2005D0237 — MT — 23.12.2005 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-15 ta' Marzu 2005 dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-operat ta' ċerti laboratorji ta' referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta' l-annimali u ta' l-annimali ħajjin fl-2005 (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 606) (Il-verżjonijiet bid-Daniż, bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi) (ĠU L 072, 18.3.2005, p.47) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 340 |
78 |
23.12.2005 |
||
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta' Marzu 2005
dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-operat ta' ċerti laboratorji ta' referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta' l-annimali u ta' l-annimali ħajjin fl-2005
(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 606)
(Il-verżjonijiet bid-Daniż, bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2005/237/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju ( 1 ) u b' mod partikolari l-Artikolu 28 (2) tagħha,
Billi:|
(1) |
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tingħata lil-laboratorji ta' referenza tal-Komunità, maħtura mill-Komunità sabiex tassistihom fil-qadi tad-dmirjiet u tal-funzjonijiet tagħhom stipulati fid-Direttivi u d-Deċiżjonijiet li ġejjin: — Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KEE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer ( 2 ), — Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE ta' l-14 ta' Lulju 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta' Newcastle ( 3 ), — Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta' Mejju 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur ( 4 ), — Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontroll ta' ċertu mard ta' l-annimali u miżuri speċifiċi marbuta mal-mard li jtella' l-infafet fil-ħnieżer ( 5 ), — Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta' ċertu mard tal-ħut ( 6 ), — Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta' Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta' ċertu mard tal-ħut li jaffettwa l-molluski bivalvi ( 7 ), — Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta' April 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda Afrikana taż-żwiemel ( 8 ), — Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KEE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-qerda tal-bluetongue ( 9 ), — Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE ta' l-20 ta' Marzu 2000 li taħtar l-istitut responsabbli sabiex jistabbilixxi l-kriterji maħtieġa għall-istandardizzar it-testijiet seroloġiċi sabiex tiġi sorveljata l--effettività tat-tilqim kontra r-rabja ( 10 ), — Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabilixxi miżuri għall-kontroll tal-marda li ttella' l-infafet fil-ħnieżer u li temenda d-Direttiva 92/119/KE fir-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-ħnieżer ( 11 ), — Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-12 ta' Lulju 1996 li taħtar il-korp ta' referenza responsabbli sabiex jikkollabora fl-istandardizzar tal-metodi ta' l-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali tar-razza pura li jitgħammru ta' l-ispeċi bovina ( 12 ); |
|
(2) |
Il-kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jitħallas sakem l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b'mod effiċjenti u li l-awtoritajiet jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat. |
|
(3) |
Għal raġunijiet marbuta mal-baġit, l-għajnuna komunitarja għandha tingħata għal perjodu ta' sena. |
|
(4) |
Għajnuna finanzjarja addizzjonali għall-organizzazzjoni ta' workshop fil-qasam ta' responsabbiltà tal-Laboratorji ta' Referenza tal-Komunità għandha tingħata matul l-istess perjodu f'każ wieħed. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta' ħidma u l-estimi ta' baġit korrispondenti, ippreżentati mil-laboratorji ta' referenza tal-Komunità għas-sena 2005. |
|
(6) |
Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, il-miżuri veterinarji tas-saħħa u dawk tas-saħħa tal-pjanti li ttieħdu skond ir-regoli tal-Komunità għandhom ikunu ffinanzjati taħt it-Taqsima tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija; għal skopijiet ta' kontroll finanzjarju, l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, japplikaw ( 13 ). |
|
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 156/2004 ( 14 ) tad-29 ta' Jannar 2004 dwar l-assistenza finanzjarja tal-Komunità lil laboratorji ta' referenza tal-Komunità skond l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistabbilixxi n-nefqiet eliġibbli tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji li jirċievu assistenza finanzjarja taħt l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-proċeduri għall-preżentazzjoni tan-nefqiet u l-verifiki. |
|
(8) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:
Artikolu 1
Għad-deni klassiku tal-ħnieżer, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Ġermanja għall-funzjonijiet u d-dmirijiet imsemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2001/89/KE, sabiex dawn jitwettqu mill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Hanover, il-Ġermanja.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha titla' għal massimu ta' EUR 200 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għall-organizzazzjoni ta' workshop tekniku dwar it-teknika ta' dijanjożi tad-deni klassiku tal-ħnieżer għandha titla' għal massimu ta' EUR 30 000.
Artikolu 2
Għad-deni klassiku tal-ħnieżer, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit għall-funzjonijiet u d-dmirijiet imsemmija fl-Anness V tad-Direttiva 92/66/KEE, sabiex dawn jitwettqu mis-Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha titla' għal massimu ta' EUR 50 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005.
