<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑359/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0359</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2240">EU:C:2014:2240</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻA C‑359/13</P><P>MARTENS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P><DATE ISO="20140924">24 ta’ Settembru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑359/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">B. Martens</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Finanzjament ta’ edukazzjoni ogħla f’territorji extra-Ewropej</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regola tat-tliet snin minn sitta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Ex ħaddiem fruntalier</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari f’din il-kawża tikkonċerna għal darb’oħra l-eliġibbiltà għal finanzjament ipprovdut mill-Pajjiżi l-Baxxi għal edukazzjoni ogħla barra mill-Pajjiżi l-Baxxi nnifishom — l-hekk imsejħa <HT TYPE="ITALIC">meeneembare studie financiering</HT> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>MNSF<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>finanzjament portabbli ta’ studji<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C‑542/09 Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l‑Baxxi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li r-regola tal-Pajjiżi l-Baxxi taħt liema kull persuna li titlob tali finanzjament kellha, minbarra li tkun eliġibbli għal finanzjament sabiex tistudja fil-Pajjiżi l-Baxxi, ukoll tirrisjedi legalment fil-Pajjiżi l-Baxxi matul mill-inqas tlieta mill-aħħar sitt snin qabel l-iskrizzjoni (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ir-regola tat-tliet snin minn sitta<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) kienet tmur kontra l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE>, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti. Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15). Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>) ħassar ir-Regolament Nru 1612/68 b’effett mis‑<DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE> (u għaldaqstant wara l-fatti rilevanti inkwistjoni f’din il-kawża). Fi kwalunkwe każ, it-testi tal-Artikoli 7(2) u 12 tar-Regolament Nru 1612/68 baqgħu l-istess fir-Regolament Nru 492/2011 u għaldaqstant ser nirreferi għaż-żewġ dispożizzjonijiet fit-temp tal-preżent.</P></NOTE> minħabba l-fatt li indirettament kienet diskriminatorja.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ir-regola tat-tliet snin minn sitta ġiet madankollu applikata lil Babette Martins, ċittadina tal-Pajjiżi l-Baxxi li rrisjediet il-Belġju matul kważi l-edukazzjoni kollha tagħha, li applikat lill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi għal finanzjament portabbli ta’ studji biex tmur Curaçao sabiex tkompli bl-edukazzjoni ogħla. Missierha (ukoll ċittadin tal-Pajjiżi l-Baxxi residenti fil-Belġju) kien jaħdem part‑time fil-Pajjiżi l-Baxxi għal ftit, u B. Martens ingħatat MNSF għall-istudji universitarji tagħha għal dak il-perijodu. Madankollu, hija ġiet miċħuda finanzjament ta’ studju għall-bqija tal-istudji tagħha ladarba missierha ma baqax ħaddiem fruntalier, għaliex sussegwentement ir-regola tat-tliet snin minn sitta ġiet applikata għas-sitwazzjoni tagħha u hija ma kinitx tissodisfaha.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Is-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) (Qorti tal-Appell Ċentrali) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>qorti tar-rinviju<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) essenzjalment tistaqsi jekk (i) il-moviment liberu tal-ħaddiema jew (ii) drittijiet ta’ nazzjonalità tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) jipprekludux lill-Pajjiżi l-Baxxi milli japplikaw ir-regola tat-tliet snin minn sitta f’tali sitwazzjoni. B’mod partikolari, hija tistaqsi jekk is-Sur<?PAGE NO="2"?