31983R1480



Official Journal L 151 , 09/06/1983 P. 0027 - 0027
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0187
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 10 P. 0012
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0187
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 10 P. 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1480/83

tas-7 ta' Ġunju 1983

dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li jidħlu fis-subintestatura 97.03 B tat-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar il-miżuri li jridu jittieħdu sabiex tiġi applikata b'mod uniformi n-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari Artikolu 3 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, iridu jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-klassifika tat-tariffa ta' l-oġġetti li ġejjin:

1. sett għat-tfal li jikkonsisti minn katina ta' metall ordinarju b'pendent tat-tip ta' gamewwa tal-metall ordinarju u tal-plastik, żewġ imsielet, brazzuletta u ċurkett tal-metall ordinarju u tal-plastik, imqiegħda għall-wiri fl-istess pakkett;

2. sett għat-tfal, li jikkonsisti minn katina tal-metall ordinarju, pendent fil-għamla ta' arloġġ, żewġ imsielet, żewġ brazzuletti u żewġ ċrieket tal-plastik, imqiegħda għall-wiri fl-istess pakkett;

Billi t-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 604/83 [3], tirreferi fl-intestatura Nru 71.16 għall-ġojjelli artifiċjali u fl-intestatura Nru 97.03 inter alia għal ġugarelli oħra; billi, għall-klassifika ta' l-oġġetti fil-kwistjoni, jistgħu jiġu kunsidrati l-intestaturi msemmija hawn fuq;

Billi s-settijiet ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala oġġetti ta' "ġojjelli artifiċjali" ta' l-intestatura Nru 71.16; billi minħabba l-użu tagħhom u l-istandard baxx tal-fabbrikazzjoni, għandhom il-karatteru ta' ġugarelli ta' l-intestatura Nru 97.03;

Billi, bħala konsegwenza ta' dan, dawn l-oġġetti jridu jiġu kklassifikati fl-intestatura Nru 97.03 tat-Tariffa Komuni Doganali; billi ġewwa din l-intestatura trid tingħażel s-subintestatura B;

Billi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-settijiet tat-tfal, li jikkonsistu minn:

1. katina tal-metall ordinarju, pendent tat-tip ta' gamewwa tal- metall ordinarju u tal-plastik, żewġ imsielet, brazzuletta u ċurkett tal-metall ordinarju u tal-plastik, imqiegħda għall-wiri fl-istess pakkett;

2. katina tal-metall ordinarju, pendent fil-għamla ta' arloġġ, żewġ imsielet, żewġ brazzuletti u żewġ ċrieket tal-plastik, imqiegħda għall-wiri fl-istess pakkett,

iridu jiġu kklassifikati fit-Tariffa Doganali Komuni fis-subintestatura:

97.03 Ġugarelli oħra; mudelli li jaħdmu tat-tip użat għal skopijiet ta' rikreazzjoni:

B. Oħrajn

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Ġunju 1983.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[2] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

[3] ĠU L 72, tat-18.3.1983, p. 3.

--------------------------------------------------