|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1045 |
13.5.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1045
tat-12 ta’ Mejju 2026
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċidi fosfoniċi tal-alkil u l-imlieħi tas-sodju tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fit-18 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti aċidi fosfoniċi tal-alkil u l-imlieħi tas-sodju tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2025 minn LANXESS Deutschland GmbH (“Lanxess” jew “l-ilmentatur”). L-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti aċidi fosfoniċi tal-alkil u tal-imlieħi tas-sodju tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2385 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”). |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(6) |
Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati dwar il-bidu tal-investigazzjoni. |
1.5. Kampjunar
|
(7) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
L-ebda kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(8) |
Minħabba li Lanxess huwa l-uniku produttur tal-Unjoni, f’dan il-każ l-ebda kampjunar ma kien meħtieġ. |
Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(9) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(10) |
Tliet importaturi mhux relatati li jappartjenu għall-istess grupp korporattiv ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
Kampjunar tal-produtturi esportaturi
|
(11) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(12) |
Ħames produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet kumpaniji abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
|
(13) |
Shandong Green Technologies Import and Export Co., Ltd., produttur esportatur Ċiniż mhux inkluż fil-kampjun, oġġezzjona għan-nuqqas ta’ inklużjoni tiegħu fil-kampjun. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni analizzat il-merti tal-oġġezzjoni. Il-Kummissjoni kkonfermat li l-volumi tal-esportazzjonijiet ta’ dan il-produttur esportatur matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu ferm aktar baxxi mill-volumi tal-esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-kampjun propost kien jikkostitwixxi l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, kif meħtieġ skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex temenda l-kampjun. Għalhekk, il-kampjun inżamm. |
1.6. Eżami individwali
|
(15) |
Shandong Green Technologies Import and Export Co., Ltd., informa wkoll lill-Kummissjoni li tista’ titlob eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, dan il-produttur esportatur ma ppreżentax tweġiba għall-kwestjonarju u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar ma talabx eżami individwali. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(16) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(17) |
Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fiċ-Ċina fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-kumpaniji fiċ-Ċina inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji kienu disponibbli online (4) fil-jum tal-bidu. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: Produtturi tal-Unjoni:
Importaturi Mhux Relatati:
Utenti:
Produtturi esportaturi fiċ-Ċina:
Importatur relatat fl-Unjoni:
|
1.8. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(20) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(21) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa l-aċidu 2-fosfonobutan-1,2,4-trikarbossiliku u l-melħ tas-sodju tiegħu idroġenu 2-fosfonatobutan-1,2,4-trikarbossilat tat-tetrasodju, f’forma solida jew f’soluzzjoni milwiema, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2931 49 80 (il-kodiċi TARIC 2931 49 80 60) (“il-prodott taħt investigazzjoni” jew il-“PBTC”). |
|
(22) |
Normalment, il-prodott taħt investigazzjoni jaqa’ taħt il-Chemical Abstracts Service (“CAS”) 37971-36-1 u 66669-53-2, huwa rreġistrat fl-Unjoni Ewropea taħt in-numri ta’ referenza tal-Komunità Ewropea (KE) 253-733-5 u 266-442-3, rispettivament, u n-Numri tad-Dwana u l-Istatistika (“CUS”) fuq il-bażi tad-data tal-Inventarju Doganali Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi (“ECICS”) huma 0027475-9 u 0087281-1. |
|
(23) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa prodott permezz tat-tliet passi ewlenin li ġejjin. L-ewwel nett, il-fosfit tad-dimetil (“DMPI”) u l-ester dimetiliku tal-aċidu malejku (“MDE”) jirreaġixxu ma’ katalizzatur bażi f’reattur, u jifformaw l-ester tetrametiliku tal-aċidu fosfonosuċċiniku (PBS-Ester). Imbagħad, il-PBS-Ester ifformat fl-ewwel reattur jiġi ttrasferit mingħajr iżolament fit-tieni reattur fejn il-PBS-Ester jirreaġixxi mal-ester metiliku tal-aċidu akriliku (AM) f’reazzjoni oħra katalizzata minn bażi biex jifforma l-pentametilester tal-aċidu 2-fosfonobutan-1,2,4-trikarbossiliku (PBTC-Ester). Imbagħad, il-PBTC-Ester jiġi ttrasferit għat-tielet reattur. Biex jifforma PBTC, il-PBTC-Ester jiġi idrolizzat bl-ilma. Il-PBTC-Na4 jiġi prodott mill-PBTC permezz tan-newtralizzazzjoni bl-idrossidu tas-sodju. |
|
(24) |
L-applikazzjonijiet ewlenin tal-PBTC jinkludu proċessi tat-trattament tal-ilma, u tindif industrijali u istituzzjonali. Dan minħabba r-rwol ottimali tagħhom bħala inibituri tal-iskala u tal-korrużjoni. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(25) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni li joriġina miċ-Ċina. |
2.3. Prodott simili
|
(26) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(27) |
Għalhekk, f’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li dawk il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
|
(28) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda preżentazzjoni jew dikjarazzjoni mill-partijiet interessati rigward l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(29) |
Minħabba li kien hemm provi biżżejjed disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(30) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data neċessarja għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu informazzjoni rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-PBTC. Erba’ produtturi esportaturi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(31) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda preżentazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku minn partijiet oħra sal-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
|
(32) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni. |
|
(33) |
Fit-13 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota (“in-Nota”) dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha ta’ produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-PBTC. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Żewġ partijiet interessati (Shandong Taihe Technologies Co., Ltd. (“Taihe”) u Lanxess) ippreżentaw kummenti dwar in-Nota. Il-kummenti huma indirizzati fit-Taqsima 3.2. |
3.2. Valur normali
|
(34) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(35) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem imsejħa “SG & A”). |
|
(36) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(37) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddikjara li “distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(38) |
Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw l-istess ċirkostanzi fattwali sabiex tintwera l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. |
|
(39) |
Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(40) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur.”. |
|
(41) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (5) (“ir-Rapport”), li fih evidenza dwar l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’diversi fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera) kif ukoll f’setturi magħżula (bħas-settur tas-sustanzi kimiċi, …). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport dwar iċ-Ċina tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. L-ilmentatur ibbaża ruħu fuq l-evidenza li tinsab fir-Rapport, b’mod partikolari l-kapitolu speċifiku tar-Rapport li jindirizza d-distorsjonijiet fis-settur tas-sustanzi kimiċi fiċ-Ċina. (6) |
|
(42) |
L-ilmentatur indika li l-Istat Ċiniż huwa ekonomija tas-suq soċjalista żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (is-“CCP”) li jkopri l-aspetti essenzjali kollha tal-Istat, inklużi l-ekonomija u s-sistema ġudizzjarja, peress li l-istituzzjonijiet Ċiniżi ma humiex irregolati mill-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat. Huwa argumenta li s-CCP jeżerċita kontroll partikolarment strett fil-livell ekonomiku li ssarraf fl-importanza kbira tal-Intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) fl-ekonomija Ċiniża. Is-CCP huwa involut fl-istituzzjonijiet governattivi kif ukoll fl-istrutturi korporattivi kemm tal-kumpaniji privati kif ukoll tal-SOEs sal-punt li jista’ jeżerċita dominanza u kontroll assolut fuq l-ekonomija Ċiniża kollha. L-ilmentatur indika tliet mezzi ewlenin ta’ intervent mill-GTĊ fl-ekonomija Ċiniża: amministrattivi, finanzjarji u regolatorji (7). |
|
(43) |
L-ilment kien fih ukoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. L-ilmentatur irrefera wkoll għas-sejbiet tal-Kummissjoni f’diversi investigazzjonijiet reċenti, li kkonfermaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-rigward tas-settur Ċiniż tas-sustanzi kimiċi, inkluż fl-investigazzjoni dwar ċerti esteri tal-fosfat tal-alkil (8), l-aċesulfam (9), l-aċidu ċitriku (10) u l-glutamat tal-monosodju (11). |
|
(44) |
Barra minn hekk, l-ilment fakkar l-elementi li ġejjin li jirriżultaw f’distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(45) |
L-ewwel nett, is-settur tal-PBTC qed jiġi servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-Istat. Il-GTĊ jiżgura influwenza qawwija kemm fuq l-SOEs kif ukoll fuq il-kumpaniji privati, speċjalment f’industriji meqjusa bħala strateġiċi jew imħeġġa bħas-settur tas-sustanzi kimiċi (inkluż il-PBTC u l-melħ tas-sodju tiegħu). Il-GTĊ jaħtar u jikkontrolla eżekuttivi ewlenin permezz tas-CCP kif ukoll jipprovdi lill-SOEs b’aċċess preferenzjali għal inputs importanti (bħall-art u l-kapital) u vantaġġi kompetittivi oħra. Kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak lokali, il-GTĊ stabbilixxa l-Kummissjonijiet għas-Superviżjoni u għall-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (“SASAC”) biex jirrappreżentaw l-interessi tal-Istat bħala azzjonist fl-SOEs. L-ilmentatur irrefera wkoll għas-“Sistema ta’ Kreditu Soċjali” bħala għodda ġdida approvata mis-CCP li l-GTĊ se jkun qed juża biex jimmonitorja, jikklassifika u jikkundizzjona l-imġiba tal-kumpaniji domestiċi u barranin kollha fiċ-Ċina (12). Fl-aħħar nett, fl-2021, il-GTĊ ħareġ l-14-il Pjan ta’ 5 Snin li għandu l-għan iżomm il-politiki soċjalista u jsaħħaħ it-tkabbir ekonomiku taċ-Ċina permezz ta’ ekonomija tas-suq soċjalista. |
|
(46) |
Speċifikament fir-rigward tal-industrija tal-PBTC, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda tal-GTĊ, u skont informazzjoni disponibbli pubblikament diversi produtturi ewlenin tal-PBTC u tal-PBTC-Na4 huma SOEs. Pereżempju, iċ-China National Chemical Corporation (ChemChina), li Sinochem Holding Company Limited hija l-azzjonist tagħha (13). Bl-istess mod, kumpaniji privati jidhru wkoll taħt kontroll mill-qrib tal-GTĊ (14). Skont l-ilmentatur, il-GTĊ għandu wkoll l-intenzjoni li jkompli jinvesti u jsaħħaħ l-SOEs attivi fl-industrija tal-PBTC u tal-PBTC-Na4 (15). |
|
(47) |
It-tieni, il-preżenza tal-Istat fil-kumpaniji tal-PBTC tippermetti wkoll lill-awtoritajiet jinterferixxu mal-prezzijiet u/jew mal-kostijiet. Permezz ta’ miżuri regolatorji u ta’ politika, il-GTĊ jinfluwenza wkoll il-produzzjoni, kif ukoll il-kostijiet u l-prezzijiet ta’ prodotti bħall-PBTC u l-PBTC-Na4 permezz tal-preżenza u l-intervent tiegħu fis-setturi upstream tal-materja prima u l-inputs neċessarji għall-produzzjoni tiegħu (16). Pereżempju, il-GTĊ stabbilixxa proġetti strateġiċi ta’ investiment fil-provinċja ta’ Shandong relatati mal-anidride malejka, materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-PBTC, li turi l-għan tal-GTĊ li jżid il-produzzjoni tiegħu u tenfasizza l-importanza tal-anidride malejka fl-industrija Ċiniża tas-sustanzi kimiċi (17). Eżempju ieħor huwa l-fosforu isfar, materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-PBTC u tal-PBTC-Na4. L-ilmentatur irrefera għall-investigazzjoni anti-dumping reċenti dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti esteri tal-fosfat tal-alkil miċ-Ċina li fiha l-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-GTĊ stabbilixxa strateġija biex jikkontrolla u jintervjeni fil-produzzjoni tal-fosforu isfar (18). Il-GTĊ iżomm ukoll taxxa fuq l-esportazzjoni fuq il-fosforu isfar stabbilita għal 20 % li tipprevjeni din il-materja prima milli tiġi esportata u toħloq kapaċità żejda enormi fiċ-Ċina. L-ilmentatur argumenta wkoll li tali taxxa fuq l-esportazzjoni tikkostitwixxi distorsjoni tas-suq skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, li tnaqqas b’mod artifiċjali l-kost tal-produzzjoni tad-derivattivi tal-fosforu bħall-PBTC u l-imlieħi tiegħu. Barra minn hekk, il-politika tal-GTĊ dwar it-taxxa fuq l-esportazzjoni ħolqot ukoll distorsjonijiet internazzjonali dwar il-fosforu isfar li jaffettwaw lill-fornituri tal-materja prima Vjetnamiżi u Każakistani (19). |
|
(48) |
It-tielet, il-GTĊ isegwi politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur il-fornituri domestiċi jew inkella li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. L-ilmentatur spjega li l-iżvilupp tal-ekonomija Ċiniża huwa ddeterminat minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali jridu jiffukaw fuqhom u jistinkaw biex jimplimentawhom. Il-GTĊ konsistentement xeħet enfasi qawwija fuq l-industrija tas-sustanzi kimiċi fid-dokumenti ta’ politika differenti tiegħu u fassal b’mod ċar il-miżuri tiegħu biex jiffavorixxi lill-produtturi domestiċi tas-sustanzi kimiċi. F’dan ir-rigward, ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni tal-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Interim dwar il-Promozzjoni tar-Ristrutturar Industrijali (“id-Deċiżjoni Nru 40”) li tindika b’mod ċar li l-GTĊ jappoġġa l-iżvilupp tal-industrija tas-sustanzi kimiċi fini. L-ilmentatur irrefera għal diversi pjanijiet u politiki oħra ta’ implimentazzjoni tal-GTĊ li lkoll juru l-appoġġ b’saħħtu tal-GTĊ għall-industrija Ċiniża tas-sustanzi kimiċi, iżda wkoll b’mod partikolari l-iżvilupp u l-enfasi fuq il-produzzjoni tal-fosforu isfar, li huwa materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-PBTC u tal-imlieħi tiegħu (pereżempju, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-Promozzjoni tal-Użu Effiċjenti u ta’ Valur Għoli tar-Riżorsi tal-Fosforu (“Pjan ta’ Implimentazzjoni għar-Riżorsi tal-Fosforu”) (20). |
