|
23.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 92/2008
ta' l-4 ta' Lulju 2008
li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2008 tat-8 ta’ Jannar 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta’ l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-klassifikazzjonijiet dettaljati u l-aġġornament tar-regoli għat-tixrid tas-sistema ċentrali ta’ l-ESSPROS u l-modulu dwar il-benefiċjarji ta’ pensjoni (2) għandu jiġi nkorporat mal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18ua (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1322/2007) tal-Anness XXI tal-Ftehim:
|
“18ub. |
32008 R 0010: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2008 tat-8 ta’ Jannar 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-klassifikazzjonijiet dettaljati u l-aġġornament tar-regoli għat-tixrid tas-sistema ċentrali ta’ l-ESSPROS u l-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni (ĠU L 5, 9.1.2008, p. 3).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 10/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta' Lulju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 257, 25.9.2008, p. 39.
(*1) M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.