|
30.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 118/30 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ April 2013
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2012
(notifikata bid-dokument C(2013) 2454)
(2013/210/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 30 u 32 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward l-integralità, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (2) għas-sena finanzjarja 2012, qiegħda titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2011 u l-15 ta’ Ottubru 2012. |
|
(3) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (3) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew li għandhom jitħallsu lil kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti ta’ kull xahar imħallsin għas-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2012, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament ta’ kull xahar relatat mal-infiq li jkun sar fit-tieni xahar li jiġi wara dak li fih ittieħdet id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet, jew iżżidu miegħu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif li ressqu l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri qabel il-31 ta’ Marzu 2013, flimkien mal-emendi meħtieġa. |
|
(5) |
Il-kontijiet annwali u d-dokumenti anċillari jippermettu li l-Kummissjoni tieħu, għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati mill-Istat Membru u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri jew imħallsa lilhom. |
|
(6) |
It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra jesiġi li jsir aktar stħarriġ u l-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-pagamenti kkonċernati. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, kwalunkwe skadenza maqbuża matul Awwissu, Settembru u Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Parti mill-infiq iddikjarat minn ċerti Stati Membri matul dawn ix-xhur fis-sena 2012 saret wara l-iskadenzi applikabbli Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha tiffissa t-tnaqqis rilevanti. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, il-Kummissjoni diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ ħlasijiet ta’ kull xahar mad-dħul fil-kontijiet tal-infiq għas-sena finanzjarja 2012. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe rimborż prematur jew temporanju tal-ammonti kkonċernati, dawn ma għandhomx jiġu rikonoxxuti f’din id-Deċiżjoni u għandhom jiġu eżaminati iktar skont il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel tajjeb għal 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ (4) snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien (8) snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex, flimkien mal-kontijiet annwali, jissottomettu rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, lill-Kummissjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-Anness III tal-imsemmi Regolament jipprovdi t-tabella li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2013. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ (4) jew tmien (8) snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà u dawk li x’aktarx isiru jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ (4) snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien (8) snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit tal-UE għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru tagħhom u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. L-Istati Membri kkonċernati ma għandhomx jagħmlu tajjeb għal dawn l-ammonti u għalhekk għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-UE. Din id-deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi. |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għad-deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għajr l-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2012, huma approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni.
L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati minn; jew li għandhom jitħallsu lil; kull Stat Membru skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 2