> Martens jistax jinvoka kontra l-Pajjiżi l-Baxxi drittijiet li jirriżultaw mill-moviment liberu tal-ħaddiema wara li ma baqax ħaddiem fruntalier f’dak l-Istat Membru. Jekk ma jistax, il-qorti tar-rinviju titlob li tiġi kkjarifikata l-kwistjoni dwar jekk B. Martens tistax tinvoka d-drittijiet tagħha nnifisha bħala ċittadina tal-Unjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>I –<HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>A –<HT TYPE="ITALIC">It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(1) jistabbilixxi ċ-ċittadinanzja tal-Unjoni. Bis-saħħa tal-Artikolu 20(2), iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>igawdu d-drittijiet u jintrabtu bid-dmirijiet previsti fit-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. B’mod partikolari, l-Artikolu 20(2)(a) jagħti liċ-ċittadini tal-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>d-dritt ta’ moviment liberu u d-dritt ta’ residenza libera fit-territorju ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. L-Artikolu 21 jikkonferma dak id-dritt, filwaqt li jżid li huwa suġġett għall- <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u ddispożizzjonijiet meħuda sabiex dan jitwettaq<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 45(1) TFUE jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza [nazzjonalità] bejn il-ħaddiema ta’ l-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Filwaqt li l-Artikolu 52(1) TUE jipprovdi li t-Trattati għandhom japplikaw, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, għar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Renju ta’ l-Olanda [il-Pajjiżi l-Baxxi]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li minnha tagħmel parti l-Curaçao<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara l-Artikolu 1 tas-Statuut voor het Koninkrijk der Nederlanden (punt 14 iktar ’il quddiem).</P></NOTE>, l-Artikolu 52(2) TUE jagħmel riferiment għall-Artikolu 355 TFUE għad-definizzjoni tal-portata territorjali tat-Trattati. Konformement mal-Artikolu 355(2) TFUE, l-arranġamenti speċjali għal assoċjazzjoni stabbiliti fil-Parti Erbgħa tat‑TFUE għandhom japplikaw għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej imsemmija fl-Anness II (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>PTEE<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) elenkati fl-Anness II ta’ dan it-Trattat.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Anness II, Pajjizi u territorji extra-Ewropej li ghalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Parti Erbgħa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="336" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 C 326, p. 336</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> Il-lista fl-Anness II tinkludi l-Antilles Olandiżi, li jinkludu Curaçao. Dawn il-pajjiżi u territorji huma deskritti fl-Artikolu 198(1) TFUE (l-ewwel artikolu tal-Parti Erbgħa) bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>dawk il-pajjiżi u t-territorji mhux Ewropej u li għandhom relazzjonijiet speċjali mad-Danimarka, Franza, l-Olanda [il-Pajjiżi l-Baxxi] u r-Renju Unit<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>jaqblu li jassoċjaw ma’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-Parti Erbgħa tat‑TFUE tikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-Assoċjazzjoni ta’ Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. L-Artikolu 202 TFUE jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[m]ingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fuq is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku, il-moviment liberu ta’ ħaddiema mill-pajjiżi u t-territorji fi Stati Membri, u tal-ħaddiema mill-Istati Membri fil-pajjiżi u t-territorji, għandu jiġi regolat b’atti adottati skond l-Artikolu 203<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Il-leġiżlazzjoni adottata taħt l-Artikolu 203 TFUE ma tipprovdix gwida dwar jekk is-Sur Martens jew it-tifla tiegħu jistgħux jinvokaw id-dritt tal-Unjoni f’dan il-każ.