32004R0235



Official Journal L 040 , 12/02/2004 P. 0011 - 0016


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 235/2004

ta' l-10 ta' Frar 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2320/97 li jistabbilixxi dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjoni ta' ċerti kanen u tubi, mingħajr saldatura, tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat li joriġinaw, fost affarijiet oħra, mir-Rumanija, relattivament għall-partijiet li jirrelataw ma' l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' prodotti fabbrikati mill-Petrotub SA u mir-Repubblika SA

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 233 u 253 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamnet tal-Kummissjoni (KE) Nru. 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjoni oġġetta ta' dumping minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku)(1), b'mod partikolari l-Artikoli 2 [1] u (11) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

(1) Fid-9 ta' Jannar 2003, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fis-sentenza tagħha fil-kawża C-76/900 P (is-"sentenza") annullat is-sentenza preċedenti tal-Qort ta' Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-15 ta' Diċembru 1999 fil-kawżi konġunti T-33/98 u T-34/98 (Petrotub u Repubblika/Kunsill) [2]. Permezz tas-Sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej annullat effettivament ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2320/97 tas-17 ta' Novembru 1997 li jimponi dazi anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċerti kanen u tubi tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat li joriġinaw fl-Ungerija, fil-Polonja, fir-Russja, fir-Repubblika Ċeka, fir-Rumanija u fir-Repubblika Slovakka [3] (ir-Regolament anti-dumping definittiv jew ir-Regolament ikkontestat), fil-parti li tirrelata ma' l-importazzjoni fil-Komunità fabbrikata mill-Petrotub SA u mir-Repubblika SA.

(2) Hu rikonoxxut mill-Qrati [4] li, f'kawżi fejn proċedura tikkonsisti f'diversi fażijiet amministrattivi, l-annullament ta' waħda minn dawn il-fażijiet ma tannullax il-proċedura kollha. Il-proċedura anti-dumping hi eżempju ta' proċedura magħmula minn diversi fażijiet. Konsegwentament, l-annullament ta' partijiet tar-Regolament anti-dumping definittiv ma jimplikax l-annullament tal-proċedura sħiħa qabel l-adozzjoni tar-Regolament in kwistjoni. Min-naħa l-oħra, skond l-Artikolu 233 tat-Trattat, l-istituzzjonijiet komunitarji huma obbligati li jkunu konformi mas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, l-istituzzjonijiet komunitarji, meta jikkonformaw mas-Sentenza, għandhom il-possibilità li jirrimedjaw l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li jwassal għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma jmissux il-partijiet mhux ikkontestati li m'humiex milquta mis-Sentenza [5].

(3) Wara s-Sentenza kienet ippubblikata notifika dwar miżuri anti-dumping fuq l-importazzjoni ta' ċerti kanen u tubi tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat li joriġinaw fir-Rumanija [6], f'liema kien hemm mgħarraf li Petrotub SA u Repubblika SA ma kienux aktar suġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolamenti anti-dumping definittiv.

(4) Dan ir-Regolament ifittex li jikkoreġi, fir-rigward ta' Petrotub SA u ta' Repubblika SA, l-aspetti tar-Regolament ikkontestat misjub li kien inkonsistenti mal-liġi komunitarja fis-Sentenza, u li għalhekk wasslu biex jannullaw ir-Regolament ikkontestat. Il-konklużjonijiet kollha l-oħra magħmula fir-Regolament ikkontestat, li ma kienux ikkontestati saż-żmien determinat għal rikuża u għalhekk ma kienux ikkonsidrati mill-Qrati u ma wasslux għall-annullament tar-Regolament ikkontesta, jibqgħu validi.

B. PRODOTTI TAĦT KONSIDERAZZJONI

(5) Il-kategoriji tal-prodotti taħt konsiderazzjoni huma l-istess bħal dawk ikkunsidrati fir-Regolament anti-dumping definittiv fi kliem ieħor.:

(a) kanen mingħajr saldatura, tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat, ta' tip li jintużaw għal katusi taż-żejt u għal katusi tal-gas, ta' dijametru esterni li ma jabqiżx l-406.4 mm; u

(b) tubi mingħajr saldatura ta' sezzjoni ċirkulari, tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat, stirati jew illaminati permezz tal-kesħa, għajr tubi ta' preċiżjoni; u

(ċ) tubi oħra ta' sezzjoni ċirkulari, tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat, għajr maħdum jew li jistgħu jiġu maħduma, ta' dijametru esterni li ma jaqbiżx l-406.4 mm fabbrikati minn Petrotub SA u minn Repubblika SA u klassifikabbli attwalment fil-kodiċi NK ex73041010, ex73041030, 73043199, 73043991 u 73043993. Dawn il-kodiċi NK jingħataw biss għall-informazzjoni.