|
(49) |
Ir-raba’, bħal fi kwalunkwe settur ieħor fl-ekonomija Ċiniża, is-settur tas-sustanzi kimiċi huwa soġġett għad-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tar-regoli Ċiniżi dwar il-falliment, dawk korporattivi u tal-proprjetà. L-ilmentatur argumenta li s-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma tilħaqx b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u d-djun, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-kredituri u tad-debituri, u min-naħa tiegħu dan jaffettwa s-suq finanzjarju u tas-self Ċiniż. Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment ċari fir-rigward tas-sjieda tal-art u tad-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina, jiġifieri li l-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż. Għalhekk, skont l-ilmentatur, il-produtturi tal-PBTC u tal-imlieħi tiegħu huma soġġetti għar-regoli Ċiniżi dwar il-falliment, dawk korporattivi u tal-proprjetà, u għalhekk huma soġġetti wkoll għad-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat ta’ dawn il-liġijiet (21). |
|
(50) |
Il-ħames, il-kostijiet tal-pagi huma distorti fis-settur tal-PBTC u tal-PBTC-Na4 ukoll. Il-kostijiet tal-pagi ma jirriżultawx minn forzi normali tas-suq jew minn negozjar kollettiv ħieles, iżda huma soġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. Id-distorsjonijiet fil-kostijiet tal-pagi huma msaħħa aktar minn sussidji tal-manodopera pprovduti mill-Istat Ċiniż, b’mod partikolari, lill-produtturi tal-PBTC. Pereżempju, skont l-ilmentatur, Shandong Taihe Water Treatment Technologies Co., Ltd., u Henan Qingshuiyuan Technology Co., Ltd. irrapportaw diversi sussidji bħal dawn inklużi sussidji għat-taħriġ, sussidji għall-impjegati apprendisti, sussidji għall-istabbilizzazzjoni tal-impjiegi tal-intrapriżi, l-introduzzjoni ta’ fondi tat-talent, u sussidji għat-titjib tal-ħiliet. Bħala tali, l-influwenza qawwija tal-GTĊ fuq il-kost tal-pagi fl-industriji tal-PBTC taffettwa b’mod konsiderevoli l-kostijiet u l-forzi tas-suq ħieles, u inevitabbilment toħloq distorsjonijiet sinifikanti fis-suq (22). |
|
(51) |
Is-sitt, l-ilmentatur argumenta li l-produtturi tal-PBTC għandhom aċċess għal finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma humiex qed jaġixxu b’mod indipendenti mill-Istat. Peress li l-Istat iżomm influwenza fuq l-aspetti ewlenin kollha tas-sistema finanzjarja Ċiniża, l-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal distorsjonijiet importanti. Dawn id-distorsjonijiet varji jinkludu preżenza qawwija tal-gvern fl-istituzzjonijiet finanzjarji, u kostijiet tat-teħid b’self artifiċjalment baxxi, sabiex jiġi stimulat it-tkabbir tal-investiment, li jiżvela sitwazzjoni li ma tistax titqabbel ma’ ekonomiji oħra bbażati fuq is-suq. L-ilmentatur irrefera wkoll għal għadd ta’ dokumenti ta’ politika u dispożizzjonijiet legali li jistabbilixxu prinċipji ta’ self preferenzjali, inkluż il-Pjan ta’ Implimentazzjoni għar-Riżorsi tal-Fosforu, biex juri li l-industrija tal-PBTC u tal-PBTC-Na4 hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti maħluqa mill-interferenza tal-GTĊ fis-sistema finanzjarja. Barra minn hekk, l-ilmentatur allega li l-produtturi Ċiniżi tal-PBTC u tal-PBTC-Na4 ibbenefikaw b’mod dirett minn self preferenzjali kemm minn banek tal-Istat kif ukoll minn banek privati. Pereżempju, Henan Qingshuiyuan Technology Co., Ltd. kiseb self minn diversi banek Ċiniżi, bħall-Agricultural Bank of China, il-Bank of China, iċ-China Construction Bank, iċ-China Merchants Bank u s-CITIC Bank (23). |
|
(52) |
L-ilmentatur ippreżenta dikjarazzjoni li d-distorsjonijiet imsemmija hawn fuq huma sistemiċi. Bħala konklużjoni, l-ilmentatur argumenta li hemm distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fis-settur Ċiniż tal-PBTC u tal-PBTC-Na4 u li, b’riżultat ta’ dan, ma huwiex xieraq li jintużaw kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. Huwa talab li l-Kummissjoni taħdem il-valur normali abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq (24). |
|
(53) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b), tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl. L-evidenza fil-fajl inkludiet l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li tiddependi fuq sorsi disponibbli pubblikament. |
|
(54) |
Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
3.2.1.1.
|
(55) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa mnaqqax fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri, is-sjieda mill-poplu kollu u s-sjieda kollettiva mill-ħaddiema” (25). |
|
(56) |
L-ekonomija tal-Istat hija l-“forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat jiżgura l-“konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (26). Tabilħaqq, meta mqabbel mat-13-il Pjan ta’ 5 Snin (FYP), is-SASAC ikkonfermaw li l-assi totali tal-intrapriżi ċentrali żdiedu b’44,6 % matul l-14-il FYP, filwaqt li “jixprunaw b’mod effettiv l-iżvilupp integrat tal-intrapriżi upstream u downstream fil-katina industrijali u jipprovdu appoġġ b’saħħtu għall-kisba b’suċċess tal-għanijiet u l-kompiti ewlenin tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż tagħna” (27). |
|
(57) |
Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema legali kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. |
|
(58) |
Is-sistema ta’ propjetà Ċiniża hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħra ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (28). |
|
(59) |
Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tas-CCP. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw sovrastruttura fejn ma hemmx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. |
|
(60) |
Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. |
|
(61) |
Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[i]l-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina” (29). Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. |
|
(62) |
Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni konswetudinarja f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles. |
|
(63) |
L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq l-għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP aktar milli jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (30). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti varati mill-awtoritajiet Ċiniżi, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(64) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. |
|
(65) |
Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti. |
|
(66) |
Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (aġġornament industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). |
|
(67) |
L-operaturi ekonomiċi, kemm privati kif ukoll tal-Istat, iridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet, iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom kif xieraq, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (31). |
|
(68) |
It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika dwar is-self tagħhom iridu jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern aktar milli jivvalutaw primarjament il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (32). |
|
(69) |
L-istess japplika għall-komponenti l-oħra tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma stabbiliti b’mod istituzzjonali u operazzjonali b’mod li ma jkunx immirat lejn il-massimizzazzjoni tal-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda lejn l-iżgurar tal-kontroll u l-awtorizzazzjoni ta’ intervent mill-Istat u mis-CCP (33). |
|
(70) |
It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jitwettaq sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex definita, u għalhekk tħalli marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (34). |
|
(71) |
B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investimenti, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (35). |
|
(72) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, u dan jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (36). |
3.2.1.2.
|
(73) |
Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
|
(74) |
Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa prinċipalment moqdi minn kumpaniji privati, bħal Shandong Taihe Technologies Co., Ltd. (37) jew Jiyuan Qingyuan Water Treatment Co., Ltd. (38) iżda wkoll minn kumpaniji li huma parzjalment tal-Istat bħal Nantong Uniphos Chemicals Co., Ltd. (39) li hija 67 % proprjetà ta’ Nantong Jiangshan Agrochemicals and Chemicals Co., Ltd. (40), li min-naħa tagħha hija 27 % tal-Istat (41). Barra minn hekk, fis-settur upstream tal-fosforu isfar, materja prima primarja użata għall-produzzjoni tal-PBTC, il-grad ta’ sjieda tal-Istat jibqa’ sinifikanti, b’għadd ta’ produtturi li huma parzjalment proprjetà tal-Istat jew ikkontrollati minnu (42), bħal Hubei Xingfa Chemicals Group Co., Ltd. (43) (44) li minnu 20 % huma miżmuma minn Yichang Xingfa Group Co., Ltd., SOE kkontrollata mill-Gvern tal-Poplu tal-Muniċipalità ta’ Yichang jew Yunnan Phosphorus Group Co., Ltd. (45) sussidjarja kollha kemm hi (46) ta’ Yunnan Yuntianhua, SOE kkontrollata fl-aħħar mill-aħħar mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u għall-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat ta’ Yunnan (47). |
|
(75) |
Madankollu, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-SOEs, iżda wkoll f’kumpaniji privati (48), bis-CCP li jiddikjara t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. Tabilħaqq, l-influwenza tal-Istat permezz ta’ strutturi tas-CCP fil-kumpaniji effettivament twassal biex l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt il-kontroll u s-superviżjoni tal-politiki tal-gvern, fid-dawl ta’ kemm l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fiċ-Ċina. Barra minn hekk, is-settur kollu tal-prodott ikkonċernat huwa soġġett għal diversi politiki tal-gvern: l-ewwel, “proċessi ta’ trattament tat-tajn tal-fosforu għall-produzzjoni tal-fosforu isfar” b’emissjonijiet baxxi huma elenkati fost l-industriji li għandhom jitħeġġu taħt il-kategorija tal-industrija tas-sustanzi kimiċi u petrokimiċi fl-Edizzjoni tal-2024 tal-Katalogu Gwida għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija (49), li jindika l-intenzjonijiet tal-awtoritajiet li joħolqu ambjent regolatorju li jwassal għall-iżvilupp tas-settur u li potenzjalment iwitti t-triq għall-aċċess tal-industrija għal finanzjament. Fl-istess ħin, il-produtturi tal-fosforu isfar b’kapaċitajiet tal-produzzjoni iżgħar huma elenkati wkoll fost l-industriji li għandhom jiġu eliminati, u dan juri l-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jinfluwenzaw it-tqassim tal-industrija tal-fosforu: “unitajiet ta’ produzzjoni ta’ fosforu isfar b’kapaċità ta’ unità waħda ta’ anqas minn 5 000 tunnellata fis-sena (50).” Inputs oħrajn bħall-metanol u l-metakrilat tal-metil prodotti minn produtturi iżgħar huma elenkati wkoll taħt il-kategorija tal-industriji ristretti (51). |
|
(76) |
Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar il-materja prima (52) jindirizza b’mod dirett is-setturi tas-sustanzi petrokimiċi u tas-sustanzi kimiċi billi jiddikjara li “[f]is-setturi li jinkludu s-sustanzi petrokimiċi u s-sustanzi kimiċi, l-azzar, il-metalli mhux ferrużi, u l-materjali tal-bini, għandna nrawmu għadd ta’ intrapriżi pijunieri tal-katina tal-industrija li jeżerċitaw tmexxija fuq l-ekosistema u kkaratterizzati minn kompetittività ewlenija, (…). Ir-rwol ta’ gwida tal-intrapriżi ewlenin fis-setturi tas-sustanzi kimiċi u tal-materjali bini għandu jiġi ingranat sabiex jippromwovi r-riforma u r-ristrutturar korporattivi.” Barra minn hekk, il-pjan ifittex li “jikkontrolla b’mod strett kapaċitajiet ġodda f’industriji bħal […] il-fosforu isfar”. |
|
(77) |
Barra minn hekk, il-“Pjan ta’ Implimentazzjoni għar-Riżorsi tal-Fosforu” (53) huwa fformulat sabiex “jimplimenta l-kompiti ewlenin tal-pjanijiet nazzjonali rilevanti, iwettaq użu effiċjenti u ta’ valur għoli tar-riżorsi tal-fosforu, u jtejjeb il-vantaġġ kompetittiv tal-katina industrijali kollha.” B’mod aktar speċifiku, il-pjan ifittex li “jaċċellera t-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali bħal […] fosforu isfar, jiżviluppa b’mod vigoruż industriji emerġenti bħas-sustanzi kimiċi tal-fosforu ta’ kwalità għolja, jaċċellera l-kultivazzjoni ta’ raggruppamenti ta’ manifattura avvanzati, u jibni sistemi ta’ industrija tas-sustanzi kimiċi tal-fosforu ta’ livell għoli, intelliġenti, ekoloġiċi, integrati u kkonċentrati”. |
|
(78) |
Il-kontroll tal-gvern u s-superviżjoni tal-politika jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija (54). |
|
(79) |
Pereżempju, iċ-China Petrochemical and Chemical Industry Federation (“CPCIF”) hija l-assoċjazzjoni settorjali tal-industrija. Skont l-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF, l-organizzazzjoni “taċċetta l-gwida professjonali, is-superviżjoni u l-ġestjoni mill-entitajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni u mill-ġestjoni, mill-entitajiet responsabbli mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti responsabbli mill-ġestjoni tal-industrija” (55). |
|
(80) |
Barra minn hekk, is-CPCIF stabbiliet Kumitat Speċjali għas-Sustanzi Kimiċi ta’ Kwalità Għolja li jkopri b’mod espliċitu “aġenti tat-trattament tal-ilma (56)”. |
|
(81) |
Hubei Xingfa Chemicals Group Co., Ltd. u Yunnan Yuntianhua huma membri tas-CPCIF (57) (58). |
|
(82) |
Konsegwentement, il-produtturi privati fis-settur tal-prodott ikkonċernat ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika. |
3.2.1.3.