</P></NOTE></TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>B –<HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1612/68</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1612/68 jipprovdi regoli supplimentari biex jiżgura l-libertà taċ-ċittadini ta’ Stat Membru sabiex jaħdmu fi Stat Membru ieħor u b’dak il-mod jimplementa d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema. L-ewwel premessa għal dan ir-regolament jiddeskrivi l-għan ġenerali tiegħu li hu li jikseb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>l-abolizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq ċittadinanza [nazzjonalità] bejn ħaddiema ta’ l-Istati Membri f’dak li jirrigwardja mpjieg, rimunerazzjoni u kondizzjonijiet oħra ta’ xogħol u mpjieg, kif ukoll id-dritt ta’ ħaddiema tali li jitħarrku ħielsa [fl-Unjoni] sabiex iwettqu attivitajiet bħala persuni mpjegati suġġetti għal kwalunkwe limitazzjonijiet ġustifikati fuq sisien ta’ xejra politika pubblika, sigurtà pubblika u saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>It-tielet u r-raba’ premessi jipprovdu, rispettivament, li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>libertà tal-moviment jikkonstitwixxi dritt fundamentali għall-ħaddiema u l-familji tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u li dan id-dritt għandu jitgawda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>minn ħaddiema permanenti, staġjonali u tal-fruntiera u minn dawk li jwettqu l-attivitajiet tagħhom għall-iskop li jipprovdu servizzi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont il-ħames premessa, l-eżerċizzju ta’ din il-libertà fundamentali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>bi standards oġġettivi, bil-libertà u d-dinjità, jeħtieġ li ugwaljanza ta’ trattament għandha tkun assigurata fil-fatt u fil-liġi fir-rigward tal-materji kollha li għandhom x’jaqsmu mat-twettiq attwali ta’ attivitajiet bħala persuni mpjegati u għall-eliġibilità għal dar fejn joqogħodu, u ukoll li ostakoli għall-mobilità tal-ħaddiema għandhom ikunu eliminati, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt tal-ħaddiem li tingħaqad miegħu l-familja tiegħu u l-kondizzjonijiet għall-integrazzjoni ta’ dik il-familja fil-pajjiż li jospitaha<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 jipprovdi li ħaddiem li huwa ċittadin ta’ Stat Membru <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħaċ-ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L‑Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68/KEE jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>It-tfal ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li hu jew kien impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandhom ikunu ammessi għall-korsijiet edukattivi ġenerali, ta’ apprendistat u professjonali ta’ dak l-Istat taħt l-istess kondizzjonijiet bħal ċittadini ta’ dak l-Istat, jekk dawn it-tfal ikunu qegħdin jgħixu fit-territorju tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>C –<HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</P></NOTE> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għal disposizzjonijiet speċifiċi kif previsti b’mod ċar fit-Trattat u fil-liġi sekondarja, iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jgħixu skond din id-Direttiva fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru fl-iskop tat-Trattat. Il-benefiċċju ta’ dan id-dritt għandu jkun estiż għall-membri tal-familja li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru u li għandhom id-dritt ta’ residenza jew għandhom residenza permanenti.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru ospitanti m’għandux ikun obbligat [...] qabel il-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti, li jawtorizza għajnuna ta’ manteniment għall-istudji, inkluż taħriġ professjonali, li jikkonsisti f’konċessjonijiet [għotjiet] [lil]l-istudenti jew f’self għal studenti lill-persuni li mhumiex ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom, persuni li jżommu t-tali status u membri tal-familja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>II –<HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>A –<HT TYPE="ITALIC">L-Istatut tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Is-Statuut voor het Koninkrijk der Nederlanden (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Statut tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), kif emendat fl‑2010, jipprovdi li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jikkonsisti fil-Pajjiżi l-Baxxi, Aruba, Curaçao u Saint Maarten.