Ċ. VALUTAZZJONI ĠDIDA TAR-RIŻULTATI BBAŻATI FUQ IS-SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

1. Rimarka preliminarja

(6) F'dan ir-Regolament, l-aspetti tas-Sentenza li huma indirizzati huma l-kalkolu tal-marġni anti-dumping ta' Petrotub Sa u d-determinazzjoni tal-valur normali tar-Repubblika SA.

(7) Il-marġni ta' dumping ta' Petrotub kien, kif deskritt fil-premessa 22 tar-Regolament anti-dumping definittiv, ikkalkolat fuq il-bażi ta' paragun tal-medja ppeżata tal-valur normali stabbilit għal Petrotub SA mal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni invidiwali kollha. Dan kien meqjus neċessarju sabiex jirrifletti il-grad sħiħ ta' dumping li qed ikun ipprattikat u minħabba li kien stabbilit l-andament tal-prezzijiet għall-esportazzjoni ta' Petrotub li kienu differenti b'mod sinjifikanti fost xerrejja, reġjuni jew perijodu ta' ħin differenti.

Skond is-Sentenza, dan il-metodu, li hu stabbilit fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, jista' jintuża biss jekk, b'addizzjoni mar-riżultat ta' l-andament ta' l-esportazzjoni li hu differenti b'mod sinjifikanti fost xerrejja, reġjuni jew perijodu ta' ħin differenti, hu spjegat għaliex l-ewwel żewġ metodi speċifikati fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 2(11) (li jissejjħu wkoll "metodi simetriċi") ma jippermettux dawn id-differenzi fl-andamenti ta' prezzijiet għall-esportazzjoni biex jiġu kkunsidrati b'mod xieraq u għalhekk biex jirriflettu l-grad sħiħ ta' dumping li qed jiġi prattikat. Madankollu, fir-Regolament anti-dumping definittiv il-Kunsill, wara li semma kif dovut fil-premessa 22 li kien hemm andament li kien differenti b'mod sinjifikanti fost ix-xerrejja, ir-reġjuni jew il-perijodi ta' ħin differenti, ikkonkluda biss li l-ewwel miż-żewġ metodi simetriċi (il-metodu ta' medju għal medju) ma rrifflettix il-grad sħiħ ta' dumping li qed ikun prattikat f'dak il-kuntest, mingħajr ma jindirizza t-tieni metodu simmetriku (metodu ta' transazzjoni għal transazzjoni). Għalhekk, dan ir-Regolament jerġa' jivvaluta u jikkoreġi r-riżultati ta' l-investigazzjoni li twassal għall-imposizzjoni tad-dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni minn Petrotub SA, permezz tal-valutazzjoni ta' l-applikabilità tat-tieni metodu simetriku fid-dawl tal-ħtiġiet li jinsabu fis-Sentenza. Dan it-tieni metodu simetriku jipprevedi paragun ta' valuri normali individwalu u prezzijiet għall-esportazzjoni individwali lejn il-Komunità fuq bażi transazzjoni transazzjoni.

(8) It-tieni nett, fir-Regolament anti-dumping definittiv, bejgħ magħmul mir-Repubblika SA permezz ta' kumpens ta' dejn kien ikkunsidrat li sar fil-kors ta' transazzjonijiet kummerċjali normali. Fil-paragrafu 86 tas-Sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej sostniet li din il-konklużjoni ma kinietx akkumpanjat minn motivazzjoni xierqa ta' raġunijiet, fil-miżura li l-premessa 19 tar-Regolament anti-dumping definittiv li jindika sempliċiment li ġie stabbilit li "bejgħ li sar billi ntuża kumpens kien filfatt magħmul fil-kors ta' trasazzjonijiet kummerċjali normali" ma kellha l-ebda element spjegattiv ta' dan it-tip sabiex tgħarraf lill-partijiet ikkonċernati dwar ir-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jasal għall-konklużjonijiet tiegħu. Dan ir-Regolament għalhekk issa jipprovdi l-motivazzjoni neċessarja ta' raġunijiet, skond l-Artikolu 253 tat-Trattat.