|
(83) |
Il-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Tabilħaqq, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. |
|
(84) |
Skont id-dritt tal-kumpaniji taċ-Ċina, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (b’mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (59)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit. |
|
(85) |
Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-anqas mill-2016, is-CCP qiegħed isaħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu sabiex jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (60), inkluż l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-Partit (61). |
|
(86) |
Diġà fl-2017 kien ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (62). Dawn ir-regoli huma ta’ applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(87) |
Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era (63) (“il-Linji Gwida”), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-Partit f’intrapriżi privati. |
|
(88) |
It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Parti li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nkomplu nżidu aktar il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu l-partijiet tagħhom bħala atturi ewlenin u pijunieri”. Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (64). |
|
(89) |
L-investigazzjoni kkonfermat li jeżisti wkoll trikkib bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija fis-CCP/il-funzjonijiet tal-Partit jeżistu wkoll fis-settur tal-PBTC u tal-PBTC-Na4. |
|
(90) |
Bħala eżempju, il-President ta’ Henan Qingshuiyuan Technology (65), il-Grupp bi sjieda ta’ Jiyuan Qingyuan Water Treatment Co., Ltd., huwa wkoll il-kap tal-Fergħa tal-Partit Ġenerali tal-Grupp (66). |
|
(91) |
Bl-istess mod, il-President u l-Viċi President ta’ Nantong Jiangshan Agrochemicals and Chemicals Co., Ltd. jokkupaw rispettivament il-pożizzjonijiet ta’ Viċi Segretarju u Segretarju tal-Kumitat tal-Partit. (67) |
|
(92) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 13 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni ta’ Shandong Taihe Technologies Co., Ltd. (68) jistipula: “F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, il-Kumpanija għandha tistabbilixxi organizzazzjoni ta’ Partit Komunista u twettaq attivitajiet ta’ Partit. Il-Kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit.” |
|
(93) |
L-interferenza tas-CCP fl-industrija upstream tirriżulta mill-preżentazzjonijiet korporattivi disponibbli. Ir-rapport annwali għall-2024 ta’ Hubei Xingfa Chemicals Group Co., Ltd. jindika li l-President, il-Maniġer Ġenerali u diversi Diretturi tal-kumpanija huma rispettivament is-Segretarju u l-Viċi Segretarji tal-Kumitat tal-Partit tal-kumpanija azzjonarja Yichang Xingfa Group Co., Ltd. (69). Matul l-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li Yichang Xingfa Group Co., Ltd. tipparteċipa b’mod attiv fl-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-industrija (70) organizzati u ssorveljati mis-CCP. |
|
(94) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (71). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, fis-settur tal-PBTC u f’setturi oħra (bħas-setturi finanzjarji u tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
3.2.1.4.
|
(95) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali, provinċjali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx ta’ gvern. |
|
(96) |
B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (72). |
|
(97) |
L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-prodott ikkonċernat. |
|
(98) |
L-14-il FYP dwar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-perspettivi tal-2035 (73) għandu l-għan “jaġġorna l-industriji tradizzjonali, jippromwovi l-ottimizzazzjoni u l-aġġustament strutturali tal-industriji tal-materja prima bħall-petrokimiċi, l-azzar, il-metalli mhux ferrużi, u l-materjali tal-bini, jespandi l-provvista ta’ prodotti ta’ kwalità għolja f’setturi bħall-industrija ħafifa u t-tessuti, iħaffef it-trasformazzjoni u t-titjib tal-intrapriżi f’industriji ewlenin bħall-industrija tas-sustanzi kimiċi u l-produzzjoni tal-karta u jtejjeb is-sistema tal-manifattura ekoloġika (74).” |
|
(99) |
Skont l-14-il FYP dwar l-industrija tal-materja prima (75), iċ-Ċina “se tiffoka fuq l-oqsma sekondarji jew il-prodotti ewlenin b’pedamenti industrijali sodi, b’vantaġġi komparattivi prominenti, u b’teknoloġiji ewlenin, bil-għan li jingħata effett sħiħ lir-rwol ta’ gwida tal-intrapriżi ewlenin fil-katina industrijali, […] u l-iżvilupp ta’ lott ta’ raggruppamenti industrijali fil-petrokimiċi. […] F’setturi li jinkludu s-sustanzi petrokimiċi u kimiċi, l-azzar, il-metalli mhux ferrużi, u l-materjali tal-bini, se nrawmu għadd ta’ intrapriżi pijunieri li jistgħu jmexxu l-ekosistema tal-katina industrijali b’kompetittività ewlenija” (76). |
|
(100) |
B’mod aktar speċifiku, l-14-il FYP dwar l-iżvilupp ekoloġiku tal-industrija (77) jagħti mandat li “kapaċità ġdida għandha tinġieb taħt kontroll strett f’industriji […] bħall-fosforu isfar (78).” |
|
(101) |
Barra minn hekk, l-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tas-sustanzi petrokimiċi u kimiċi (79) tirrikjedi li “jissaħħu l-politiki settorjali u tiġi rregolata b’mod xjentifiku l-iskala tal-industrija: […] tittejjeb il-kapaċità tal-provvista ta’ polimeri ta’ kwalità għolja, sustanzi kimiċi speċjalizzati u prodotti oħra”; kif ukoll biex “[j]ittejbu l-politiki ta’ appoġġ: tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politiki fiskali, finanzjarji, reġjonali, tal-investiment, tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, tal-enerġija, ekoloġiċi, ambjentali, tal-prezzijiet u politiki oħra b’politiki industrijali. It-tiswir bis-sħiħ tar-rwol tal-pjattaforma nazzjonali ta’ kooperazzjoni bejn l-industrija u l-finanzi […]”. |
|
(102) |
Barra minn hekk, il-“Pjan ta’ Implimentazzjoni għar-Riżorsi tal-Fosforu” (80) għandu l-għan li “jtejjeb il-vantaġġ kompetittiv tal-katina kollha tal-industrija tal-[fosforu]” u jagħti mandat biex “jitħaffu t-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali bħall-fertilizzanti fosfatiċi u l-fosforu isfar, jiġu żviluppati b’mod vigoruż industriji emerġenti bħal sustanzi kimiċi ta’ kwalità għolja ta’ fosforu, tiġi aċċellerata l-kultivazzjoni ta’ gruppi ta’ manifattura avvanzati, u tinbena sistema ta’ industrija tas-sustanzi kimiċi tal-fosforu ta’ kwalità għolja, intelliġenti, ekoloġika, integrata u kkonċentrata biex jiġi pprovdut appoġġ b’saħħtu għall-promozzjoni ta’ industrijalizzazzjoni ġdida u għall-aċċellerazzjoni tal-kostruzzjoni ta’ potenza tal-manifattura.” |
|
(103) |
Fil-livell provinċjali, l-14-il FYP ta’ Henan dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-manifattura jirrikjedi li “tinbena bażi nazzjonali tal-industrija tal-melħ [u li] titħaffef it-trasformazzjoni tal-industrija tas-sustanzi kimiċi lejn sustanzi kimiċi fini u materjali kimiċi ġodda (81)”. B’mod aktar speċifiku, fl-2017, Henan ħareġ Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-innovazzjoni teknoloġika (82) li jfittex li “jippromwovi u jaġġorna l-industriji tradizzjonali [u li jiffoka fuq] l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ewlenin u settijiet kompletament effiċjenti ta’ tagħmir għat-trattament avvanzat tal-ilma mormi industrijali.” |
|
(104) |
Jiyuan Qingyuan Water Treatment Co., Ltd. jinsab f’Henan. |
|
(105) |
Barra minn hekk, l-14-il FYP ta’ Shandong dwar l-iżvilupp tal-industrija tas-sustanzi kimiċi (83) jitlob lill-awtoritajiet lokali sabiex “[i]żidu t-trasformazzjoni teknoloġika tal-intrapriżi eżistenti, itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, u jsaħħu l-kompetittività ċentrali tal-intrapriżi [u] jistabbilixxu mekkaniżmu għall-intrapriżi sabiex jirtiraw mill-parks, jeliminaw b’mod riżolut il-kapaċità tal-produzzjoni obsoleta, jikkontrollaw b’mod strett il-kapaċità tal-produzzjoni ristretta, u jimplimentaw politiki u miżuri differenzjati għall-allokazzjoni ta’ fatturi ta’ riżorsi bħall-art, l-elettriku u l-ilma sabiex l-intrapriżi jiġu mġegħlin jittrasformaw u jiżviluppaw”. Jappella wkoll sabiex “[i]iżidu l-appoġġ finanzjarju. Isaħħu l-inċentivi tal-politika fiskali, jikkordinaw u jinvolvu fondi speċjali, jappoġġaw lill-kumpaniji kimiċi fl-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni teknoloġika, it-trasformazzjoni intelliġenti, it-trasferimenti industrijali, ir-rilokazzjoni f’parks, l-eliminazzjoni ta’ tagħmir obsolet, eċċ., u jimplimentaw eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir tekniku ewlieni, rifużjonijiet tal-VAT, politiki ta’ riċerka u żvilupp bħal tnaqqis addizzjonali tal-ispejjeż u kumpens tal-assigurazzjoni għall-ewwel sett ta’ tagħmir tekniku. Jiggwidaw b’mod attiv diversi istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kapital soċjali għall-investiment fl-industrija tas-sustanzi kimiċi, jisfruttaw il-vantaġġi tal-finanzjament tal-politika, tal-finanzjament tal-iżvilupp u tal-finanzjament kummerċjali, u jżidu l-appoġġ finanzjarju għall-oqsma ewlenin tat-teknoloġija kimika”. B’mod aktar speċifiku, il-pjan ifittex li “jiggwida u jiżviluppa l-industrija tas-sustanzi kimiċi tal-melħ lejn industriji emerġenti strateġiċi bħal materjali ġodda, protezzjoni ambjentali ġdida, u enerġija ġdida”. |
|
(106) |
Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 3 Snin ta’ Shandong għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-protezzjoni ekoloġika u ambjentali 2023–2025 (84) jagħti mandat li l-Muniċipalità ta’ Zaozhuang sabiex “tespandi u ssaħħaħ l-industrija tal-materjali kimiċi ġodda, primarjament iffokata fuq aġenti tat-trattament tal-ilma ta’ kwalità għolja, taġġusta l-istruttura industrijali u l-istruttura tal-provvista tal-enerġija tal-aġenti tat-trattament tal-ilma, tottimizza t-tqassim industrijali, tibni katina industrijali ta’ materjali ġodda ta’ protezzjoni ambjentali ta’ kwalità għolja, u tistinka biex toħloq bażi industrijali domestika ewlenija għal materjali ġodda għall-protezzjoni ambjentali (aġenti tat-trattament tal-ilma).” Il-Pjan ta’ Azzjoni jagħti mandat ukoll li “abbażi tal-proġetti u tal-pedamenti tal-katina industrijali eżistenti bħal Shandong Taihe Technologies Co., Ltd. u Xintai Water Treatment, [il-Muniċipalità ta’ Zaozhuang] tibni aktar minn għaxar proġetti ewlenin, inkluż l-espansjoni tal-katina industrijali tal-aġenti tat-trattament tal-ilma, tiżviluppa varjetajiet ġodda ta’ aġenti tat-trattament tal-ilma, u żżid il-proporzjon ta’ prodotti tal-aġenti tat-trattament tal-ilma bi proċess li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u ekoloġiku. Sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ diversi materjali ġodda għall-protezzjoni ambjentali (l-aġenti tat-trattament tal-ilma) se tilħaq miljun tunnellata.” |
|
(107) |
Għalhekk, permezz ta’ dawn il-mezzi u oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream. |
|
(108) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jikkonċernaw is-settur. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.2.1.5.
|
(109) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha stess bħal pereżempju li tissalda l-pretensjonijiet u d-djun b’mod ġust u li tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b’mod formali minn prinċipji simili għal dawk applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. |
|
(110) |
L-għadd ta’ fallimenti għadu notorjament baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (85). |
|
(111) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tal-art u tad-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina (86). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan jallokaw id-drittijiet tal-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati regolarment, u ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (87). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jallokaw l-art (88). |
|
(112) |
L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, dawk korporattivi u tal-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ ukoll fis-settur tal-PBTC u tal-PBTC-Na4. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. |
|
(113) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott ikkonċernat. |
3.2.1.6.
|
(114) |
Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għall-organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (89). |
|
(115) |
Skont id-dritt nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (90). Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħra għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. |
|
(116) |
Dan tipikament iwassal biex il-ħaddiema ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni vulnerabbli ta’ impjieg u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (91). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina. |
|
(117) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-PBTC u tal-PBTC-Na4 ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tal-manodopera fiċ-Ċina). |
3.2.1.7.
|
(118) |
L-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
|
(119) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (92), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzjament, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (93) u jimplimentaw regolarment politiki pubbliċi mfassla mill-GTĊ. |
|
(120) |
Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw mal-obbligu legali espliċitu li jwettqu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (94). Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inkluż is-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(121) |
Żviluppi reċenti jkomplu juru l-firxa tal-influwenza tal-gvern fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji fiċ-Ċina. F’Marzu 2025, il-GTĊ ħabbar ħruġ ta’ RMB 500 biljun f’bonds tat-teżor biex jipprovdi appoġġ finanzjarju sostanzjali lill-banek ewlenin, inkluż il-Bank of China, iċ-China Construction Bank, il-Bank of Communications, u l-Postal Savings Bank of China. Dan l-intervent kellu l-għan jistabbilizza dawn l-istituzzjonijiet fost tnaqqis fil-profittabbiltà u marġini ta’ imgħax nett baxxi rekord, filwaqt li jenfasizza l-miżuri proattivi meħuda mill-Istat biex tinżamm l-istabbiltà ekonomika (95). |
|
(122) |
Barra minn hekk, il-GTĊ iċċara li anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (96). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa jridu, b’mod partikolari, iqisu kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi nazzjonali tal-iżvilupp u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti”. (97) |
|
(123) |
Barra minn hekk, fuq il-livell ta’ allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, b’Diversi Miżuri biex jiġi Promoss Ulterjorment l-Iżvilupp tal-Investiment Privat (98), il-GTĊ ifittex li “jżid ir-riżorsi tal-baġit ċentrali biex jappoġġa proġetti ta’ investiment privat kwalifikati u biex b’mod attiv ikollu rwol ta’ gwida u ta’ tmexxija”. Il-GTĊ għandu wkoll l-intenzjoni li “jagħmel użu tajjeb minn strumenti finanzjarji ta’ politika ġdida [u] jappoġġa għadd ta’ proġetti ta’ investiment privat kwalifikati f’industriji importanti u f’oqsma ewlenin” (99). |
|
(124) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss ikunu distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern (100). Dan huwa aggravat minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi f’setturi deżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew rilevanti b’xi mod ieħor (101). Dan jirriżulta fi preġudizzju favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u konnessi tajjeb u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(125) |
It-tieni, il-kostijiet tat-teħid b’self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv ta’ investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jidher mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali. |
|
(126) |
It-tielet, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem tas-self fir-rata referenzjarja jew aktar baxxa kien għadu jirrappreżenta mill-anqas terz tas-self kollu fl-aħħar tal-2018 (102). Il-media uffiċjali fiċ-Ċina dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab li titbaxxa r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self” (103). Ir-rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(127) |
It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, bil-GTĊ jagħżel għadd ta’ drabi li jew jevita l-inadempjenzi, sabiex b’hekk jinħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew li jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (pereż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(128) |
Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu sabiex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti li jirriżultaw mir-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(129) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott ikkonċernat ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
3.2.1.8.