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Il-komponenti l-oħra tal-Antilles Olandiżi elenkati fl-Anness II tat‑TFUE (speċifikatament Il-Bonaire, Sint Eustasius u Is-Saba) jidhru li għandhom status differenti taħt l-Istatut.</P></NOTE> Il-Pajjiżi l-Baxxi u l-entitajiet l-oħra li jiffurmaw parti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jaqsmu bejniethom nazzjonalità, kap ta’ Stat, politika u difiża waħda. Madankollu, oqsma bħall-edukazzjoni u l-finanzjament tal-istudji jibqgħu awtonomi, minkejja l-fatt li l-kooperazzjoni hija possibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>B –<HT TYPE="ITALIC">Il-liġi dwar il-finanzjament tal-istudji</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Wet Studiefinanciering (Liġi dwar il-Finanzjament tal-Istudji, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Wsf 2000<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-finanzjament tal-istudji fil-Pajjiżi l-Baxxi u barra mill-pajjiż. Il-finanzjament tal-edukazzjoni ogħla fil-Pajjiżi l-Baxxi huwa disponibbli għal studenti ta’ età bejn 18 u 29 sena, li jistudjaw f’ċerti stabbilimenti ta’ edukazzjoni jew stabbilimenti approvati u li jissodisfaw il-kundizzjoni ta’ nazzjonalità. L-Artikolu 2.2 jiddefinixxi l‑kundizzjoni ta’ nazzjonalità. Il-persuni eliġibbli jinkludu ċittadini tal-Pajjiżi l-Baxxi u ċittadini li ma humiex tal-Pajjiżi l-Baxxi li huma kkunsidrati, fil-qasam tal-finanzjament tal-istudji, bħala ċittadini tal-Pajjiżi l-Baxxi abbażi ta’ trattat jew deċiżjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ma huwiex meħtieġ li ċittadini tal-Unjoni li huma ekonomikament attivi fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-membri tal-familja tagħhom ikunu rrisjedew fil-Pajjiżi l-Baxxi biex jikkwalifikaw għal dan it-tip ta’ finanzjament. B’hekk, ħaddiema transkonfinali,<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Din il-kategorija hija usa’ minn dik ta’ ħaddiema fruntaliera. Dawn tal-aħħar jaħdmu fi Stat Membru wieħed u jirrisjedu f’reġjun konfinali ta’ Stat Membru ġar. Min-naħa l-oħra, tal-ewwel tkopri wkoll lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu fi Stat Membru u jirrisjedu fi Stat Membru ieħor iżda mhux biss f’reġjun konfinali ta’ Stat Membru ġar. Ara wkoll, pereżempju, is-sentenza S. C‑457/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:136">EU:C:2014:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 38 u 39.</P></NOTE> li jaħdmu fil-Pajjiżi l-Baxxi iżda li jirrisjedu barra mill-pajjiż, u l-membri tal-familja tagħhom huma koperti. Min-naħa l-oħra, ċittadini tal-Unjoni li ma humiex ekonomikament attivi fil-Pajjiżi l-Baxxi jikkwalifikaw għal finanzjament wara ħames snin ta’ residenza legali fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 2.13(1)(d) tal-Wsf 2000, mill‑<DATE ISO="20070901">1 ta’ Settembru 2007</DATE>, student ma huwiex intitolat għal finanzjament tal-istudji jekk, għall perijodu kkonċernat, huwa eliġibbli għal allowance għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ aċċess għall-edukazzjoni jew għal manteniment ipprovdut mill-awtoritajiet responsabbli għall-provvista ta’ tali allowances f’pajjiż li ma huwiex il-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Taħt l-Artikolu 2.14(2)(c)tal-Wsf 2000, studenti (irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom) li japplikaw għal finanzjament portabbli ta’ studji għandhom, minbarra li jkunu eliġibbli għal finanzjament għal edukazzjoni ogħla fil-Pajjiżi l-Baxxi, jissodisfaw ir-regola tat-tliet snin minn sitta. Din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-istudenti li kienu iskritti wara l‑<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE> għal kors ta’ edukazzjoni ogħla barra mill-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3.21, tal-Wsf 2000, ebda finanzjament tal-istudji ma jingħata fir-rigward ta’ perijodu ta’ studju qabel ma tkun saret it-talba għal finanzjament. Madankollu