(9) Peress li l-informazzjoni neċessarja sabiex ikunu rimedjati d-difetti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fir-Regolament anti-dumping definittiv u li wasslu għall-annullament tiegħu kienet disponibbli għall-Kummissjoni fil-ħin ta' l-adozzjoni tar-Regolament anti-dumping definittiv u għadha hekk s'issa, ma kienet neċessarja l-ebda investigazzjoni oħra fir-rigward ta' Petrotub SA, tar-Repubblika SA jew ta' partijiet oħra. Il-motivazzjoni meħtieġa għalhekk tista' tkun ibbażata fuq l-informazzjoni eżistenti, miġbura fil-qafas ta' l-investigazzjoni li wasslet għall-imposizzjoni ta' miżuri definittivi.

2. Marġni ta' dumping ta' Petrotub SA

(10) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, it-tieni metodu simetriku jibbaża l-kalkolu ta' marġni ta' dumping fuq paragun ta' valuri normali individiwali ta' tipi differenti ta' prodotti kkonċernati mal-prezzijiet għall-esportazzjoni individwali korrispondenti, effetwati għal kull transazzjoni.

(11) Dan il-metodu jista' jkun applikat biss jekk jintlaħqu numru ta' kondizzjonijiet. Paragun effettwat għal kull operazzjoni jeskludi b'definizzjoni l-użu ta' medji (kemm jekk għas-suq intern kif ukoll għall-esportazzjoni). Biex ikunu mqabbla, l-operazzjonijiet jistgħu jintużaw biss jekk isiru fl-istess ġurnata, kemm għas-suq intern kif ukoll għall-esportazzjoni. Kwalunkwe deroga għal dan il-prinċipju li tħalli l-użu ta' operazzjonijiet mhux magħmula fl-istess ġurnata tkun arbitrarja. Biex paragun ta' transazzjoni għal transazzjoni jkun validu, hu neċessarju li jkun użat esklussivament il-bejgħ, intern u għall-esportazzjoni, li jirrelata ma' l-istess prodott jew ma' prodott simili. Bejgħ effettwat fuq is-suq intern jista' jintuża biss jekk hu fil-kors ta' operazzjonijiet kummerċjali normali. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, bejgħ effetwat fuq is-suq intern għandu jsir fil-kors ordinarju kummerċjali fi kwantità li tammonta għal ta' l-inqas 5 % tal-volum ta' l-operazzjonijiet għall-esportazzjoni. L-identifikazzjoni ta' bejgħ mhux magħmul fil-kors ta' kummerċ ordinarju fil-livell ta' l-operazzjoni kienet saret skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Skond it-tieni metodu simetriku, il-prezzijiet għall-esportazzjoni ma jistgħux jiġu mqabbla ma' valuri normali kkostruwiti. Fl-aħħar, hu kkunsidrat li dan il-metodu jista' jkun rappreżentattiv biss fil-preżenza ta' volum kbir b'mod suffiċjenti ta' transazzjonijiet għall-esportazzjoni u ta' transazzjonijiet ta' bejgħ fuq is-suq intern.

(12) Skond din il-bażi ġie eżaminat jekk hux possibli li jkun applikat kalkolu transazzjoni għal transazzjoni. Instab li l-volum ta' operazzjonijiet għall-esportazzjoni li jistgħu jkunu mqabbla ammontaw għal 66.6 %. Madankollu, 9.5 % tal-volum ta' bejgħ fuq is-suq intern biss, li saru fil-kors ta' operazzjonijiet normali ta' kummerċ, jista' jintuża biex jiġi stabbilit valur normali. Fi kliem ieħor, il-maġġoranza assoluta ta' bejgħ fuq is-suq intern ma kinietx tittieħed f'konsiderazzjoni fil-kalkolu ta' dumping. Dan l-użu baxx tad-data relattiva għall-operazzjoni hi għalhekk mhiex bażi suffiċjentament rappreżentata fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur normali, li hu l-valur ta' riferiment għal kwalunkwe analiżi ta' dumping ta' operazzjonijiet għall-esportazzjoni. Skond din il-bażi, il-metodu bbażat fuq transazzjoni għal transazzjoni ma kienx iġġudikat bħala metodu approprijat biex jiġi kkalkolat il-marġni ta' dumping f'dan il-każ.

