ sitwazzjonijiet inkwistjoni rigward iċ-ċaqliq tat-taxxa tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji Olandiżi mil-livell tal-UCITS għal dak tal-azzjonisti jew parteċipanti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Madankollu, anki fir-rigward ta’ dan, iż-żewġ sitwazzjonijiet inkwistjoni huma, fil-fehma tiegħi, oġġettivament komparabbli rigward l-għan li jevitaw it-taxxa doppja tad-dividendi fuq kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>Fil-fatt, UCITS residenti li, fl-applikazzjoni tal-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv, tqassam il-profitti tagħha kollha – li jirriżultaw mill-kisba ta’ dividendi ta’ kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi – tinsab f’sitwazzjoni komparabbli għal UCITS mhux residenti li ma setgħetx tissodisfa dan l-obbligu minħabba sitwazzjoni ta’ impossibbiltà jew diffikultà eċċessiva, iżda li l-profitti tagħha – li jirriżultaw mill-kisba ta’ dividendi ta’ kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi – huma, fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha kkunsidrati bħala mqassma lill-azzjonisti jew lill-parteċipanti tagħha, f’terminu raġonevolment komparabbli għal dak previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u jiġu ntaxxati fuq dawn hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fiż-żewġ każijiet il-profitti tal-UCITS li jirriżultaw mid-dividendi miksuba mill-kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi jiġu suġġetti għal taxxa fil-livell tal-azzjonist jew tal-parteċipant tal-UCITS, u dan minħabba l-għażla ta’ taxxa magħmula mill-Pajjiżi l-Baxxi. F’dan id-dawl, dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet jidhru, għalhekk, oġġettivament komparabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Li tinżamm it-taxxa biss kontra UCITS mhux residenti tad-dividendi miksuba minn kumpanniji Olandiżi, filwaqt li jiġi miċħud lilha r-rimbors tat-taxxa f’ras il-għajn miżmuma fuq dawn id-dividendi, meta, minkejja li din l-UCITS ma tkunx qassmet b’mod effettiv il-profitti li jirriżultaw minn dawn id-dividendi minħabba s-sitwazzjoni ta’ impossibbiltà jew diffikultà eċċessiva sabiex tissodisfa l-obbligu ta’ tqassim effettiv, dawn il-profitti jiġu, fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha, ikkunsidrati bħala mqassma u jiġu ntaxxati fuq l-azzjonist jew il-parteċipant tidher, għalhekk, qisha trattament differenti ta’ sitwazzjonijiet komparabbli, kuntrarjament, ukoll, għall-ilħuq tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni li tiġi evitata t-taxxa doppja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>Il-konklużjoni dwar il-komparabbiltà taż-żewġ sitwazzjonijiet inkwistjoni mhix imqiegħda f’dubju miċ-ċirkustanza li l-UCITS mhux residenti ma hijiex suġġetta għall-obbligu ta’ taxxa f’ras il-għajn Olandiża fuq il-profitti li tħallas lill-azzjonisti jew parteċipanti tagħha, taxxa li sseħħ wara l-applikazzjoni tal-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv tal-profitti li jirriżultaw mill-kisba tad-dividendi ta’ kumpanniji Olandiżi. Din iċ-ċirkustanza ma tikkostitwixxix, fil-fatt, differenza ta’ sitwazzjoni oġġettiva li tista’ tiġġustifika trattament iddifferenzjat bejn iż-żewġ sitwazzjonijiet inkwistjoni rigward ir-rimbors tat-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi tal-kumpanniji Olandiżi miksuba mill-UCITS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza, meta l-għan tal-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali huwa li l-livell ta’ taxxa jiġi mċaqlaq mill-vettura ta’ investiment lejn l-azzjonist ta’ din il-vettura, huma bħala prinċipju l-kundizzjonijiet materjali tas-setgħa ta’ tassazzjoni fuq id-dħul tal-azzjonisti li għandhom jitqiesu bħala deċiżivi, u mhux it-teknika ta’ tassazzjoni użata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara s-sentenza Fidelity Funds, punt 60.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129.</NO.P><TXT>L-impossibbiltà li jiġu suġġetti għat-taxxa l-parteċipanti mhux residenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Dwar il-parteċipanti residenti ta’ UCITS mhux residenti ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jista’ fi kwalunkwe każ jeżerċita s-setgħa ta’ tassazzjoni tiegħu minkejja li l-UCITS mhux residenti ma tiġix suġġetta għall-obbligu ta’ taxxa f’ras il-għajn tal-profitti mqassma minnha.</P></NOTE> fuq il-profitti mqassma minn UCITS mhux residenti, li jirriżultaw minn dividendi mħallsa minn kumpanniji Olandiżi, ma hija xejn ħlief il-konsegwenza loġika tal-għażla, magħmula mill-Pajjiżi l-Baxxi fl-applikazzjoni tal-awtonomija fiskali tagħhom, li jċaqalqu l-livell ta’ taxxa mill-vettura ta’ investiment lejn l-azzjonist<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fidelity Funds, punt 62.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130.