|
(130) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport aġġornat huma karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport aġġornat japplikaw fil-pajjiż kollu kemm hu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess jgħodd għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport aġġornat. |
|
(131) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott il-prodott ikkonċernat, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-prodott ikkonċernat jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. Dawn id-distorsjonijiet ġew deskritti fid-dettall hawn fuq. Il-Kummissjoni indikat li l-istruttura regolatorja li tirfed dawk id-distorsjonijiet hija ġeneralment applikabbli, peress li l-produtturi tal-PBTC u tal-PBTC-Na4 huma soġġetti għal dawk ir-regoli bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fiċ-Ċina. Għalhekk, id-distorsjonijiet għandhom effett dirett fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(132) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inkluż il-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma affettwati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport aġġornat. |
|
(133) |
Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha kemm hi. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. |
|
(134) |
F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma preżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju. |
3.2.2. Pajjiż rappreżentattiv
3.2.2.1.
|
(135) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(136) |
Kif spjegat fil-premessa (33), fit-13 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni ħarġet Nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. In-Nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti, u informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tqis lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.3. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina
|
(137) |
Fin-Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni spjegat li barra miċ-Ċina, il-prodott taħt investigazzjoni jidher li jiġi prodott biss fl-Unjoni Ewropea (il-Ġermanja) u fl-Indja, li l-ebda wieħed minnhom ma huwa pajjiż b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina f’konformità mal-kriterji msemmija fil-premessa (135). |
|
(138) |
Peress li l-pajjiżi kollha fejn hemm il-produzzjoni tal-PBTC (il-Ġermanja u l-Indja) għandhom livell ta’ żvilupp ekonomiku differenti miċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni indikat li se tuża “komposti organo-inorganiċi oħra” bħala l-kategorija ġenerali ta’ prodotti li għalihom jappartjeni l-PBTC biex tistabbilixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(139) |
Fin-Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil, lill-Kolombja, lill-Indoneżja u lill-Malażja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri li huma kollha klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(140) |
Ma wasal l-ebda kumment fir-rigward tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku tal-pajjiżi identifikati. |
|
(141) |
Fil-kummenti tiegħu għan-Nota, Taihe qabel mal-Kummissjoni li l-prodotti taħt investigazzjoni kien prodott biss fl-UE, fl-Indja u fiċ-Ċina u li jenħtieġ li “komposti organo-inorganiċi oħra” jkunu l-kategorija ġenerali ta’ prodotti li għalihom jappartjeni l-PBTC. |
3.2.4. Eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(142) |
Fin-Nota, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi fejn kien hemm produzzjoni ta’ “komposti organo-inorganiċi oħra”, jiġifieri l-Brażil, il-Kolombja, l-Indoneżja u l-Malażja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-erba’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali kollha kellhom għadd suffiċjenti ta’ kumpaniji profittabbli li jipproduċu “komposti organo-inorganiċi oħra” li jippermettu lill-Kummissjoni tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet SG & A u għall-profitti. |
|
(143) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin ta’ produzzjoni fil-Brażil, fil-Kolombja, fl-Indoneżja u fil-Malażja. |
|
(144) |
Il-Kummissjoni sabet li l-ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi ma kien jimporta d-DMPI, il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-PBTC. Il-Kummissjoni vverifikat pajjiżi potenzjali oħra iżda kkonkludiet li kważi ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ DMPI f’pajjiżi b’introjtu medju superjuri. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża d-data dwar l-importazzjonijiet tal-Global Trade Atlas (“GTA”) tal-pajjiżi kollha lejn il-pajjiżi kollha biex tistabbilixxi valur ta’ riferiment internazzjonali mingħajr distorsjoni għad-DMPI. Wara li sabet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet tad-DMPI miċ-Ċina kienu ħafna aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn sorsi oħra (u għalhekk x’aktarx affettwati mid-distorsjonijiet li nstabu f’dan il-każ), il-Kummissjoni neħħiet mill-kalkolu tal-valur ta’ riferiment l-importazzjonijiet tad-DMPI li joriġinaw miċ-Ċina. |
|
(145) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat l-importazzjonijiet tal-akrilat tal-metil (AM), tal-anidride malejka (MA), tal-metanol (MeOH), tal-btieti tal-IBC u tal-bramel tal-plastik fil-Brażil, fil-Kolombja, fl-Indoneżja u fil-Malażja. L-analiżi tad-data dwar l-importazzjoni wriet li l-importazzjonijiet minn sorsi għajr iċ-Ċina lejn il-Kolombja, l-Indoneżja u l-Malażja ta’ wħud mill-fatturi ewlenin ta’ produzzjoni ma kinux biżżejjed, u għalhekk la l-Kolombja, la l-Indoneżja u lanqas il-Malażja ma setgħu jitqiesu bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. B’mod partikolari, l-analiżi wriet li għall-Kolombja, is-sehem tal-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-akrilat tal-metil irrappreżenta 77 % tal-importazzjonijiet totali. Dawn l-importazzjonijiet kienu medja ta’ 20 % orħos minn sorsi oħra għajr iċ-Ċina (u għalhekk x’aktarx affettwati mid-distorsjonijiet li nstabu fiċ-Ċina). Barra minn hekk, 62 % tal-importazzjonijiet tal-btieti tal-IBC kienu miċ-Ċina bi prezzijiet 44 % aktar baxxi minn sorsi oħra. Għall-Indoneżja, l-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-anidride malejka kienu jirrappreżentaw 91 % tal-importazzjonijiet totali u bħala medja kienu 22 % orħos minn sorsi għajr iċ-Ċina, u l-importazzjonijiet miċ-Ċina ta’ btieti tal-IBC u ta’ bramel tal-plastik kienu jirrappreżentaw rispettivament 84 % u 61 % tal-importazzjonijiet totali li kienu bħala medja 44 % u 26 %, rispettivament, orħos minn sorsi oħra għajr iċ-Ċina. Għall-Malażja, is-sehem tal-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-akrilat tal-metil kien jirrappreżenta 87 % tal-importazzjonijiet totali u bħala medja kien 36 % orħos minn sorsi oħra għajr iċ-Ċina. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-anidride malejka u tal-bramel tal-plastik it-tnejn kienu jirrappreżentaw 73 % tal-importazzjonijiet totali li, bħala medja, kienu rispettivament 73 % u 18 % orħos minn sorsi oħra għajr iċ-Ċina. B’kuntrast ma’ dan, għall-Brażil, l-unika materja prima ewlenija fejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu sors importanti (58 %) kienet l-anidride malejka. Il-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina kien komparabbli (fil-fatt 3,6 % ogħla) mal-prezzijiet mis-sorsi l-oħra, u għalhekk x’aktarx li ma jiġix affettwat mid-distorsjonijiet. |
|
(146) |
Għalhekk, l-analiżi wriet li l-Brażil jista’ jintuża bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li l-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin ta’ produzzjoni kienu fi kwantitajiet suffiċjenti u ma kinux affettwati materjalment mill-importazzjonijiet miċ-Ċina jew minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (105). B’mod partikolari, l-importazzjonijiet lejn il-Brażil minn sorsi oħra għajr iċ-Ċina rrappreżentaw 71 % għall-akrilat tal-metil, 100 % għall-metanol, 85 % għall-btieti tal-IBC u 57 % għall-bramel tal-plastik. |
|
(147) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li kien beħsiebha tuża lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u lill-kumpaniji Unipar Carbocloro S.A, Videolar-Innova S/A, Sika S A, Braskem Green S.A, Basequimica S.A. u Birla Carbon Brasil LTDA, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, sabiex tikseb prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw. |
|
(148) |
Taihe argumenta li jenħtieġ li tintuża t-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, minflok il-Brażil. Taihe ddikjara li għal xi wħud mill-fatturi ta’ produzzjoni, jiġifieri l-anidride malejka, il-bramel tal-plastik u l-btieti tal-IBC (li l-aħħar tnejn jintużaw bħala materjal tal-ippakkjar), it-Turkija importat anqas miċ-Ċina milli mill-Brażil. |
|
(149) |
Madankollu, filwaqt li għal xi fatturi ta’ produzzjoni (FoPs) it-Turkija importat anqas miċ-Ċina milli mill-Brażil, il-Kummissjoni sabet li d-data disponibbli pubblikament (Orbis) għall-produtturi Torok ta’ “komposti organo-inorganiċi oħra” turi rata għolja mhux raġonevoli għall-kostijiet SG & A (59 %). Għalhekk, it-Turkija ma tqisitx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(150) |
Taihe ddikjara wkoll li l-Kummissjoni ma kellhiex tuża d-data dwar l-importazzjonijiet tal-GTA mill-pajjiżi kollha lejn il-pajjiżi kollha biex tistabbilixxi l-prezz tas-suq internazzjonali tad-DMPI, iżda minflok kellha tapplika biss il-prezz tal-esportazzjoni mill-Malażja. |
|
(151) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mad-dikjarazzjoni. Wara li sabet li l-ebda pajjiż b’introjtu medju superjuri ma kien jimporta d-DMPI, il-Kummissjoni ddeċidiet li valur ta’ riferiment internazzjonali mingħajr distorsjoni kien aktar xieraq f’dan il-każ milli l-esportazzjonijiet mill-Malażja, li nstabet li ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-kwantitajiet esportati mill-Malażja kienu żgħar (50 400 tunnellata minn 867 115 tunnellata ta’ esportazzjoni dinjija totali għajr iċ-Ċina), li saħħaħ il-fatt li valur ta’ riferiment internazzjonali kien aktar xieraq f’dan il-każ. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(152) |
Fl-aħħar nett, Taihe ddikjara li tlieta mis-sitt kumpaniji Brażiljani magħżula għall-kalkolu tal-valur ta’ riferiment mingħajr distorsjoni għall-SG & A u għall-profitt jenħtieġ li ma jintużawx minħabba li l-attività kummerċjali ewlenija tagħhom kienet għajr “komposti organo-inorganiċi oħra”. Dawn il-kumpaniji kienu: UNIPAR CARBOCLORO S.A, SIKA S A, u BIRLA CARBON BRASIL LTDA. Il-Kummissjoni analizzat din id-dikjarazzjoni u kkonfermat li tnejn mill-kumpaniji (SIKA S A, u BIRLA CARBON BRASIL LTDA) kellhom attivitajiet kummerċjali ewlenin għajr “komposti organo-inorganiċi oħra”. Madankollu, għat-tielet kumpanija, UNIPAR CARBOCLORO S.A, ma nstabet l-ebda evidenza bħal din. |
|
(153) |
Il-Kummissjoni qieset din l-informazzjoni għad-determinazzjoni tal-lista ta’ kumpaniji li d-data finanzjarja tagħhom intużat biex jiġu stabbiliti valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni għal SG & A u għall-profitt, u l-lista riveduta ta’ kumpaniji fil-Brażil b’data finanzjarja għall-2024 li turi profittabbiltà pożittiva:
|
3.2.5. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(154) |
Wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien il-pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, l-aħħar sentenza, tar-Regolament bażiku. |
3.2.5.1.
|
(155) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil kien jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.5.2.
|
(156) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tal-PBTC
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(157) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Sabiex tistabbilixxi dan l-ammont, il-Kummissjoni esprimiet il-kost ġenerali tal-manifattura mġarrab mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni bħala persentaġġ tal-kost reali tal-materja prima użata u mbagħad applikat l-istess persentaġġ għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost ġenerali tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni qieset li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet ġenerali rrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet ġenerali mingħajr distorsjoni tal-manifattura. |
3.2.5.3.
|
(158) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni taċ-Ċina u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 (112). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessi (132) u (133) ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(159) |
Għal għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet reali mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw irrappreżentaw sehem negliġibbli (anqas minn 2 %) tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Peress li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet fil-materjal konsumabbli. |
|
(160) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni użat il-valur ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF) irreġistrat fl-istatistika dwar l-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv, kif disponibbli fil-GTA. Id-dazji tal-importazzjoni rilevanti, disponibbli fil-MacMap, ġew miżjuda mal-valuri CIF. |
|
(161) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produtturi esportaturi li kkooperaw għall-provvista ta’ materja prima bħala persentaġġ tal-kost reali ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess persentaġġ għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex tikseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
3.2.5.4.
|
(162) |
L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”) tippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fil-Brażil. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli li tkopri s-sena 2024 għall-kost lavorattiv medju mill-ILOSTAT fis-Settur tal-manifattura fil-Brażil, li tikkorrispondi għall-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi, komunement imsejħa NACE, li tinkludi l-kostijiet lavorattivi fil-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi oħra. (113) |
|
(163) |
Wara n-Nota, Lanxess ippreżenta dikjarazzjoni li għall-valur ta’ riferiment tal-manodopera fil-Brażil, jenħtieġ li tintuża l-istatistika nazzjonali uffiċjali tal-Brażil ippubblikata mill-Instituto Brasileiro de Geografia e Estatística (IBGE), minflok id-data tal-ILOSTAT. Il-Kummissjoni eżaminat id-data ppreżentata minn Lanxess u sabet li l-informazzjoni statistika disponibbli tal-IBGE ma kinitx tikkoinċidi mal-perjodu ta’ investigazzjoni, u għalhekk tqieset anqas xierqa mid-data tal-ILOSTAT mill-2024 li tkopri mill-anqas nofs il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
3.2.5.5.