(13) Għalhekk, meta wieħed jikkunsidra l-użu tat-tieni metodu simetriku ma kienx jipprovdi riżultati rappreżentattivi, dan il-metodu ma kienx jippermetti li jittieħdu f'konsiderazzjoni d-differenzi sinjifikanti fl-andament tal-prezzijiet għall-esportazzjoni. Konsegwentament, kien neċessarju li jkun applikat it-tielet metodu, li jissejjaħ il-paragun tal-medja ppeżata tal-valuri normali u l-prezzijiet individwali għall-esportazzjoni (metodu assimetriku), fil-preżenza ta' l-andament ta' prezzijiet għall-esportazzjoni, instab li la l-ewwel u lanqas it-tieni metodu simetriku ma kienu jippermettu dawn id-differenzi biex jittieħdu f'konsiderazzjoni.

3. Valur normali tar-Repubblika SA

(14) Kif spjegat fil-premessa 8, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewoprew sabet li l-Kunsill ma ssodisfax il-ħtiġiet ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, waqt li llimitat ruħha biex tafferma, skond il-premessa 19, il-ħames paragrafu tar-Regolament ikkontestat, li l-bejgħ magħmul permezz ta' kumpens saru fil-kors ta' operazzjonijiet kummerċjali normali. Din il-motivazzjoni hi għalhekk stabbilita hawn taħt.

(15) Matul l-investigazzjoni, li wasslet għall-imposizzjoni ta' dazji anti-dumping definittivi, ir-Repubblika SA sostniet li volum sostanzjali tal-bejgħ tagħha fuq is-suq intern sar skond il-bażi ta' ftehimiet ta' kumpens ta' dejn. Kien affermat li l-prezzijiet ta' bejgħ tal-prodott ikkonċernat mibjugħ skond il-bażi ta' dan il-ftehim ta' kumpens ma setgħux ikunu nnegozjati, minħabba li r-Repubblika SA kienet sfurzata biex tieħu l-fornituri tagħha fiċ-ċirklu ta' kumpens bir-riżultat li l-prezzijiet ta' bejgħ għal dawn il-fornituri kienu konsiderevolment aktar baxxi mill-prezzijiet normali u għalhekk mhux kumparabbli mal-prezzijiet tas-suq normali. Ir-Repubblika SA iddikjarat li bejgħ skond il-bażi ta' ftehimiet ta' kumpens kellhom jiġu esklużi mill-bejgħ fuq is-suq intern għall-kalkolu ta' valur normali, peress li dawn ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li saru fil-kors ta' operazzjoni kummerċjali normali.

(16) Għandu jkun emfasizzat li l-ħlas minn ftehim ta' kumpens kif deskritt fil-premessa 15 ta' dan ir-Regolament għandu jkun distint mill-eżistenza ta' ftehimiet ta' kumpens fis-sens ta' l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Instab li ħlas effettwat fuq il-bażi ta' ftehim ta' kumpens kif deskritt mir-Repubblika SA fl-osservazzjoni tagħha u fil-premessa 15 ta' dan ir-Regolament kien jikkonsisti effettivament fi ħlas ta' kontijiet fejn debiti u krediti kienu kkumpensati mingħajr ma affettwaw il-kondizzjonijiet tal-prezzijiet tal-merkanzija kkunsinjata, ftehim ta' kumpens, fis-sens ta' l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, jirreferi għal ftehim, fejn merkanzija u/jew servizzi huma mibdula bejn fornitur u klijent u fejn il-prezz fatturat hu bbażat fuq id-differenza tal-valur ta' dawn il-merkanzija u/jew servizzi u għalhekk ma jirriflettux il-valur reali tal-merkanzija mibgħuta.