</NO.P><TXT>Din l-impossibbiltà, li tirriżulta minn għażla awtonoma tal-Istat Membru, għalhekk ma hijiex riżultat ta’ differenza ta’ sitwazzjoni oġġettiva u ma tistax barra minn hekk, fid-dawl tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 111 ta’ dawn il-kundizzjonijiet, tiġġustifika trattament fiskali ddifferenzjat rigward ir-rimbors tat-taxxa f’ras il-għajn tad-dividendi fil-livell tal-vetturi ta’ investiment bejn UCITS residenti u mhux residenti minħabba l-fatt li dawn tal-aħħar ma humiex suġġetti għall-obbligu li jżommu t-taxxa fuq id-dividendi ta’ kumpanniji Olandiżi mħallsa lill-azzjonisti jew parteċipanti tagħhom u li għalhekk dawn id-dividendi jevitaw, fil-każ ta’ azzjonisti jew parteċipanti mhux residenti, it-taxxa tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131.</NO.P><TXT>Ninnota, finalment, li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkunsidrat espressament, fil-punt 84 tas-sentenza Fidelity Funds, il-possibbiltà li l-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru inkwistjoni (f’dan il-każ, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi), minflok it-taxxa f’ras il-għajn fuq il-profitti mħallsa mill-parteċipanti bħal dik imsemmija fil-punt 12 preċedenti, jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni t-taxxa mħallsa minn UCITS mhux residenti lill-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha skont il-leġiżlazzjoni fiskali tiegħu, sabiex jippermettu lil din l-UCITS tibbenefika mill-eżenzjoni favuriha (li tikkorrispondi għal ħlas lura, rilevanti f’din il-kawża) tat-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132.</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, iż-żewġ sitwazzjonijiet indikati fil-punti 107 u 111 preċedenti huma oġġettivament komparabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-natura ġġustifikata tar-restrizzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133.</NO.P><TXT>Il-Pajjiżi l-Baxxi ma ressqu l-ebda raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali bħala ġustifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni. F’dan ir-rigward, inqis, barra minn hekk, li l-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Fidelity Funds – li kif ġie nnotat kienet tirrigwarda leġiżlazzjoni simili għal dik fil-kawża prinċipali – rigward il-ġustifikazzjonijiet relattivi għan-neċessità li jiġi żgurat it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Ara l-punti 66 sa 76 tas-sentenza Fidelity Funds.</P></NOTE> u n-neċessità li titħares il-koerenza tas-sistema fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara l-punti 77 sa 86 tas-sentenza Fidelity Funds.</P></NOTE>, huma essenzjalment applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għal dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri, mill-ġurisprudenza jirriżulta li meta Stat Membru jkun iddeċieda li ma jintaxxax lill-UCITS residenti li jibbenefikaw minn dividendi ta’ oriġini nazzjonali – bħal fis-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali fl-applikazzjoni tar-rimbors tat-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpanniji Olandiżi –, ma tistax tiġi invokata n-neċessità li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li tiġi ġġustifikata t-tassazzjoni tal-UCITS mhux residenti li jibbenefikaw minn dan id-dħul<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Ara l-punt 71 tas-sentenza Fidelity Funds u s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑338/11 sa C‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:286">EU:C:2012:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċittata fih).</P></NOTE>, jiġifieri, f’din il-kawża, mid-dividendi mħallsa mill-kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, li Stat Membru jżomm taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi ddistribwiti lill-UCITS mhux residenti, mingħajr ma jagħtiha lura, minħabba l-impossibbiltà li jżomm taxxa fuq id-distribuzzjoni kollha mwettqa minn dawn l-impriżi, ma jwassalx sabiex jiġi prekluż aġir li jista’ jippreġudika d-dritt ta’ dan l-Istat Membru li jeżerċita l-kompetenza fiskali tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fit-territorju tiegħu, iżda, għall-kuntrarju, sabiex tiġi kkumpensata l-assenza ta’ setgħa ta’ tassazzjoni li tirriżulta mit-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Sentenza Fidelity Funds, punt 75.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, in-neċessità li tiġi ppreżervata l-koerenza tas-sistema fiskali, mill-imsemmi punt 84 tas-sentenza Fidelity Funds jirriżulta li l-koerenza interna tas-sistema fiskali fit-tilwima fil-kawża prinċipali tista’ tinżamm b’miżura inqas restrittiva mir-rifjut tar-rimbors tat-taxxa f’ras il-għajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137.