japplika ċertu ftehim tranżitorju. Għalhekk, pereżempju, l-Artikolu 12.1ba jipprovdi: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>L-Artikoli [...] hekk kif inhuma fis-seħħ fil‑<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE> jibqgħu japplikaw fir-rigward ta’ student li qabel l‑<DATE ISO="20070901">1 ta’ Settembru 2007</DATE> irċieva finanzjament tal-istudji sabiex ikompli bl-edukazzjoni ogħla barra mill-Pajjiżi l-Baxxi, sakemm jirċievi l-finanzjament tal-istudji mingħajr interruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Taħt l-Artikolu 11.5 tal‑Wsf 2000, il-Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap (Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura u Xjenza; iktar ’il quddiem, il‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Ministru<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) ma għandux bżonn japplika r-regola tat-tliet snin minn sitta inkwantu l-applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit, fid-dawl tal-interessi protetti mill-Wsf 2000, jista’ jagħti lok għal każ manifest ta’ inġustizzja gravi (iktar ’il quddiem il‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>klawżola ta’ ekwità<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Qabel l‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, ir-regola tat-tliet snin minn sitta ma kinitx tapplika għal studenti (irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom) li talbu MNSF sabiex ikomplu bl-edukazzjoni ogħla fiż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>żoni konfinali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> tal-Pajjiżi l-Baxxi.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Dawn ir-reġjuni huma Flanders u r-Région de Bruxelles-Capitale, fil-Belġju, u Nordrhein-Westfalen, Niedersachsen u Bremen fil-Ġermanja.</P></NOTE></TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skont il-qorti nazzjonali, l-MNSF jikkonsisti minn: għajnuna bażika, li l-livell tagħha jiddependi fuq jekk l-istudent jgħixx id-dar (jiġifieri, fl-indirizz ta’ mill-inqas wieħed mill-ġenituri tiegħu) jew indipendentement; allowance għal spejjeż ta’ vjaġġar (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kumpens OV<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>); self addizzjonali, suġġett għal limitu massimu; għajnuna addizzjonali li l-ammont tiegħu jiddependi fuq id-dħul tal-ġenituri; u self sabiex jiġu koperti l-miżati limitat bħala prinċipju għall-miżata massima li tista’ tintalab minn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi għal kors ekwivalenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>III –<HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża, il-proċedura fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>B. Martens twieldet fil-Pajjiżi l-Baxxi fit‑<DATE ISO="19871002">2 ta’ Ottubru 1987</DATE>. Hija għexet hemm sakemm iċċaqilqet, f’Ġunju 1993 (meta kellha ftit inqas minn sitt snin), mal-ġenituri tagħha (li huma wkoll ċittadini tal-Pajjiżi l-Baxxi) lejn il-Belġju fejn ġiet imrobbija u fejn temmet l-iskola. Missierha ħadem fil-Belġju u għadu jaħdem hemm. Madankollu, bejn l‑<DATE ISO="20061001">1 ta’ Ottubru 2006</DATE> u l‑<DATE ISO="20081031">31 ta’ Ottubru 2008</DATE>, huwa ħadem ukoll part‑time fil-Pajjiżi l-Baxxi. Jidher mit-talba għal deċiżjoni preliminari li wara Ottubru 2008 huwa ma fittixx impjieg fil-Pajjiżi l-Baxxi u ma kienx disponibbli mod ieħor għas-suq ta’ impjieg ta’ dan il-pajjiż. Minflok, huwa kellu impjieg full‑time fil-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20060815">15 ta’ Awwissu 2006</DATE>, B. Martens irreġistrat sabiex tibda’ lawrea ta’ baċellerat fl-Università tal-Antilles Olandiżi fil-Curaçao fis-sena akkademika 2006/2007. Matul l-istudji tagħha, il-ġenituri tagħha pprovdew għajnuna finanzjarja sostanzjali (spejjeż għall-għajxien u spejjeż ta’ edukazzjoni) u rċevew allowance għall-ulied fil-Belġju għal binthom. Il-qorti tar-rinviju spjegat li dan l-allowance għall-ulied huwa separat mill-boroż ta’ studju għal studenti adulti; u li l-Komunità Fjamminga normalment ma tagħtix din it-tip ta’ għajnuna għal edukazzjoni jew taħriġ segwit f’istituzzjonijiet edukattivi barra mill-hekk imsejħa Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Ogħla.