(17) Matul l-investigazzjoni fuq il-post tal-bini tar-Repubblika nstab li ċerti bejgħ fuq is-suq intern, li kienu rrapportati skorrettament bħala li kienu suġġetti għal termini standard ta' ħlas bi flus kontanti, instabu li fil-fatt ġew imħallsa permezz ta' kumpens fil-qafas ta' ftehim ta' kumpens. It-tip ta' kumpens li kien qed jiġi applikat mir-Repubblika SA u minn klijenti oħra tagħha, li f'dawn il-każijiet kellhom fl-istess ħin ir-rwol ta' fornituri għal merkanzija jew servizzi oħra, kien jikkonsisti fl-ibbilanċjar tas-somma mirċieva mas-somma li trid titħallas. Xi kultant kienu nvoluti parti terza waħda jew aktar, eżempju fil-każ fejn ir-Repubblika SA tbigħ lil klijent li biex iħallas d-dejn tiegħu lejha kien juża krediti li għandu fuq terzi persuni. Dan it-tip ta' ħlas ta' operazzjonijiet permezz ta' ftehim ta' kumpens hu komuni f'ekonomiji b'likwidità baxxa u l-investigazzjoni wriet li dan ma nfluwenzax il-prezzijiet ta' bejgħ oriġinarjament iffissati. Barra dan, instab li meta r-Repubblika SA insistiet għal ħlas bi flus kontanti mill-klijenti tagħha (eżempju meta hi kellha bżonn il-flus biex tħallas lill-persunal tagħha), prezzijiet għall-bejgħ kienu ffissati fuq livell aktar baxx minn ftehim ta' kumpens, sabiex il-klijent jiġi ppremjat għal dan il-ħlas bi kontanti kontanti. Kien konkluż li l-ħlas b'kumpens tar-Repubblika ma waqax taħt il-kunċett ta' ftehim ta' kumpens kif deskritt fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, għax instab li l-ftehimiet ta' kumpens li tagħhom ir-Repubblika SA kienet parti ma nfluwenzax il-prezzijiet għall-bejgħ indikati.

(18) Jista' għalhekk ikun konkluż li l-argument imqajjem mir-Repubblika SA fir-rigward ta' bejgħ imħallas permezz ta' kumpens u l-influwenza fuq il-prezzijiet ta' bejgħ fuq is-suq intern ma jirriflettix ir-realtà u għalhekk anke l-bejgħ magħmul mir-Repubblika SA fil-qafas tal-ftehimiet ta' kumpens kien magħmul fil-kors ta' operazzjonijiet kummerċjali normali.

4. Konklużjoni

(19) L-użu tat-tieni metodu simetriku għad-determinazzjoni tal-marġni ta' dumping ta' Petrotub SA mhux indikat għaliex il-volum ta' bejgħ fuq is-suq intern, li jista' jintuża biex ikun stabbilit il-valur normali, mhux suffiċjentament rappreżentattiv biex isir il-paragun skond dan il-metodu. Għalhekk, dan il-metodu ma jistax jikkunsidra differenzi sinjifikattivi fl-andament ta' prezzijiet għall-esportazzjoni, fi kliem ieħor ma jistax jirrifletti l-grad sħiħ ta' dumping. Għalhekk, peress li la l-ewwel u lanqas it-tieni metodu simetriku ma jistgħu, għalkemm għal raġunijiet differenti, jirriflettu l-grad sħiħ ta' dumping li qed jiġi prattikat, kellu jiġi applikat it-tielet metodu kif ipprovdut fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. Konsegwentament, l-applikazzjoni tagħha u r-riżultat ta' din l-applikazzjoni kif iddettaljata fil-premessi 22 u 23 tar-Regolament ikkontestat huma kkonfermati.

(20) Għar-raġunijiet indikati fil-premessi 16 u 17, bejgħ magħmul mir-Repubblika SA permezz ta' kumpens ta' dejn instabu li saru fil-qafas ta' operazzjonijiet kummerċjali normali.

(21) Konsegwentament, il-marġni ta' dumping determinati fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru. 2320/97 huma hawnhekk ikkonfermati.

D. KOMUNIKAZZJONI TA' L-INFORMAZZJONI

(22) Il-partijiet kienu nformati dwar il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali skond il-bażi ta' liema kien maħsub li tkun rakkomandata l-istabbiliment mill-ġdid ta' dazju anti-dumping definittiv. Kien ukoll awtorizzat perijodu f'liema setgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom sussegwenti għal din il-komunikazzjoni.

(23) L-osservazzjonijiet ippreżentati oralment u bil-miktub mill-partijiet ġew eżaminati u, fejn xieraq, ġew ikkunsidrati.

E. OBBLIGI

(24) Żewġ produtturi esportaturi mir-Rumanija offrew obbligi ta' prezzijiet skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. L-obbligi ta' prezzijiet offruti fihom l-istess elementi ta' dak l-obbligu li ma baqax validu fid-9 ta' Jannar 2003 konsegwenza tas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropew. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-obbligi offruti huma aċċettabbli u biżżejjed biex jipproteġu lill-industrija komunitarja mill-effett inġurjuż ta' dumping.

