|
30.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/607
tad-29 ta' Marzu 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/173/PESK (1). |
|
(2) |
Abbażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-31 ta' Marzu 2018. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/173/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2018.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH
(1) Id-Deċiżjoni 2011/173/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 68).