|
(164) |
Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fil-Brażil huwa ppubblikat mill-Ministério de Minas e Energia fil-Brażil. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-medda tal-konsum korrispondenti f’BRL/kWh kif ippubblikata fl-14 ta’ Lulju 2025, li tkopri l-2024 (114). |
3.2.5.6.
|
(165) |
Il-Kummissjoni użat il-kost medju tal-ilma fil-Brażil kif iċċarġjat minn Sanel Brazil (115) għall-2025, jiġifieri CNY 13,36 għal kull m3. |
3.2.5.7.
|
(166) |
Il-Kummissjoni kkalkolat il-prezz tal-istim fil-Brażil għall-perjodu ta’ investigazzjoni bl-użu tal-metodoloġija ssuġġerita mid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti (116) abbażi tal-kost tal-gass meħtieġ biex jiġi prodott. Il-prezz medju li rriżulta għall-PI varja bejn CNY 206 – 252 għal kull tunnellata. |
3.2.5.8.
|
(167) |
Sabiex tistabbilixxi l-valur ta’ riferiment għall-prodotti sekondarji, il-Kummissjoni użat il-proporzjon bejn il-valur tal-prodotti sekondarji u l-valur tal-materja prima oriġinali, kif irreġistrat fis-sistema kontabilistika tal-produtturi esportaturi u applikat dan il-proporzjon għall-valur ta’ riferiment miksub mill-GTA. |
3.2.5.9.
|
(168) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(169) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-persentaġġ ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(170) |
Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet SG & A u għall-profitt, il-Kummissjoni qagħdet fuq id-data finanzjarja għall-2024 għall-kumpaniji msemmija fil-premessa (153) kif estratta minn Orbis. |
Kalkolu
|
(171) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(172) |
Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum reali tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ġew ivverifikati matul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservata fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Taqsima 3.2.5.3. |
|
(173) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, il-kostijiet SG & A, il-profitt u d-deprezzament kif innotat fil-premessi (169) sa (170). |
|
(174) |
Il-kostijiet SG & A, espressi bħala persentaġġ tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 21,0 %. Il-profitt, espress bħala persentaġġ tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 20,0 %. |
|
(175) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(176) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi. |
|
(177) |
Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(178) |
Għall-produttur esportatur li esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-ispejjeż SG & A, u għall-profitti akkumulati (4,6 %), li jirrappreżentaw il-profitt tal-importatur mhux relatat li kkoopera. |
3.4. Tqabbil
|
(179) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tagħmel konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat ulterjorment aktar ’il quddiem, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u (ii) isiru konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u li ntwerew, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.4.1. Aġġustamenti magħmula għall-valur normali
|
(180) |
Kif spjegat fil-premessa (171), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-ispejjeż SG & A u għall-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, l-ebda aġġustament ma kien neċessarju biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
3.4.2. Aġġustamenti magħmula għall-prezz tal-esportazzjoni
|
(181) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: spejjeż tal-merkanzija, tal-assigurazzjoni, tal-maniġġ u tat-tagħbija. |
|
(182) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu u t-tariffi bankarji. |
3.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(183) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(184) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(185) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. |
|
(186) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun huwa ta’ 210,4 %. |
|
(187) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur. |
|
(188) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ammontaw għal aktar minn 80 % tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping; 219,4 %. |
|
(189) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(190) |
Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn produttur wieħed fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, Lanxess. Għalhekk, il-kumpanija kienet tikkostitwixxi l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(191) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar [7 200 - 9 600] tunnellata. Il-Kummissjoni bbażat din iċ-ċifra fuq it-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju tal-ilmentatur. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(192) |
Il-Kummissjoni bbażat din iċ-ċifra fuq it-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju tal-ilmentatur u t-tweġibiet għall-kampjunar ipprovduti mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw, li jammontaw għat-totalità tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(193) |
Il-konsum tal-Unjoni (117) żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(194) |
Il-konsum tal-unjoni naqas b’5 % mill-2022 sal-2023, u sal-2024 reġa’ lura għal-livelli kważi identiċi għal dawk tal-2022. Imbagħad, il-konsum naqas fil-PI għal-livelli li dehru fl-2023. Il-fluttwazzjoni fl-2022 u fl-2023 tirrifletti l-impatt tat-tfixkil fil-kummerċ ta’ wara l-COVID-19. Fl-2022, l-utenti tal-Unjoni tal-PBTC bnew stokks biex jantiċipaw in-nuqqasijiet fil-provvista, u dan wassal għal żieda artifiċjali u temporanja fil-konsum. |
|
(195) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni tal-PBTC naqas b’7 % taħt il-livelli tal-2022 fil-PI, tali evoluzzjoni fil-PI tindika pjuttost ritorn għan-normalità, minħabba li l-livelli tal-konsum tal-2022 huma riżultat ta’ stokkjar elevat ikkawżat mill-Covid-19. |
|
(196) |
Fi kwalunkwe każ, l-istampa ġenerali għall-perjodu kkunsidrat turi li l-konsum tal-Unjoni baqa’ relattivament stabbli b’varjazzjonijiet minn sena għall-oħra marbuta l-aktar maż-żieda jew mat-tneħħija tal-istokk tal-materjal. |
4.3. Importazzjonijiet miċ-Ċina
4.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina
|
(197) |
L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat huma kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2931 49 80 . Madankollu, dan huwa kodiċi residwu għal “komposti organo-inorganiċi oħra”, li jinkludi varjetà wiesgħa ta’ komposti kimiċi li fil-biċċa l-kbira jaqbżu l-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni. Fin-nuqqas ta’ statistika granulari jew valur ta’ riferiment affidabbli ieħor għall-istima tal-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi, il-Kummissjoni użat bħala bażi għall-volumi tal-importazzjonijiet id-data dwar il-bejgħ tal-esportazzjoni għall-perjodu kkunsidrat, ipprovduta mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fl-investigazzjoni fit-tweġibiet tagħhom għall-kampjunar. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-livell ta’ kooperazzjoni kien għoli f’dan il-każ, minħabba li l-volumi rrapportati kienu ogħla mill-volumi tal-importazzjonijiet stmati mill-ilmentatur. |
|
(198) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġie stabbilit fuq l-istess bażi bħall-volumi tal-importazzjonijiet. |
|
(199) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Kwantità tal-importazzjoni u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(200) |
F’termini assoluti, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat b’aktar minn 2 500 tunnellata, li huwa [18–20] % tal-konsum totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq totali tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b’mod notevoli minn [38–51] % li diġà kien għoli fl-2022 għal [57–76] % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu bi 38 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbla mal-2022. |
4.4. Prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, twaqqigħ tal-prezz u depressjoni fil-prezzijiet
|
(201) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tat-tweġibiet għall-kampjunar tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fl-investigazzjoni. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġie stabbilit abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju pprovduti mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mill-produttur tal-Unjoni kif ukoll tat-tweġibiet minn importaturi mhux relatati (għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni). |
|
(202) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/ tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(203) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas b’mod drammatiku minn EUR 2 134/tunnellata fl-2022 għal EUR 1 229/tunnellata fl-2023, biex kompla jonqos fl-2024 u fil-PI, jiġifieri għal EUR 1 011/tunnellata u EUR 976/tunnellata rispettivament. |
|
(204) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-bejgħ tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina naqas b’54 %. Diġà fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet miċ-Ċina kellhom diġà prezz anqas mill-prezzijiet tal-bejgħ osservati tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 4 u fit-Tabella 8. Madankollu, mill-2023 u mingħajr interruzzjoni sa tmiem il-perjodu kkunsidrat, id-diskrepanza fil-prezzijiet saret saħansitra aktar prominenti (pereżempju, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet Ċiniżi kienu [35–45] % anqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. |
|
(205) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(206) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produttur tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 20 % u 40 % mill-importazzjonijiet miċ-Ċina fis-suq tal-Unjoni. |
|
(207) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping wasslu wkoll għal depressjoni sinifikanti fil-prezzijiet (kif rifless mit-telf ta’ profittabbiltà) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-industrija tal-Unjoni biegħet il-PBTC bi prezz anqas mill-kost tal-produzzjoni tagħha. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(208) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(209) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba vverifikata ppreżentata mill-uniku produttur tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat ukoll l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju mill-uniku produttur tal-Unjoni. |
|
(210) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(211) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1.
|
(212) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(213) |
Il-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni wriet xejra ċara ’l isfel meta wieħed iqabbel l-2022 mal-bqija tal-perjodu kkunsidrat, bil-produzzjoni tonqos b’madwar 30 %–45 % fl-2023 sal-PI. Filwaqt li l-livelli tal-produzzjoni tjiebu fil-PI tal-2024 meta mqabbla mal-2023, dan jista’ jiġi attribwit għall-fatt li l-konsum żdied wara li fl-2023 l-utenti kkonsmaw porzjon kbir tal-istokks li kienu bnew fl-2022. Fi kwalunkwe każ, fil-PI tal-2024, il-livelli tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni laħqu biss madwar 70 % tal-volumi tal-produzzjoni osservati fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(214) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bi tnaqqis żgħir ta’ 1–2 % biss fl-2023 sal-PI, u dan jindika l-fatt li ma kien hemm l-ebda għeluq u lanqas installazzjoni ta’ kapaċitajiet addizzjonali mill-uniku produttur tal-Unjoni. |
|
(215) |
L-użu tal-kapaċità, skont l-evoluzzjoni tal-produzzjoni (ara l-premessa (213)), wera tnaqqis sinifikanti wara l-2022 u baqa’ konsistentement baxx sal-perjodu ta’ investigazzjoni. L-użu tal-kapaċità naqas ferm taħt il-50 % fl-2023 u baqa’ biss bejn [38–48] % fil-PI. |
4.5.2.2.
|
(216) |
Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(217) |
Il-volum tal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni juri tnaqqis sinifikanti bejn il-bidu tal-perjodu kkunsidrat (l-2022) u l-bqija tal-perjodu kkunsidrat (l-2023 sal-PI). Filwaqt li l-volum tal-bejgħ kien ta’ [6 500–8 700] tunnellati fl-2022, dan naqas drastikament fis-snin ta’ wara, bil-kwantitajiet tal-bejgħ fil-PI jkunu biss madwar nofs il-kwantitajiet mibjugħa mill-produttur tal-Unjoni fl-2022. |
|
(218) |
Fir-rigward tal-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, ix-xejra negattiva ġenerali kienet viżibbli b’mod ċar matul il-perjodu kollu kkunsidrat, filwaqt li t-telf tas-sehem mis-suq kien l-aktar impressjonanti fuq bażi annwalizzata bejn l-2022 u l-bqija tal-perjodu kkunsidrat, meta s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn [45–60] % (fl-2022) għal [27–35] % bejn l-2023 u l-PI. |
|
(219) |
It-telf tas-sehem mis-suq, akkumpanjat minn tnaqqis fil-livelli tal-produzzjoni u fir-rati operattivi, irriżulta mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-PBTC miċ-Ċina, li kisbu sehem mis-suq (ara l-premessa (200)) għad-detriment tal-uniku produttur tal-Unjoni. |
4.5.2.3.
|
(220) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’rata ħafna ogħla, b’46 %. Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq għall-importazzjonijiet Ċiniżi li issa huma dominanti. |
4.5.2.4.
|
(221) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(222) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi fl-Unjoni naqsu bi 30 %, filwaqt li l-produttività naqset biss bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat, minħabba li t-tnaqqis fil-livelli tal-impjiegi essenzjalment kien jikkorrispondi għat-tnaqqis fil-produzzjoni matul il-perjodu (bl-eċċezzjoni tal-2023, meta t-tnaqqis qawwi fil-produzzjoni kien għadu mhux akkumpanjat mit-tnaqqis fin-numru tal-impjegati tal-forza tax-xogħol). |
4.5.2.5.
|
(223) |
Il-marġnijiet tad-dumping kollha kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(224) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1.
|
(225) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(226) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi l-evoluzzjoni tal-prezz tal-bejgħ ta’ unità fis-suq tal-Unjoni meta mqabbel mal-kost korrispondenti tal-produzzjoni. |
|
(227) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ kienu diġà aktar baxxi mill-kost medju tal-produzzjoni ta’ unità fl-2022. Wara t-tneħħija tal-istokks tal-inventarji mill-industrija tal-utenti u l-pressjoni ulterjuri eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, is-sitwazzjoni fil-produttur tal-Unjoni ddeterjorat saħansitra aktar. Dan id-deterjorament irriżulta fi prezzijiet tal-bejgħ imnaqqsa tal-produttur tal-Unjoni, bil-prezzijiet jaqgħu ferm taħt il-kost tal-produzzjoni, b’mod partikolari bejn l-2023 u l-PI. |
|
(228) |
Din id-depressjoni fil-prezzijiet seħħet f’ċirkostanzi fejn, għalkemm il-kost tal-produzzjoni ra korrezzjoni wara l-2023 ladarba l-kriżi tal-enerġija naqset, il-prezz tal-bejgħ naqas saħansitra b’mod aktar qawwi kif muri fit-Tabella 8. B’mod ġenerali, fil-perjodu ta’ investigazzjoni u meta mqabbel mal-2022, il-kost tal-produzzjoni naqas bi 12 % filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ naqas b’marġni akbar, jiġifieri bi 38 %. B’riżultat ta’ dan, il-produttur tal-Unjoni kien qed jopera b’telf sinifikanti matul il-perjodu bejn l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.5.3.2.
|
(229) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(230) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat kien relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li naqas b’5 % u 2 % rispettivament bejn l-2023 u l-2024 meta mqabbel mal-2022 biex imbagħad essenzjalment reġa’ lura għal-livelli tal-2022 fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.5.3.3.
|
(231) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Stokks
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(232) |
L-istokks tal-għeluq fi tmiem is-sena bħala persentaġġ tal-produzzjoni żdiedu minn 5 % fl-2022 għal 13 % fl-2023 u saħansitra 14 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina nħass l-aktar matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.5.3.4.