(25) Il-kumpanniji se jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b'informazzjoni regolari u dettaljata dwar l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità, sabiex l-obbligi jkunu jistgħu jiġu osservati b'mod effettiv mill-Kummissjoni.

(26) Sabiex ikunu żgurati r-rispett u kontroll effettiv ta' l-obbligu, meta tiġi ppreżentata t-talba għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-qafas ta' dan l-obbligu lill-awtorità doganali kompetenti, l-eżenzjoni mid-dazju għandha tkun kondizzjonali fuq preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' produzzjoni validu u oriġinali li fih l-informazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament. Dan iċ-ċertifikat ta' produzzjoni għandu jkun ippreżentati sa' mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tiegħu u l-kwantitajiet ippreżentati lid-dwana għall-importazzjoni fil-Komunità ħielsa mid-dazju anti-dumping m'għandhomx jaqbżu dawk stipulati fuq iċ-ċertifikat. Meta ma jkunx ippreżentat dan iċ-ċertifikat ta' produzzjoni, meta ma jaqbilx mal-prodott ikkonċernat jew meta l-kwantitajiet stipulati fuq iċ-ċertifikat huma maqbuża, għandu jitħallas l-ammont approprijat ta' dazju anti-dumping.

(27) F'każ ta' ksur suspettat, ksur attwali jew irtirar ta' l-obbligu minn kwalunkwe parti għalih, jista' jkun impost dazju anti-dumping, fil-qafas ta' l-Artikolu 8(9) u (10) tar-Regolament bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-konklużjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 2320/97 fir-rigward tal-produtturi esportaturi mir-Rumanija Petrotub SA u Repubblika SA huma hawnhekk ikkonfermati. Dazji anti-dumping definittivi huma hawnhekk imposti fuq l-importazzjoni li ġejja mir-Rumanija u fabbrikata minn Petrotub SA u mir-Repubblika SA:

(a) kanen mingħajr saldatura, tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat, ta' tip li jintużaw għal katusi taż-żejt u għal katusi tal-gas, ta' dijametru esterni li ma jabqiżx l-406.4 mm; (attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NK ex73041010 u ex73041030 – kodiċi TARIC 7304101010 u 7304103010);

(b) tubi mingħajr saldatura ta' sezzjoni ċirkculari, tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat, stirati jew laminati bil-kesħa, għajr tubi ta' preċiżjoni (attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NK 73043199);

(ċ) tipi oħra ta' tubi ta' sezzjoni ċirkolari, tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat, għajr maħdum jew li jistgħu jkunu maħduma, ta' dijametru esterni li ma jaqbiżx l-406.4 mm (attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NK 73043991 u 73043993).

2. Ir-rata ta' dazji anti-dumping definittivi applikabbli għall-prezzijiet netti, ħielsa fil-fruntiera komunitarja qabel id-dazju, għandha tkun kif ġej:

Pajjiż | Fabbrikant | Rata ta' dazju | Kodiċi addizzjoniali TARIC |

Rumanija | Petrotub SA | 9.8 % | 8468 |

Repubblika SA | 9.8 % | 8469 |

3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

1. Importazzjoni għandha tkun eżenti mid-dazji anti-dumping imposti bl-Artikolu 1 sakemm huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-kumpanniji mniżżla fil-paragrafu 4 li offrew obbligi aċċettati mill-Kummissjoni u sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 4.

2. Meta d-dikjarazzjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa hi ppreżentata, l-eżenzjoni mid-dazju għandha tkun ikkondizzjonata mill-preżentazzjoni lis-servizzi doganali kompetenti ta' l-Istati Membri b'ċertifikat ta' produzzjoni validu u oriġinali maħruġ minn waħda mill-kumpanniji mniżżla fil-paragrafu 4. Iċ-ċertifikat ta' produzzjoni għandu jkun konformi mal-ħtiġiet għal ċertifikati bħal dawn stabbiliti fl-obbligi aċċettati mill-Kummissjoni; l-elementi prinċipali tagħhom huma mniżżla fl-Anness.