Artikolu 3
Għall-influwenza tat-tjur, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit għall-funzjonijiet u d-dmirijiet imsemmija fl-Anness V tad-Direttiva 92/40/KEE, sabiex dawn jitwettqu mis-Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha titla' għal massimu ta' ►M1 EUR 285 000 ◄ għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005.
Artikolu 4
Għall-mard tal-ħnieżer li jtella' l-infafet, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit għall-funzjonijiet u d-dmirijiet imsemmija fl-Anness III tad-Direttiva 92/119/KEE, sabiex dawn jitwettqu mill-Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha titla' għal massimu ta' EUR 100 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005.
Artikolu 5
Għall-mard tal-ħut, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lid-Danimarka għall-funzjonijiet u d-dmirijiet imsemmija fl-Anness C tad-Direttiva 93/53/KEE, sabiex dawn jitwettqu mill-Institut Daniż.għall-Ikel u r-Riċerka Veterinarja, Aarhus, id-Danimarka.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha titla' għal massimu ta' EUR 145 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005.
Artikolu 6
Għall-mard tal-molluski bivalvi, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Franza għall-funzjonijiet u d-dmirijiet imsemmija fl-Anness B tad-Direttiva 95/70/KE, sabiex dawn jitwettqu mill-IFREMER, La Tremblade, Franza.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha titla' għal massimu ta' EUR 90 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005.
Artikolu 7
Għall-mard Afrikan taż-żwiemel, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Spanja għall-funzjonijiet u d-dmirijiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 92/35/KEE, sabiex dawn jitwettqu mil-Laboratorio central de veterinaria de Madrid, Algete, Spanja.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha titla' għal massimu ta' EUR 35 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005.
Artikolu 8
Għall-bluetongue, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit għall-funzjonijiet u d-dmirijiet imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2000/75/KE, sabiex dawn jitwettqu mill-Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha titla' għal massimu ta' EUR 150 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għall-organizzazzjoni ta' workshop tekniku dwar it-teknika ta' dijanjożi għandha titla' għal massimu ta' EUR 15 000.
Artikolu 9
Għas-seroloġija tar-rabja, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Franza għall-funzjonijiet u d-dmirijiet imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2000/258/KE, sabiex dawn jitwettqu mill-laboratorju ta' l-A.F.S.S.A. Nancy, Franza.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha titla' għal massimu ta' EUR 150 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005.
Artikolu 10
Għad-deni Afrikan tal-ħnieżer, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Spanja għall-funzjonijiet u d-dmirijiet imsemmija fl-Anness V tad-Direttiva 2002/60/KE, sabiex dawn jitwettqu miċ-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha titla' għal massimu ta' EUR 100 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għall-organizzazzjoni ta' workshop tekniku dwar it-teknika ta' dijanjożi tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titla' għal massimu ta' EUR 30 000.
Artikolu 11
Għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-metodi ta' ttestjar ta' annimal tat-tgħammir ta' razza pura ta' l-ispeċi bovina, u l-armonizzazzjoni tal-metodi varji ta' l-ittestjar, il-Komunità tagħti assistenza finanzjarja lill-Iżvezja għall-funzjonijiet u d-dmirijiet imsemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 96/463/KE sabiex dawn jitwettqu mill-INTERBULL Centre, Uppsala, l-Iżvezja.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha titla' għal massimu ta' EUR 65 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005.
Artikolu 12
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju ta' l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
( 1 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ. 1).
( 2 ) ĠU L 316, tat-1.12.2001, p. 5.
( 3 ) ĠU L 260, tal-5.9.1992, p. 1 Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, l-Iżvezja u l-Finlandja.
( 4 ) ĠU L 167, tat-22.6.1992, p. 1 Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, l-I¿vezja u l-Finlandja.
( 5 ) ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 69, kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2002/60/KE (ĠU L 192, ta' l-20.7.2002, p. 27).
( 6 ) ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 23, kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/288/KE.
( 7 ) ĠU L 332, tat-30.12.1995 p. 33, kif l-aħħar emendat mid-Deċi¿joni tal-Kummissjoni 2001/293/KE.
( 8 ) ĠU L 157 ta' l-10.6.1992, p. 19 Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, l-Iżvezja u l-Finlandja.
( 9 ) ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 74.
( 10 ) ĠU L 79, tat-30.3.2000, p. 40.
( 11 ) ĠU L 192, ta' l-20.1.2002, p. 27.
( 12 ) ĠU L 192, tat-2.8.1996, p. 19.
( 13 ) ĠU L 160 tas-26.6.1999, p. 103.
( 14 ) ĠU L 27, tat-30.1.2004, p. 5.