Għas-sena finanzjarja 2012, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri fir-rigward ta’ nfiq iffinanzjat mill-FAEG, stabbiliti fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet fil-ġejjieni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
ANNESS I
L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI
SENA FINANZJARJA 2012
Ammont li jrid jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lilu
NB: Nomenklatura 2013 : 05 07 01 06, 6701, 6702
|
MS |
|
2012 - Infiq/Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li l-kontijiet tagħhom huma |
Total a + b |
Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1) |
Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament 1290/2005 |
Total inklużi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet |
Pagamenti li saru lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja |
Ammont li jrid jiġi rkuprat mingħand Stat Membru (–) jew imħallas lilu (+) (2) |
|
|
approvati |
mifruda |
||||||||
|
= infiq/dħul assenjat imdaħħal fid-dikjarazzjoni annwali |
= it-total tal-infiq/dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar |
||||||||
|
|
|
a |
b |
|
d |
e |
|
g |
|
|
BE |
EUR |
626 505 990,43 |
17 563 033,17 |
644 069 023,60 |
– 835 758,00 |
–9 465,76 |
643 223 799,84 |
643 268 110,28 |
–44 310,44 |
|
BG |
EUR |
409 313 564,46 |
0,00 |
409 313 564,46 |
0,00 |
0,00 |
409 313 564,46 |
409 382 531,46 |
–68 967,00 |
|
CZ |
EUR |
756 245 858,01 |
0,00 |
756 245 858,01 |
12 287 000,00 |
0,00 |
768 532 858,01 |
768 528 458,42 |
4 399,59 |
|
DK |
DKK |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
–66 422,98 |
–66 422,98 |
0,00 |
–66 422,98 |
|
DK |
EUR |
920 591 828,88 |
0,00 |
920 591 828,88 |
0,00 |
0,00 |
920 591 828,88 |
920 419 781,93 |
172 046,95 |
|
DE |
EUR |
5 208 255 884,14 |
226 507 719,74 |
5 434 763 603,88 |
–10 670,90 |
– 116 714,81 |
5 434 636 218,17 |
5 434 442 720,94 |
193 497,23 |
|
EE |
EUR |
84 668 605,91 |
0,00 |
84 668 605,91 |
6 584 000,00 |
0,00 |
91 252 605,91 |
91 240 137,57 |
12 468,34 |
|
IE |
EUR |
1 285 148 754,42 |
0,00 |
1 285 148 754,42 |
–41 641,57 |
–56 295,34 |
1 285 050 817,51 |
1 283 663 941,98 |
1 386 875,53 |
|
EL |
EUR |
2 291 882 303,19 |
0,00 |
2 291 882 303,19 |
– 261 095,95 |
–1 786 932,58 |
2 289 834 274,66 |
2 291 621 207,24 |
–1 786 932,58 |
|
ES |
EUR |
5 785 117 916,91 |
0,00 |
5 785 117 916,91 |
– 289 492,07 |
–1 953 186,99 |
5 782 875 237,85 |
5 785 098 764,38 |
–2 223 526,53 |
|
FR |
EUR |
8 574 978 838,60 |
0,00 |
8 574 978 838,60 |
– 618 018,77 |
–2 836 879,32 |
8 571 523 940,51 |
8 573 913 709,81 |
–2 389 769,30 |
|
IT |
EUR |
4 584 038 546,05 |
0,00 |
4 584 038 546,05 |
–5 943 018,39 |
–5 281 611,90 |
4 572 813 915,76 |
4 574 209 766,71 |
–1 395 850,95 |
|
CY |
EUR |
37 135 164,63 |
0,00 |
37 135 164,63 |
115 000,00 |
0,00 |
37 250 164,63 |
37 185 681,72 |
64 482,91 |
|
LV |
EUR |
126 627 252,89 |
0,00 |
126 627 252,89 |
202 904,04 |
0,00 |
126 830 156,93 |
126 811 515,51 |
18 641,42 |
|
LT |
LTL |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
– 184,79 |
– 184,79 |
0,00 |
– 184,79 |
|
LT |
EUR |
323 440 802,21 |
0,00 |
323 440 802,21 |
3 181 000,00 |
0,00 |
326 621 802,21 |
326 572 046,77 |
49 755,44 |
|
LU |
EUR |
33 823 988,14 |
0,00 |
33 823 988,14 |
–2 597,78 |
– 998,55 |
33 820 391,81 |
33 608 834,43 |
211 557,38 |
|
HU |
HUF |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
– 250 657 247,00 |
– 250 657 247,00 |
0,00 |
– 250 657 247,00 |
|
HU |
EUR |
1 156 158 797,34 |
0,00 |
1 156 158 797,34 |
0,00 |
0,00 |
1 156 158 797,34 |
1 156 147 681,97 |
11 115,37 |
|
MT |
EUR |
5 237 634,56 |
0,00 |
5 237 634,56 |
0,00 |
0,00 |
5 237 634,56 |
5 225 133,76 |
12 500,80 |
|
NL |
EUR |
865 043 698,77 |
0,00 |
865 043 698,77 |
– 124 990,78 |
–3 055,23 |
864 915 652,76 |
866 711 150,74 |
–1 795 497,98 |
|
AT |
EUR |
731 289 360,97 |
0,00 |
731 289 360,97 |
0,00 |
0,00 |
731 289 360,97 |
731 300 872,35 |
–11 511,38 |
|
PL |
PLN |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
– 519 914,58 |
– 519 914,58 |
0,00 |
– 519 914,58 |
|
PL |
EUR |
2 819 440 069,24 |
0,00 |
2 819 440 069,24 |
12 429 920,20 |
0,00 |
2 831 869 989,44 |
2 832 111 656,96 |
– 241 667,52 |
|
PT |
EUR |
753 645 124,44 |
0,00 |
753 645 124,44 |
–2 860 720,53 |
– 424 567,26 |
750 359 836,65 |
750 267 141,91 |
92 694,74 |
|
RO |
EUR |