3. Iċ-ċertifikat ta' produzzjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun ippreżentat mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu. Il-kwantitajiet ippreżentati lis-servizzi doganali ta' l-Istati Membri għall-importazzjoni fil-Komunità ħielsa mid-dazju anti-dumping m'għandhomx jaqbżu dawk stipulati fuq iċ-ċertifikat. Meta l-kwantitajiet stipulati fuq iċ-ċertifikati jiġu maqbuża, iż-żejjed għandu jkun suġġett għad-dazju, u jkun iddikjarat skond il-kodiċi addizzjonali rilevanti TARIC ta' l-Artikolu 1(2).

4. Importazzjoni akkumpanjata minn ċertifikat ta' produzzjoni għandha tkun iddikkjarata skond il-kodiċi addizzjonali TARIC li ġej:

Pajjiż | Fabbrikant | Kodiċi addizzjonali TARIC |

Rumanija | Petrotub SA | 8514 |

Repubblika SA | 8515 |

Artikolu 3

Ir-rapporti ta' l-Istati Membri lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru. 384/96 għandhom jindikaw għal kull rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, is-sena u x-xahar ta' l-importazzjoni, il-kodiċi NK, il-kodiċi TARIC u l-kodiċi addizzjonali TARIC, it-tip ta' miżura, il-pajjiżi ta' oriġini, il-kwantità, il-valur, id-dazju anti-dumping, l-Istat Membru ta' importazzjoni u, fejn xieraq, in-numru tas-serje taċ-ċertifikat ta' produzzjoni.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Frar 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

C. McCreevy

[1] ĠU L 56, tas-06.03.96, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1972/2002 (ĠU L 305, tas-07.11.02, p. 1).

[2] (1999) ECR II-3837.

[3] ĠU L 322, tal-25.11.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 190/2000 (ĠU L 23, tat-28.1.2000, p. 1).

[4] IPS vs Kunsill (1998) ECR II-3939.

[5] Kawża C-458/98 P IPS vs Kunsill (2000) ECR I-08147.

[6] ĠU C 30, tat-08.02.03, p. 14.

--------------------------------------------------

ANNESS

ELEMENTI PRINĊIPALI TAĊ-ĊERTIFIKAT TA' PRODUZZJONI [1] IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(2)

(a) In-numru taċ-ċertifikat

(b) Identifikazzjoni li turi jekk iċ-ċertifikat hux oriġinali

(ċ) Id-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat

(d) it-test li ġej:

"Ċertifikat ta' produzzjoni maħruġ (isem il-Kumpannija) skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2320/97 għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea fil-qafas tal-kodiċi addizzjonali TARIC… ta' ċerti kanen u tubi mingħajr saldatura."

(e) L-isem u l-indirizz sħiħ tal-Kumpannija, u possibilment numru ta' identifikazzjoni, bħal numru ta' reġistrazzjoni nazzjonali għal kumpanniji reġistrati

(f) L-isem u l-indirizz sħiħ tal-klijent tal-Kumpannija fil-Komunità li jimporta l-merkanzija jew l-isem u l-indirizz sħiħ tal-kummerċjant mhux relatat barra l-Komunità li qed jesporta l-merkanzija

(g) In-numru tal-fattura tal-Kumpannija li għalih jirreferi ċ-ċertifikat tal-produzzjoni

(g) Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, inkluż:

- deskrizzjoni tal-prodott biżżejjed biex ikunu identifikati l-prodotti, li se tkun identika għad-deskrizzjoni tal-prodott fuq il-fattura

- kodiċi NK

- kwantità (f'tunnellata metrika)

(i) L-isem ta' l-uffiċjal tal-Kumpannija responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni li ġejja ffirmata:

"Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni fil-Komunità Ewropea tal-merkanzija koperta b'dan iċ-ċertifikat qed isir fl-iskop u skond it-termini ta' l-intrapriża minn (isem il-Kumpannija), u fil-limitu tal-volum permess għal importazzjoni ħielsa mid-dazju anti-duming fil-Komunità stabbilit fl-obbligu aċċettat mill-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni 97/790/KE. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat hi kompluta u korretta."

(j) Spazju riservat għall-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità.

[1] Skond it-termini ta' l-obbligu offrut u aċċettat mill-Kummissjoni, kull kaxxa fuq iċ-ċertifikat se tkun f'erba' ilsna: l-ilsien tal-pajjiż tal-produttur, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.

--------------------------------------------------