</NO.P><TXT>Dan ikun il-każ jekk l-UCITS residenti fi Stat Membru li mhux ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, li għalihom huwa impossibbli jew eċċessivament diffiċli li jissodisfaw l-obbligu ta’ tqassim mill-ġdid effettiv, iżda li f’dan l-Istat Membru ta’ stabbiliment il-profitti jiġu kkunsidrati bħala mqassma u jiġu ntaxxati fuq l-azzjonist jew il-parteċipant tagħhom, jistgħu jibbenefikaw mir-rimbors tat-taxxa f’ras il-għajn, bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet tat-taxxa Olandiżi jaċċertaw, bil-kooperazzjoni sħiħa ta’ dawn l-impriżi, li dawn tal-aħħar, jew iżommu jew iħallsu, fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħhom, taxxa ekwivalenti għat-taxxa Olandiża fuq id-dividendi li l-fondi residenti għandhom, fl-applikazzjoni tal-obbligu msemmi fil-punt 12 preċedenti, iżommu, bħala taxxa, fuq il-profitti mħallsa lill-azzjonisti jew lill-parteċipanti tagħhom. Li tali UCITS jiġu permessi li jibbenefikaw minn dan ir-rimbors, f’dawn iċ-ċirkustanzi, ikun jikkostitwixxi, fil-fatt, miżura inqas restrittiva mis-sistema attwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138.</NO.P><TXT>Isegwi li r-restrizzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma tistax tiġi ġġustifikata la min-neċessità li jiġi ggarantit tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri u lanqas min-neċessità li titħares il-koerenza tas-sistema fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni kollha preċedenti, inqis li jeħtieġ li t-tielet domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju għandha tingħata risposta fis-sens li l-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha UCITS mhux residenti tiġi rrifjutata r-rimbors tat-taxxa tad-dividendi, miżmuma fuq dividendi miksuba minn entitajiet stabbiliti f’dan l-Istat Membru, minħabba l-fatt li din l-UCITS ma ssodisfatx l-obbligu, previst mil-leġiżlazzjoni fiskali ta’ dan l-Istat Membru, li tqassam lill-azzjonisti jew parteċipanti tagħha l-profitti mqassma minn entitajiet residenti f’dan l-Istat Membru fi żmien tmien xhur minn wara t-tmiem tas-sena finanzjarja u dan meta jintwera li għal din l-UCITS mhux residenti huwa impossibbli jew eċċessivament diffiċli li tissodisfa dan l-obbligu u meta, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih l-UCITS mhux residenti hija stabbilita, dawn il-profitti jiġu kkunsidrati bħala mqassma jew jiġu inklużi fit-taxxa li l-Istat Membru ta’ residenza tal-UCITS jiġbor mill-azzjonisti jew parteċipanti msemmija daqslikieku dawn il-profitti kienu ġew imqassma, filwaqt li r-rimbors inkwistjoni jingħata lil UCITS residenti li tissodisfa l-obbligu msemmi, wara tnaqqis tat-taxxa tal-Istat Membru inkwistjoni fuq id-dividendi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet magħmula, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-tieni u għat-tielet domanda preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) bil-mod segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L‑Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha jiġi rrifjutat lil UCITS mhux residenti r-rimbors tat-taxxa fuq id-dividendi, miżmuma fuq id-dividendi miksuba minn entitajiet stabbiliti<?PAGE NO="22"?> f’dan l-Istat Membru, minħabba li din ma tipproduċix il-prova li tissodisfa ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw il-kompożizzjoni tal-azzjonisti tagħha previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, bil-kundizzjoni li, l-ewwel nett, il-konformità mar-rekwiżiti tal-azzjonisti tiġi meħtieġa mill-awtoritajiet fiskali b’mod ugwali hemm għall-UCITS residenti kif ukoll għal dawk mhux residenti u, it-tieni nett, li d-differenza fit-trattament abbażi tal-kriterju ta’ kwotazzjoni f’tali Stat Membru, f’dan il-każ, il-Borża ta’ Amsterdam ma tkunx tinkludi, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, trattament ipprivileġġat għall-impriżi residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi, kwistjoni li hija għall-qorti tar-rinviju biex tiddetermina.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha UCITS mhux residenti tiġa rrifjutata r-rimbors tat-taxxa tad-dividendi, miżmuma fuq dividendi miksuba minn entitajiet stabbiliti f’dan l-Istat Membru, minħabba l-fatt li din l-UCITS ma ssodisfatx l-obbligu previst mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, li tqassam lill-azzjonisti jew parteċipanti tagħha l-profitti mqassma minn entitajiet residenti f’dan l-Istat Membru fi żmien tmien xhur minn wara t-tmiem tas-sena finanzjarja u dan meta, jintwera li għal din l-UCITS mhux residenti huwa impossibbli jew eċċessivament diffiċli li tissodisfa dan l-obbligu u meta, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih l-UCITS mhux residenti hija stabbilita, dawn il-profitti jiġu kkunsidrati bħala mqassma jew jiġu inklużi fit-taxxa li l-Istat Membru ta’ residenza tal-UCITS jiġbor mill-azzjonisti jew parteċipanti msemmija daqslikieku dawn il-profitti kienu ġew imqassma, filwaqt li r-rimbors inkwistjoni jingħata lil UCITS residenti li tissodisfa l-obbligu msemmi, wara tnaqqis tat-taxxa tal-Istat Membru inkwistjoni fuq id-dividendi.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>