|
(233) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(234) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-uniku produttur tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat minn dak il-bejgħ. Fl-2022, it-tfixkil fil-ktajjen ta’ provvista affettwa l-esportazzjonijiet Ċiniżi u l-provvista tal-PBTC saret aktar stretta. Fl-2022, filwaqt li diġà kienet qed tiffaċċja volumi sinifikanti tal-importazzjoni miċ-Ċina, Lanxess irreġistrat biss profitt żgħir. Sussegwentement, mill-2023, is-sitwazzjoni saret insostenibbli għall-produttur tal-Unjoni peress li esperjenza tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ u fil-prezzijiet ferm taħt il-kost tal-produzzjoni tiegħu, u dan wassal għal sitwazzjoni ta’ telf kbir bejn l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(235) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produttur tal-Unjoni li jiffinanzja l-attivitajiet tiegħu hu stess. L-analiżi tal-fluss tal-flus nett uriet tnaqqis sinifikanti fl-2023 li ppersista sa tmiem il-perjodu kkunsidrat, skont ix-xejra osservata f’indikaturi ewlenin oħra tad-dannu. |
|
(236) |
Bl-istess mod, l-investimenti wrew xejra ta’ tnaqqis mill-2023 ’il quddiem. B’mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti ta’ Lanxess naqsu b’mod qawwi (b’84 %) u kienu prinċipalment relatati mal-manutenzjoni tal-makkinarju. It-tnaqqis drammatiku fl-investimenti bejn l-2023 u l-PI kien jirrifletti l-iżvilupp fejn beda jsir it-telf mill-bejgħ tal-PBTC fl-Unjoni. |
|
(237) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Fid-dawl tal-iżviluppi deskritti hawn fuq, dan kien qed jonqos kontinwament mill-2022 sa tmiem il-perjodu kkunsidrat. |
|
(238) |
F’termini ta’ kapaċità biex jiġi ġġenerat il-kapital, minħabba l-ambjent tan-negozju li qed jiddeterjora, il-ġenerazzjoni tal-kapital saret ferm aktar għalja u diffiċli għall-industrija tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma tqisx li l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital b’xi mod taffettwa l-valutazzjoni tad-dannu f’dan il-każ. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(239) |
Il-makroindikaturi ewlenin urew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat: il-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni naqas bi 32 %, l-użu tal-kapaċità b’31 %, il-volum tal-bejgħ tal-Unjoni b’46 % u l-impjiegi bi 30 %. L-indikaturi msemmija naqsu b’mod drammatiku prinċipalment mill-2023 ’il quddiem u tali xejra negattiva ppersistiet għall-bqija tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(240) |
Tista’ titfassal stampa simili għall-mikroindikaturi. Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni kienet (ftit) pożittiva fl-2022 biss iżda naqset minn hemm ’il quddiem, u l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf mill-2023. Bl-istess mod, il-fluss tal-flus li kien pożittiv fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, sar negattiv mill-2023 ’il quddiem. L-istokks tal-għeluq fi tmiem is-sena bħala persentaġġ tal-produzzjoni żdiedu b’aktar minn 10 % mill-2023 ’il quddiem, meta l-impatt taż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina kien qed isir mhux sostenibbli għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(241) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu bi 38 % matul il-perjodu kkunsidrat. F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum annwali b’aktar minn 1 000 tunnellata fil-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet annwali miċ-Ċina żdiedu b’aktar minn 2 500 tunnellata matul l-istess perjodu, li wassal biex l-esportazzjonijiet miċ-Ċina żiedu s-sehem tagħhom fis-suq (li jinkludi Lanxess u esportaturi Ċiniżi) b’mod korrispondenti, peress li l-prezzijiet Ċiniżi waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz tal-esportaturi mill-pajjiż ikkonċernat kienu sinifikanti u varjaw bejn 20–40 % (kif deskritt fil-premessa (206)). |
|
(242) |
L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx miċ-Ċina kkawżaw ukoll depressjoni sinifikanti fil-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tbigħ anke bi prezzijiet li jkopru l-kost tal-produzzjoni tagħha (minkejja t-tendenza ta’ tnaqqis tal-kost wara l-2023) u bdiet tagħmel telf mill-2023. |
|
(243) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti netti naqsu b’ammont notevoli ta’ 84 % u r-redditu fuq l-investiment kif ukoll il-fluss tal-flus saru negattivi mill-2023, filwaqt li l-għadd ta’ impjegati naqas bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minn dan isegwi li l-industrija tal-Unjoni qed tiffaċċja theddida eżistenzjali minħabba ż-żieda fil-fluss tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, b’Lanxess diġà naqqas b’mod sinifikanti l-forza tax-xogħol tiegħu. |
|
(244) |
L-iżviluppi negattivi tal-indikaturi finanzjarji bħall-profitt, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment affettwaw il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tagħmel kwalunkwe investiment sinifikanti, u b’hekk dan xekkel it-tkabbir tagħha. |
|
(245) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(246) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi kienu l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produttur tal-Unjoni, l-effetti tal-varjazzjonijiet fil-kostijiet tal-materja prima u d-domanda fis-suq tal-Unjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(247) |
Il-kwantitajiet tal-importazzjoni miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat żdiedu bi 38 %, minn 6 742 tunnellata fl-2022 għal 9 290 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Din iż-żieda materjali, kif spjegat fil-premessa (200), ikkoinċidiet ma’ tnaqqis ta’ 7 % fil-konsum domestiku filwaqt li l-bejgħ domestiku tal-produttur tal-Unjoni naqas b’46 % matul l-istess perjodu. |
|
(248) |
B’riżultat ta’ dan, fil-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq Ċiniż żdied minn [38–51] % għal [57–76] %. Sadanittant, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bl-istess proporzjon (minħabba li s-suq tal-Unjoni huwa essenzjalment moqdi biss minn Lanxess u minn produtturi esportaturi Ċiniżi), minn [45–60] % għal [26–35]% biss fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(249) |
Diġà fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, minkejja t-tfixkil fil-ktajjen ta’ provvista u l-livelli straordinarji ta’ stokkjar mix-xerrejja, il-produttur tal-Unjoni kellu jiffaċċja importazzjonijiet Ċiniżi sinifikanti. L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping saru saħansitra aktar akuti mill-2023 ’il quddiem hekk kif dawk l-importazzjonijiet komplew iżidu s-sehem mis-suq tagħhom u jeżerċitaw dejjem aktar pressjoni fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni li qed tbati. Filwaqt li fl-2022 il-produttur tal-Unjoni xorta rnexxielu jikseb profitti modesti, il-pressjoni miż-żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping li huma ferm anqas mill-kost tal-produzzjoni tal-produttur tal-Unjoni fil-perjodu sussegwenti ma baqgħetx sostenibbli għall-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezz tal-bejgħ tagħha biex tkopri l-kost tal-produzzjoni minħabba li kienet qed tiffaċċja kompetizzjoni inġusta mill-importazzjonijiet Ċiniżi tal-PBTC. Sabiex jittaffa t-telf fil-volumi tal-produzzjoni u fis-sehem mis-suq, il-produttur tal-Unjoni kien imġiegħel inaqqas l-prezzijiet għad-detriment tal-profittabbiltà tiegħu. L-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel ħafna telf mill-2023. Għalhekk, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw tnaqqis fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(250) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod proviżorju li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Tali dannu kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(251) |
Abbażi tal-ilment, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, minbarra ċ-Ċina, kien hemm importazzjonijiet immaterjali (madwar 0,1 % tal-konsum tal-Unjoni) mill-Indja. Għalhekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi essenzjalment jikkostitwixxu l-uniku sors alternattiv ta’ provvista tal-prodott taħt investigazzjoni fl-Unjoni. B’konklużjoni, minħabba li l-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma essenzjalment ineżistenti, dawn ma setgħux jaffettwaw b’mod plawżibbli r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni: |
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(252) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produttur tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produttur tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(253) |
B’mod simili għall-volumi tal-produzzjoni u għall-bejgħ domestiku, il-volumi tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u prinċipalment mill-2023 ’il quddiem. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni segwew l-istess xejra bħall-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. |
|
(254) |
Madankollu, l-esportazzjonijiet lil klijenti mhux relatati kienu biss madwar [7–10] % tal-bejgħ globali tal-industrija tal-Unjoni, u dan jammonta għal madwar 5 % tal-produzzjoni tagħha fil-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li filwaqt li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kkontribwiet għad-dannu materjali, hija ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu misjub. |
5.2.3. Domanda fl-Unjoni
|
(255) |
Is-suq tal-Unjoni tabilħaqq naqas b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm baqa’ fil-biċċa l-kbira stabbli fis-snin ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni. F’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, f’suq li qed jiċkien, il-volumi ta’ bejgħ tal-parteċipanti kollha fis-suq kienu jonqsu bejn wieħed u ieħor b’mod ugwali. Madankollu, f’dan il-każ, l-importazzjonijiet Ċiniżi kisbu sehem mis-suq ta’ [20–25] punt perċentwali addizzjonali fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni li s-sehem mis-suq tagħha naqas bl-istess ammont matul l-istess perjodu. Għalhekk, f’dan il-każ, it-tnaqqis fid-domanda ma nstabx li jikkawża dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.4. Varjazzjonijiet fil-kostijiet tal-materja prima
|
(256) |
Il-prezzijiet tal-materja prima inevitabbilment jinfluwenzaw l-ipprezzar ta’ kwalunkwe prodott. F’dan il-każ, il-produttur tal-Unjoni seta’ jżid il-prezzijiet tal-bejgħ biex jassorbi ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni u jikseb ċerti livelli ta’ profitt fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Madankollu, mill-2023 u minkejja l-moviment gradwali ’l isfel tal-prezzijiet tal-materja prima, Lanxess ġie mġiegħel ibigħ il-PBTC bi prezz anqas mill-kost minħabba żieda fl-influss tal-PBTC miċ-Ċina bi prezz aggressiv. L-inabbiltà li jiġu ttrasferiti ż-żidiet fil-kostijiet u l-profittabbiltà li qed tonqos kienet biss manifestazzjoni tad-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, aktar milli minn tnaqqis fil-prestazzjoni kkawżat minnhom stess. Għalhekk, il-fluttwazzjoni fil-kostijiet tal-materja prima matul il-perjodu kkunsidrat ma tistax titqies bħala fattur li jnaqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(257) |
Ġiet stabbilita rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina minn naħa waħda u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni min-naħa l-oħra. Kien hemm koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda sinifikanti fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-deterjorament tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li kienu viżibbli b’mod partikolari mill-2023 ’il quddiem. F’suq bi tnaqqis fid-domanda, il-volumi akbar ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping naqqsu r-rati operattivi tal-industrija tal-Unjoni u l-kapaċità tagħha li tistabbilixxi prezzijiet fil-livell li seta’ jassorbi l-kost tal-produzzjoni, u b’hekk urew b’mod ċar l-eżistenza ta’ depressjoni fil-prezzijiet. Din is-sitwazzjoni rriżultat f’sitwazzjoni ta’ telf tal-produttur tal-Unjoni mill-2023 ’il quddiem. |
|
(258) |
Il-Kummissjoni eżaminat fatturi possibbli oħra li seta’ kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti ta’ dawn il-fatturi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(259) |
Fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet li, ħlief għall-importazzjonijiet Indjani immaterjali, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu ineżistenti (ara l-premessa (251)). Għalhekk, dan il-fattur ma setax ikkawża b’mod plawżibbli xi dannu lill-industrija tal-Unjoni. Bl-istess mod, l-esportazzjonijiet lejn klijenti mhux relatati kienu biss parti limitata mill-bejgħ globali tal-industrija tal-Unjoni (ara l-premessa (254)) u filwaqt li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni setgħet ikkontribwiet għad-dannu materjali, hija ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu misjub. |
|
(260) |
Fl-aħħar nett, la l-fluttwazzjoni fil-prezzijiet tal-materja prima u lanqas tnaqqis żgħir fil-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat ma kienu wasslu biex iseħħ id-dannu materjali. Il-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet tal-bejgħ kienet tirrifletti l-inabbiltà tal-industrija tal-Unjoni li tittrasferixxi saħansitra l-kost tal-produzzjoni li kien qed jonqos. Barra minn hekk, minkejja tnaqqis moderat fid-domanda, it-telf sinifikanti tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni pjuttost jirrifletti depressjoni fil-prezzijiet ikkawżata minn żieda fil-volumi ta’ importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx u tad-dannu mġarrab b’riżultat ta’ dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(261) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħra (importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-fluttwazzjoni tal-kostijiet tal-materja prima u t-tnaqqis fid-domanda), ikkunsidrati individwalment jew kollettivament, la naqqsu u lanqas kisru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu jikkonsisti fi tnaqqis fis-sehem mis-suq, fil-produzzjoni, fl-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni, fil-livelli ta’ impjieg, fil-profittabbiltà, fl-istokks tal-għeluq, fil-fluss tal-flus u fir-redditu fuq l-investimenti. Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (249), l-industrija tal-Unjoni ġarrbet depressjoni fil-prezzijiet ikkawżata minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
6.1. Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz
|
(262) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(263) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, għall-istabbiliment tal-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż taħt investigazzjoni, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet kollha u l-investimenti, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %. |
|
(264) |
Il-profitt tal-uniku produttur tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kien anqas minn 6 % u ma ġiet ipprovduta l-ebda profittabbiltà sostanzjata għall-perjodu ta’ qablu. Għalhekk, l-ebda sena minn dawn ma tikkwalifika biex jingħata profitt fil-mira f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-produttur tal-Unjoni ma għamel l-ebda dikjarazzjoni sostanzjata għal investimenti mitlufa jew għall-kostijiet tar-R&Ż u tal-innovazzjoni. Fid-dawl ta’ dawk il-fatti, il-Kummissjoni rrikorriet għall-użu tal-profitt minimu fil-mira ta’ 6 % li żdied mal-kost reali tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni biex jiġi stabbilit il-prezz mhux dannuż. |
|
(265) |
Barra minn hekk, peress li ma saret l-ebda dikjarazzjoni sostanzjata skont l-Artikolu 7(2d) dwar il-kostijiet kurrenti jew futuri li jirriżultaw minn ftehimiet ambjentali multilaterali u mill-protokolli skont dawn jew mill-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati, ma żdied l-ebda kost ieħor mal-prezz mhux dannuż stabbilit b’dan il-mod. |
|
(266) |
Imbagħad il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produttur tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(267) |
Il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet fit-Taqsima 3.5.