989 121 603,72 |
0,00 |
989 121 603,72 |
–65 967,69 |
0,00 |
989 055 636,03 |
991 300 594,37 |
–2 244 958,34 |
|
SI |
EUR |
124 384 026,71 |
0,00 |
124 384 026,71 |
393 000,00 |
– 954,10 |
124 776 072,61 |
124 777 026,71 |
– 954,10 |
|
SK |
EUR |
328 103 748,64 |
0,00 |
328 103 748,64 |
3 634 000,00 |
0,00 |
331 737 748,64 |
331 777 829,53 |
–40 080,89 |
|
FI |
EUR |
550 258 170,47 |
0,00 |
550 258 170,47 |
–73 951,98 |
–23 890,45 |
550 160 328,04 |
550 231 344,07 |
–71 016,03 |
|
SE |
SEK |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
– 631 641,70 |
– 631 641,70 |
0,00 |
– 631 641,70 |
|
SE |
EUR |
639 766 558,88 |
0,00 |
639 766 558,88 |
–24 704,47 |
0,00 |
639 741 854,41 |
639 799 725,33 |
–57 870,92 |
|
UK |
GBP |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
–51 932,23 |
–51 932,23 |
0,00 |
–51 932,23 |
|
UK |
EUR |
3 313 755 544,68 |
0,00 |
3 313 755 544,68 |
– 578 462,05 |
0,00 |
3 313 177 082,63 |
3 308 426 422,77 |
4 750 659,86 |
|
SM |
|
Infiq (3) |
Dħul assenjat (3) |
Artikolu 32 (= e) |
Total (= h) |
|
05 07 01 06 |
6701 |
6702 |
|||
|
|
|
i |
j |
k |
|
|
BE |
EUR |
–34 844,68 |
0,00 |
–9 465,76 |
–44 310,44 |
|
BG |
EUR |
–68 967,00 |
0,00 |
0,00 |
–68 967,00 |
|
CZ |
EUR |
4 399,59 |
0,00 |
0,00 |
4 399,59 |
|
DK |
DKK |
0,00 |
0,00 |
–66 422,98 |
–66 422,98 |
|
DK |
EUR |
172 046,95 |
0,00 |
0,00 |
172 046,95 |
|
DE |
EUR |
310 212,04 |
0,00 |
– 116 714,81 |
193 497,23 |
|
EE |
EUR |
12 468,34 |
0,00 |
0,00 |
12 468,34 |
|
IE |
EUR |
1 443 170,87 |
0,00 |
–56 295,34 |
1 386 875,53 |
|
EL |
EUR |
0,00 |
0,00 |
–1 786 932,58 |
–1 786 932,58 |
|
ES |
EUR |
– 270 339,54 |
0,00 |
–1 953 186,99 |
–2 223 526,53 |
|
FR |
EUR |
447 110,02 |
0,00 |
–2 836 879,32 |
–2 389 769,30 |
|
IT |
EUR |
3 885 760,95 |
0,00 |
–5 281 611,90 |
–1 395 850,95 |
|
CY |
EUR |
64 482,91 |
0,00 |
0,00 |
64 482,91 |
|
LV |
EUR |
18 641,42 |
0,00 |
0,00 |
18 641,42 |
|
LT |
LTL |
0,00 |
0,00 |
– 184,79 |
– 184,79 |
|
LT |
EUR |
199 389,51 |
– 149 634,07 |
0,00 |
49 755,44 |
|
LU |
EUR |
212 555,93 |
0,00 |
– 998,55 |
211 557,38 |
|
HU |
HUF |
0,00 |
0,00 |
– 250 657 247,00 |
– 250 657 247,00 |
|
HU |
EUR |
11 115,37 |
0,00 |
0,00 |
11 115,37 |
|
MT |
EUR |
12 500,80 |
0,00 |
0,00 |
12 500,80 |
|
NL |
EUR |
–1 792 442,75 |
0,00 |
–3 055,23 |
–1 795 497,98 |
|
AT |
EUR |
–11 511,38 |
0,00 |
0,00 |
–11 511,38 |
|
PL |
PLN |
0,00 |
0,00 |
– 519 914,58 |
– 519 914,58 |
|
PL |
EUR |
– 241 667,52 |
0,00 |
0,00 |
– 241 667,52 |
|
PT |
EUR |
517 262,00 |
0,00 |
– 424 567,26 |
92 694,74 |
|
RO |
EUR |
–2 244 958,34 |
0,00 |
0,00 |
–2 244 958,34 |
|
SI |
EUR |
0,00 |
0,00 |
– 954,10 |
– 954,10 |
|
SK |
EUR |
–38 443,34 |
–1 637,55 |
0,00 |
–40 080,89 |
|
FI |
EUR |
–5 519,31 |
–41 606,27 |
–23 890,45 |
–71 016,03 |
|
SE |
SEK |
0,00 |
0,00 |
– 631 641,70 |
– 631 641,70 |
|
SE |
EUR |
–57 870,92 |
0,00 |
0,00 |
–57 870,92 |
|
UK |
GBP |
0,00 |
0,00 |
–51 932,23 |
–51 932,23 |
|
UK |
EUR |
4 750 659,86 |
0,00 |
0,00 |
4 750 659,86 |
(1) It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk meqjusin fis-sistema ta' pagament, li magħhom jinżiedu b'mod partikolari l-korrezzjonijiet għall-qbiż tal-iskadenzi stabbiliti f'Awwissu, f'Settembru u f'Ottubru 2012 u l-korrezzjonijiet għall-istokk eċċessiv.
(2) Għall-kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rkuprat mingħand Stat Membru jew imħallas lilu, l-ammont li jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għall-infiq approvat (col.a), jew it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għall-infiq mifrud (col.b).
Rata tal-iskambju applikabbli: l-Artikolu 7 (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.
(3) Jekk il-parti tad-dħul assenjat tkun għall-vantaġġ tal-Istat Membru, dan irid jiġi ddikjarat taħt l-intestatura 05 07 01 06.
NB: Nomenklatura 2013 : 05 07 01 06, 6701, 6702
ANNESS II
L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI
SENA FINANZJARJA 2012 - FAEG
Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti li l-kontijiet tagħhom huma mifrudin u huma s-suġġett ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni aktar tard
|
Stat Membru |
Aġenzija tal-Pagamenti |
|
Il-Ġermanja |
Hamburg-Jonas |
|
Il-Ġermanja |
Helaba |
|
Il-Belġju |
BIRB |