|
|
(268) |
F’dan il-każ, l-ilmentatur iddikjara l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex twettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikunx ogħla mill-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz tagħhom. |
6.2. Distorsjonijiet fil-materja prima
|
(269) |
L-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza fl-ilment li hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Skont l-evidenza fl-ilment, it-triklorur tal-fosforu (“PCl3”), li jirrappreżenta aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, huwa soġġett għal rifużjoni tal-VAT ta’ 0 % fiċ-Ċina. |
|
(270) |
Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika tal-Bidu, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-allegata distorsjoni u kwalunkwe distorsjoni oħra koperta mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina. |
|
(271) |
Il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. It-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma jużawx il-PCl3 bħala materja prima għall-produzzjoni tal-PBTC. Minflok, jixtru d-DMPI, sustanza kimika prodotta mill-PCl3 u mill-metanol. Għalhekk, il-PCl3 hija materja prima upstream għall-PBTC, peress li huwa materja prima inkorporata fid-DMPI, li huwa l-materja prima ewlenija tal-PBTC. Għalhekk, anke jekk il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma jixtrux il-PCl3, huma jibbenefikaw minn kwalunkwe distorsjoni potenzjali fil-materja prima li taffettwa l-PCl3. |
|
(272) |
Il-materja prima kkonċernata mid-distorsjonijiet fl-Artikolu 7(2a) ġiet definita bħala dik li tammonta għal mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun, il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-fatturi ta’ produzzjoni tiegħu. L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet kemm huwa meħtieġ PCl3 biex tiġi prodotta tunnellata ta’ DMPI billi użat id-data pprovduta mill-ilmentatur dwar il-proċess tal-produzzjoni tiegħu stess tad-DMPI inklużi l-materja prima, l-enerġija, il-manodopera u l-ispejjeż ġenerali. Imbagħad, għal kull fattur ta’ produzzjoni, abbażi tal-proporzjonijiet tal-konsum ipprovduti mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u bl-użu ta’ prezzijiet mingħajr distorsjoni fil-Brażil, il-Kummissjoni ddeterminat x’sehem kien jirrappreżenta d-DMPI fil-kost tal-produzzjoni tal-PBTC għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni applikat il-persentaġġ ta’ PCL3 fil-kost tal-produzzjoni tad-DMPI għall-persentaġġ tad-DMPI fil-kost tal-produzzjoni tal-PBTC. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni sabet li l-PCl3 kienet tirrappreżenta aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-PBTC għal kull wieħed mit-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(273) |
Imbagħad, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-prezz tal-PCl3 huwiex distort minn waħda mill-miżuri elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku: skemi ta’ pprezzar doppju, taxxi fuq l-esportazzjoni, soprataxxa fuq l-esportazzjoni, kwoti fuq l-esportazzjoni, projbizzjoni tal-esportazzjoni, taxxa fiskali fuq l-esportazzjoni, rekwiżiti ta’ liċenzjar, prezz minimu tal-esportazzjoni, tnaqqis jew irtirar tar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), restrizzjoni fuq il-punt tal-iżdoganar tal-merkanzija għall-esportaturi, lista ta’ esportaturi kwalifikati, obbligu tas-suq domestiku, estrazzjoni kaptiva. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat sit web dwar ir-rati tal-VAT Ċiniżi (118) li kkonferma li l-PCl3 kienet soġġetta għal rifużjoni tal-VAT ta’ 13 %, u l-VAT fuq l-esportazzjoni kienet ta’ 0 % matul il-PI. |
|
(274) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tal-PCl3 mal-prezzijiet fis-suq internazzjonali rappreżentattiv. Peress li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma kien jixtri l-PCl3, il-Kummissjoni użat data disponibbli pubblikament dwar il-prezzijiet kimiċi Ċiniżi (119) li wriet li, matul il-PI, il-medja tal-prezzijiet Ċiniżi għall-PCl3 kienet ta’ CNY 5 714. Il-Kummissjoni qabblet dan il-prezz mal-istatistika tal-importazzjoni tal-GTA tal-importazzjonijiet tal-PCl3 mill-pajjiżi kollha lejn il-pajjiżi kollha fil-PI, u dan wera prezz medju ponderat ta’ CNY 11 136. Peress li l-prezzijiet Ċiniżi għall-PCl3 kienu 51 % tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet fiċ-Ċina kienu ferm aktar baxxi mill-prezzijiet fis-suq internazzjonali rappreżentattiv. |
|
(275) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-PCl3 kienet soġġetta għal distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
6.2.1. Interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku
|
(276) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li kien fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, inklużi l-kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur, il-kompetizzjoni għall-materja prima u l-effett fuq il-ktajjen ta’ provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni. |
|
(277) |
Il-Kummissjoni fittxet b’mod attiv l-informazzjoni minn partijiet interessati, li tippermetti li jiġi ddeterminat jekk għandux japplika l-paragrafu 2 jew 2a tar-Regolament bażiku. Il-partijiet interessati kollha ġew mistiedna jipprovdu l-informazzjoni pertinenti fin-Notifika ta’ Bidu. Ġie indirizzat kwestjonarju speċifiku lill-gvern Ċiniż, u ntalbet ukoll informazzjoni permezz tal-kwestjonarji disponibbli għall-partijiet interessati kollha mal-bidu tal-każ. |
6.2.1.1.
|
(278) |
Il-produtturi esportaturi għandhom kapaċità ta’ riżerva fuq il-PBTC li taqbeż il-25 kt, u din kienet kważi d-doppju tal-konsum tal-Unjoni fil-PI. Għalhekk, hemm potenzjal u inċentiv għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-PBTC miċ-Ċina biex ikomplu jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti anke jekk il-livell ta’ dazji jiġi stabbilit skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
6.2.1.2.
|
(279) |
Il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni tal-materja prima ffokat fuq it-triklorur tal-fosforu (PCl3). Il-materja prima meħtieġa għall-produzzjoni tal-PCl3 hija l-fosforu isfar (P4) u l-kloru (CL2). L-input ewlieni użat fil-produzzjoni tal-PCl3 huwa l-fosforu isfar, li huwa input upstream fil-produzzjoni tal-PBTC kemm fl-Unjoni kif ukoll fiċ-Ċina. Fil-fatt, huwa fil-livell tal-fosforu isfar li teżisti kompetizzjoni qawwija għall-materja prima. Il-fosforu isfar huwa prodott biss fi ftit reġjuni madwar id-dinja fejn hemm disponibbli riżervi tal-fosfat, jiġifieri fiċ-Ċina, fil-Każakistan u fl-Istati Uniti. |
|
(280) |
Filwaqt li l-fosforu huwa disponibbli domestikament fiċ-Ċina, il-produtturi tal-Unjoni ma għandhom l-ebda sors domestiku u jridu jimportawh minn pajjiżi terzi, prinċipalment mill-Każakistan jew miċ-Ċina u jixtruh fis-suq miftuħ, fejn il-prezzijiet huma soġġetti għad-dinamika globali tal-provvista u d-domanda, il-kostijiet tal-enerġija u fatturi ġeopolitiċi. Għall-kuntrarju tal-kontropartijiet Ċiniżi tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni ma jibbenefikawx minn restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni li jistgħu jipproteġuhom mill-volatilità tal-prezzijiet. Dan l-iżvantaġġ strutturali fil-provvista jpoġġi lill-utenti downstream tal-fosforu fl-Unjoni, inkluż l-ilmentatur, f’pożizzjoni ferm anqas favorevoli mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Dan huwa minnu anke meta dawk il-produtturi Ċiniżi ma jixtrux il-fosforu isfar direttament, iżda minflok jiksbuh indirettament — diġà inkorporat l-ewwel fil-PCl3 u mbagħad fil-fosfit tad-dimetil, li huwa l-input upstream immedjat għall-produzzjoni tal-PBTC. |
6.2.1.3.
|
(281) |
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-katina ta’ provvista relatata mal-fosforu għall-kumpaniji tal-Unjoni, l-impatt potenzjali tal-miżuri fil-livell tal-marġni tad-dumping ġie analizzat biss għall-katina ta’ provvista downstream - l-industrija tal-utenti tal-PBTC. |
|
(282) |
Il-25 utent magħrufa kollha ġew mistiedna jipprovdu informazzjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-effett fuq il-ktajjen tal-provvista f’każ li jiġu imposti miżuri. Il-kooperazzjoni limitata ħafna mill-industrija tal-utenti, (inqas minn 10 % tas-suq tal-PBTC tal-Unjoni), tissuġġerixxi li dawn ma jantiċipawx tfixkil sostanzjali li jirriżulta mill-impożizzjoni tad-dazji, minkejja l-fatt li ż-żewġ utenti li kkooperaw jistennew disponibbiltà aktar baxxa tal-PBTC, żieda fil-prezz u ħtieġa potenzjali li jaqilbu għal sustanza kimika alternattiva fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom. |
|
(283) |
Il-kapaċità ta’ riżerva suffiċjenti tal-industrija tal-Unjoni, li tista’ tkopri t-totalità tal-konsum tal-Unjoni, titqies li tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvisti tal-PBTC fit-tul. |
|
(284) |
Fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni tkun mistennija żżid il-produzzjoni u ttejjeb l-użu tal-kapaċità, u b’hekk tnaqqas il-kostijiet unitarji u tippermetti lill-industrija żżomm il-profittabbiltà bi prezzijiet tal-bejgħ aktar baxxi. Dan itejjeb id-disponibbiltà ta’ materjal miksub lokalment għall-utenti downstream, inaqqas id-dipendenza tagħhom fuq il-ktajjen tal-provvista ta’ pajjiżi terzi u jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-provvista tagħhom. |
6.2.2. Konklużjoni tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku
|
(285) |
Wara li vvalutat l-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
6.3. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(286) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping proviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(287) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(288) |
Kif stabbilit fil-premessa (190), matul il-perjodu ta’ investigazzjoni l-PBTC kien jiġi mmanifatturat minn produttur wieħed fl-Unjoni, Lanxess. |
|
(289) |
F’sitwazzjoni li fiha l-volumi tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u meta l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf kbir, waqt li ffaċċjat influss ta’ importazzjonijiet Ċiniżi ta’ PBTC oġġett ta’ dumping, l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping hija mistennija tirrestawra l-kundizzjonijiet ta’ kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni għall-PBTC. Ir-restawr ta’ kundizzjonijiet ekwi jtemm is-soppressjoni tal-prezzijiet u jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra u ttejjeb il-profittabbiltà tagħha u ssostni l-forza tax-xogħol tagħha. |
|
(290) |
Fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa probabbli ħafna li se jkun hemm deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, mingħajr azzjoni ta’ rimedju effettiva, l-uniku produttur tal-Unjoni jiffaċċja riskju serju li jwaqqaf il-produzzjoni għalkollox. Min-naħa tiegħu, dan iħalli lill-utenti tal-PBTC tal-Unjoni mingħajr ebda għażla oħra ħlief li jiddependu kompletament fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(291) |
Barra minn hekk, kwalunkwe impatt negattiv potenzjali tal-miżuri fuq l-importaturi jew l-utenti jkun limitat (ara t-Taqsimiet 7.2 u 7.3 ta’ hawn taħt) u misbuq mill-interess tal-industrija tal-Unjoni f’dan il-każ. |
|
(292) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li jkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li timponi dazji anti-dumping. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(293) |
Fir-rigward tal-importaturi mhux relatati, grupp wieħed ta’ kumpaniji (Connect Chemicals) li jinkludi tliet importaturi kkoopera f’din l-investigazzjoni billi pprovda tweġiba għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni. Connect Chemicals esprima l-oppożizzjoni tiegħu kontra l-miżuri anti-dumping potenzjali. Għall-importatur, il-bejgħ mill-ġdid tal-PBTC jammonta biss għal [0–10] % tal-fatturat totali tiegħu. Għalhekk, anke jekk jiġu imposti miżuri fuq il-PBTC, il-punt sa fejn ikun affettwat in-negozju tal-importatur ikun negliġibbli. Huwa mfakkar li l-miżuri għandhom l-għan jirrestawraw il-kundizzjonijiet ta’ kummerċ ġust bejn il-PBTC prodott fl-Unjoni u l-PBTC Ċiniż u li l-importaturi mhux se jinżammu milli jkomplu jimportaw il-PBTC Ċiniż. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(294) |
L-applikazzjonijiet ewlenin tal-użu tal-PBTC huma (i) it-tindif industrijali u istituzzjonali u (ii) it-trattament industrijali u tal-ilma mormi. F’dan il-każ, utenti attivi fiż-żewġ segmenti ppreżentaw ruħhom. |
|
(295) |
Madankollu, żewġ utenti biss (Hypred u Kurita) b’applikazzjonijiet ta’ użu aktar speċjalizzati tal-PBTC (fil-biċċa l-kbira attivi fit-tindif agrikolu/tal-ikel u fit-trattament tal-ilma industrijali rispettivament) wieġbu għall-kwestjonarju tal-utenti li sar disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni. Utenti oħra pparteċipaw fl-investigazzjoni mingħajr ma mlew il-kwestjonarju ddedikat għall-utenti. |
|
(296) |
Għal Hypred u għal Kurita, il-prestazzjoni finanzjarja tagħhom uriet li huma kienu jgawdu minn marġnijiet ta’ profitt b’saħħithom ta’ [2–10] %. Barra minn hekk, il-preżentazzjonijiet li saru minn dawn l-utenti indikaw li l-proporzjon tal-kost tal-PBTC fil-kost tal-produzzjoni tagħhom huwa limitat u ġeneralment kien jirrappreżenta mhux aktar minn 10 % tal-kost tal-produzzjoni. Barra minn hekk, id-dħul tagħhom derivat mill-prodotti li jinkorporaw il-PBTC ma kienx ogħla minn 10–25 % tad-dħul totali tal-kumpaniji. Barra minn hekk, proporzjon tal-PBTC mixtri mill-utenti li ppreżentaw ruħhom kien joriġina wkoll mill-industrija tal-Unjoni (15-35 %). Jekk jiġu imposti l-miżuri proposti, l-impatt fuq il-profittabbiltà totali tal-utenti hija mistennija tkun limitata (u fi kwalunkwe każ mhux ogħla minn punt perċentwali wieħed). |
|
(297) |
Barra minn hekk, fil-kuntest tal-analiżi tal-interess tal-utenti, huwa notevoli li Kurita rrikonoxxiet li l-kawża primarja tad-dannu tidher li hija l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-PBTC. |
|
(298) |
Kurita kif ukoll Hypred argumentaw li f’termini ta’ bidla għal sorsi oħra ta’ provvista għajr l-importazzjonijiet Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tissodisfa d-domanda għall-PBTC. |
|
(299) |
Il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza sostanzjata li l-uniku produttur tal-Unjoni ma jkunx jista’ jissodisfa d-domanda li ġejja mill-utenti tal-Unjoni. Filwaqt li l-produttur tal-Unjoni seta’ naqqas ir-rati operattivi tiegħu f’suq li kien qed jonqos, kif stabbilit fil-premessa (215), il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu baqgħet f’livelli stabbli u suffiċjenti matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ Lanxess qabżet il-konsum tal-Unjoni b’aktar minn 5 000 tunnellata. Għalhekk, il-produttur tal-Unjoni għandu l-kapaċità li jkopri l-ħtiġijiet tal-provvista tal-industriji tal-utenti, irrispettivament mill-flussi tal-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(300) |
Fid-dawl tal-elementi ta’ hawn fuq, li juru impatt limitat ta’ kwalunkwe miżura fuq l-utenti tal-PBTC, huwa konkluż li kwalunkwe benefiċċju potenzjali għall-utenti fin-nuqqas ta’ miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-PBTC ma jistax jegħleb il-konsegwenzi negattivi (li f’każ estrem iwasslu għall-qerda tal-industrija tal-PBTC) li s-sitwazzjoni kurrenti jkollha fuq l-industrija tal-Unjoni. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(301) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet persważivi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq importazzjonijiet tal-PBTC li joriġinaw miċ-Ċina f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(302) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(303) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-PBTC li joriġinaw miċ-Ċina, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (285) li l-livell xieraq biex jitneħħa d-dannu jenħtieġ li jkun il-marġni tad-dumping. |
|
(304) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(305) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u prodott mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(306) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata fattura bħal din, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. |
|
(307) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(308) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(309) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(310) |
Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma titkompliex. |
|
(311) |
F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(312) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw 3 ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(313) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar l-akkuratezza tal-kalkoli. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(314) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(315) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu 2-fosfonobutan-1,2,4-trikarbossiliku u l-melħ tas-sodju tiegħu idroġenu 2-fosfonatobutan-1,2,4-trikarbossilat tat-tetrasodju, f’forma solida jew f’soluzzjoni milwiema, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2931 49 80 (kodiċi TARIC 2931 49 80 60), CAS RN 37971–36–1 u 66669–53–2, CUS 0027475–9 u 0087281–1, huwa rreġistrat fl-Unjoni Ewropea taħt in-numri ta’ referenza tal-Komunità Ewropea (KE) 253–733–5 u 266–442–3 u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping proviżorju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Iċ-Ċina |
Jiyuan Qingyuan Water Treatment Co., Ltd. |
210,4 |
88CI |
|
Iċ-Ċina |
Nantong Uniphos Chemicals Co., Ltd. |
219,4 |
88CJ |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Taihe Technologies Co., Ltd. |
182,9 |
88CK |
|
Iċ-Ċina |
Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness |
200,4 |
Ara l-Anness |
|
Iċ-Ċina |
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat |
219,4 |
8999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum f’unità li qed nużaw) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fil-pajjiż ikkonċernat. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw miċ-Ċina.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux jirreġistraw l-importazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2385.
2. Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li daħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ tal-miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/10.
(2) In-Notifika tal-bidu ta’ proċediment anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċidi fosfoniċi tal-alkil u l-imluħa tas-sodju tagħhom, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2025/5021, 18.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5021/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2385 tas-27 ta’ Novembru 2025 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċidi fosfoniċi tal-alkil u l-imlieħ tas-sodju tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2025/2385, 28.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2385/oj).
(4) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2813.
(5) Commission Staff Working Document on Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the purposes of Trade Defence Investigations, 10 April 2024, SWD(2024) 91 final.
(6) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 74.
(7) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 64 sa 66.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1064 tad-9 ta’ April 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti esteri tal-fosfat tal-alkil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1064, 10.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1064/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/116 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 19, 28.1.2022, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/116/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180 tas-16 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2180, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2180/oj).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/633 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/633/oj).
(12) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), it-Taqsima 4.1.3.
(13) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 91.
(14) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 92 sa 94.
(15) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 95.
(16) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 103.
(17) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 104.
(18) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 105; ara wkoll in-nota 4 f’qiegħ il-paġna.
(19) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 106 sa 109.
(20) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 111 sa 120.
(21) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 121 sa 124.
(22) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 125 sa 128.
(23) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 129 sa 141.
(24) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 142 sa 143.
(25) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 7.
(26) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 7–8.
(27) Ara fuq: http://finance.people.com.cn/n1/2026/0128/c1004-40654753.html (aċċessat fil-5 ta’ Marzu 2026).
(28) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 10, 18.
(29) Disponibbli fuq: http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.htm (aċċessat fit-8 ta’ April 2024).
(30) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 29–30.
(31) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 57, 92.
(32) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 149–150.
(33) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 153–171.
(34) Ir-Rapport – il-Kapitolu 7, p. 204–205.
(35) Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 207–208, 242–243.
(36) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 19–24, il-Kapitolu 4, p. 69, 99–100, il-Kapitolu 5, p. 130–131.
(37) Ara fuq: https://www.thwater.com/rongyu.html (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(38) Ara fuq: http://www.qyscl.com.cn/index.php/about/31#31 (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(39) Ara fuq: https://www.uniphos.com.cn/ (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(40) Ara fuq: https://en.jsac.com.cn/ (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(41) Ara r-rapport annwali għall-2024 ta’ Nantong Jiangshan Agrochemicals and Chemicals Co., Ltd., p. 83, disponibbli fuq: https://www.jsac.com.cn/uploadfile/202504/cd9fba280fea622.pdf (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(42) Ara fuq: https://chemicalresearchinsight.com/2025/11/01/top-10-companies-in-the-yellow-phosphorus-industry-2025-market-leaders-powering-global-chemicals/ (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(43) Ara fuq: https://www.xingfagroup.com/ (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(44) Ara r-rapport annwali għall-2024 ta’ Hubei Xingfa Chemicals Group, p. 74, disponibbli fuq: https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2025/2025-4/2025-04-01/10835918.PDF (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(45) Ara fuq: http://en.yunphos.com/ (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(46) Ara fuq: https://ypc123456.en.made-in-china.com/ (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(47) Ara r-rapport annwali għall-2024 ta’ Yunnan Yuntianhua Co., Ltd., p. 115, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2025/2025-3/2025-03-25/10802990.PDF (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(48) L-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tad-Dritt tal-Kumpaniji taċ-Ċina. Ara r-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 47–50.
(49) Ara l-paġna 23 tal-Katalogu ta’ Gwida tal-2024 għall-aġġustament strutturali tal-industrija disponibbli fuq: https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/t20231229_1362999.html (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(50) Ibid, p. 110.
(51) Ibid, p. 87.
(52) L-14-il FYP dwar il-materja prima, it-Taqsimiet IV.3 u IV.1, disponibbli fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(53) Ara fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/202401/content_6923991.htm (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(54) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 24–27.
(55) Ara fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(56) Ara fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/39747711-f959-4eb8-8a59-0f3f776ae8e0 (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(57) Ara fuq: http://www.cpcif.org.cn/list/40288043661dc14701661ddbe0980010 (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(58) Ara fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/78f4fdd0-52c0-429d-b47b-a34ee66ff54f (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2026).
(59) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 40.
(60) Ara pereżempju: Blanchette, J. - Xi’s Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, nru 4, Lulju/Awwissu 2021, p. 10–19.
(61) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 41.
(62) Disponibbli fuq: https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (aċċessat fl-24 ta’ Marzu 2026).
(63) General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(64) Financial Times (2020) - Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(65) Ara fuq: http://www.qyscl.com.cn/ (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(66) Ara fuq: http://www.qyscl.com.cn/index.php/content/231 (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(67) Ara r-rapport annwali għall-2024 ta’ Nantong Jiangshan Agrochemicals and Chemicals Co., Ltd., p. 45, disponibbli fuq: https://www.jsac.com.cn/uploadfile/202504/cd9fba280fea622.pdf (aċċessat fis-23 ta’ Marzu 2026).
(68) Ara fuq: https://money.finance.sina.com.cn/corp/view/vCB_AllBulletinDetail.php?stockid=300801&id=11086997 (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(69) Ara r-rapport annwali għall-2024 ta’ Hubei Xingfa Chemicals Group Co., Ltd., p. 35, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2025/2025-4/2025-04-01/10835918.PDF (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(70) Ara fuq: https://news.hubeidaily.net/mobile/c_5118226.html (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(71) Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, it-Taqsimiet 14.1 sa 14.3.
(72) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 56–57, 99–100.
(73) Ara fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2021-03/13/content_5592681.htm (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(74) Ibid, it-Taqsima III.8.
(75) Ara fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/content_5665166.htm (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).
(76) Ibid, ara t-Taqsimiet IV.2 u IV.3.
(77) Ara fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/03/content_5655701.htm (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(78) Ibid.
(79) Ara fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/yj/art/2022/art_4ef438217a4548cb98c2d7f4f091d72e.html (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(80) Ara fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/202401/content_6923991.htm (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(81) Ara l-14-il FYP ta’ Henan dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-manifattura u l-modernizzazzjoni tal-industrija tas-servizzi 2021/49, it-Taqsima III.1.
(82) Ara fuq: https://www.jiyuan.gov.cn/zwgk/zfxxgk/zc/xzgfxwj/t829785.html (aċċessat fl-24 ta’ Marzu 2026).
(83) Ara fuq: http://gxt.shandong.gov.cn/module/download/downfile.jsp?classid=0&filename=17e54531cb74483596b5cca1a40ec8d8.pdf (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(84) Ara fuq: https://www.h2o-china.com/news/346173.html (aċċessat fl-24 ta’ Marzu 2026).
(85) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 171–179.
(86) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 260–261.
(87) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 257–260.
(88) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 252–254.
(89) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 360–361, 364–370.
(90) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 366.
(91) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 370–373.
(92) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 137–140.
(93) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 146–149.
(94) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 149.
(95) “GOC Ad hoc Support to Banks,” Tħabbira uffiċjali, il-Ministeru tal-Finanzi, iċ-Ċina, id-29 ta’ Marzu 2025 https://www.mof.gov.cn/zhengwuxinxi/caizhengxinwen/202503/t20250329_3961036.htm (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).
(96) Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja taċ-Ċina dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni tat-28 ta’ Awwissu 2020: Three-year action plan for improving corporate governance of the banking and insurance sectors (2020–2022): http://www.hunan.gov.cn/zqt/zcsd/202009/t20200914_13727273.html (aċċessat fl-24 ta’ Marzu 2026). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “jiġi implimentat ulterjorment l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju”. Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “għandna nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […]. Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma dawn jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri”.
(97) Ara n-Notice on the Commercial banks performance evaluation method tas-CBIRC, maħruġ fil-15 ta’ Diċembru 2020: https://www.beijing.gov.cn/zhengce/zhengcefagui/qtwj/202204/t20220407_2656358.html (aċċessat fl-24 ta’ Marzu 2026.).
(98) Ara fuq: https://www.gov.cn/zhengce/content/202511/content_7047643.htm (aċċessat fl-24 ta’ Marzu 2026).
(99) Ibid, it-Taqsima 11.
(100) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 157–158.
(101) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 150–152, 156–160, 165–171.
(102) L-OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29, disponibbli fuq: https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fis-27 ta’ Marzu 2026).
(103) http://www.mof.gov.cn/zhengwuxinxi/caizhengxinwen/202006/t20200618_3534446.htm (aċċessat fit-13 ta’ Marzu 2026).
(104) World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(105) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj) kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/749 tal-24 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tal-Każakistan mil-lista ta' pajjiżi fl-Anness I tagħha (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/749/oj).
(112) L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(113) https://rshiny.ilo.org/dataexplorer96/?lang=en&segment=indicator&id=SDG_0851_SEX_OCU_NB_A.
(114) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/boletins%20anos%20anteriores/2024/english.
(115) https://www.sanel.eco.br/legislacao-e-tarifas/.
(116) https://www1.eere.energy.gov/manufacturing/tech_assistance/pdfs/steam15_benchmark.pdf. Il-metodoloġija tirreferi għall-kost tal-istim saturat għall-valuri tipiċi tal-pressjoni operattiva u t-temperatura tal-ilma ta’ alimentazzjoni. Fl-applikazzjoni tal-metodoloġija, ġie applikat kalkolu abbażi tal-użu tal-pressjoni u tat-temperatura minn kull kumpanija.
(117) Kien hemm użu kaptiv immaterjali tal-PBTC, li tqies għall-konsum u għal indikaturi ekonomiċi oħra.
(118) https://cess.tax360.com.cn (aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ Marzu 2026).
(119) https://www.chemall.com.cn/news/search.php?kw=%E4%B8%89%E6%B0%AF%E5%8C%96%E7%A3%B7&page=4 (aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ Marzu 2026).
ANNESS
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun
|
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
SHANDONG GREEN TECHNOLOGIES IMPORT AND EXPORT CO., LTD |
88CL |
|
HEBEI LONGKE WATER TREATMENT CO., LTD |
88CM |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1045/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)