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20080624">24 ta’ Ġunju 2008</DATE>, B. Martens ressqet talba quddiem l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi għal finanzjament tal-istudji (għajnuna bażika u allowance għal spejjeż tal-ivvjaġġar). Hija ddikjarat li hija ma kinitx tirċievi finanzjament minn pajjiż ieħor u li, matul is-sitt snin qabel ir-reġistrazzjoni tagħha fl-Università tal-Antilles Olandiżi (jiġifieri, mill‑2000 sal‑2006), hija kienet irrisjediet fil-Pajjiżi l-Baxxi għal mill-inqas tliet snin. Jidher li l-qorti tar-rinviju ma tiddubitax mill‑<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tad-dikjarazzjoni ta’ B. Martens u tqis li seta’ kien hemm nuqqas ta’ ftehim f’dak iż-żmien fir-rigward tar-regola tat-tliet snin minn sitta.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20080822">22 ta’ Awwissu 2008</DATE>, B. Martens ingħatat finanzjament għall-istudji għall-perijodu minn Settembru 2007, jiġifieri hija rċeviet finanzjament mit-tieni sena tal-istudji tagħha. Din l-għajnuna ġiet imġedda perijodikament u kienet ibbażata fuq il-preżunzjoni li B. Martens kienet issodisfat ir-regola tat-tliet snin minn sitta.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20090201">1 ta’ Frar 2009</DATE>, B. Martens talbet self addizzjonali li ngħata lilha wkoll.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Sussegwentement, bħala riżultat ta’ verifika, fit‑<DATE ISO="20100528">28 ta’ Mejju 2010</DATE>, il-Ministru stabbilixxa li, matul il-perijodu minn Awwissu 2000 sa Lulju 2006, B. Martens ma <HT TYPE="ITALIC">kinitx</HT> irrisjediet għal tliet snin fil-Pajjiżi l-Baxxi u ddeċieda li l-għajnuna li diġà kienet tħallset lilha (EUR 19 481.64) kellha tiġi kkanċellata. B. Martens intalbet tħallas lura l-ammonti li kienet irċeviet diġà.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-ilment ta’ B. Martens kontra dawn id-deċiżjonijiet ġie ddikjarat infondat, l-istess bħall-appell ulterjuri tagħha quddiem ir-Rechtbank's‑Gravenhage (iktar ’il quddiem ir‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>rechtbank<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>). Sussegwentement hija appellat kontra d-deċiżjoni tar-rechtbank quddiem il-qorti tar-rinviju. B. Martens sostniet li d-deċiżjonijiet kienu jiksru l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u li l-allegat nuqqas ta’ konnessjoni suffiċjenti mal-Pajjiżi l-Baxxi ma setax jiġġustifika d-deċiżjoni tal-Ministru.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, B.Martens kisbet il-lawrea ta’ baċellerat tagħha u marret tgħix fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssospendiet l-għoti ta’ deċiżjoni tal-appell sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza tagħha fil-Kawża Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, kif għamlet fl‑<DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Sussegwentement il-Ministru aċċetta li missier B. Martens kien ħaddiem fruntalier fil-Pajjiżi l-Baxxi bejn l‑<DATE ISO="20061001">1 ta’ Ottubru 2006</DATE> sal‑<DATE ISO="20081031">31 ta’ Ottubru 2008</DATE> u li B. Martens kienet għalhekk intitolata għal finanzjament portabbli ta’ studji għall-perijodu minn Settembru 2007 sa Ottubru 2008<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara wkoll il-punti 19 u 20 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Dan kien għaliex, b’riżultat tas-sentenza mogħtija fil-Kawża Il-Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, ir-regola tat-tliet snin minn sitta ma setgħetx tiġi applikata f’tali ċirkustanzi. Madankollu, il-Ministru kompla jsostni d-deċiżjoni li tiġi kkanċellata l-borża mill-mument meta missier B. Martens ma baqax ħaddiem fruntalier fil-Pajjiżi l-Baxxi (jiġifieri, Novembru 2008).</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-Ministru ma bbażax id-deċiżjoni tiegħu fuq il-fatt li B. Martens jista’ jkollha aċċess għal għajnuna finanzjarja fil-Belġju (għalkemm, skont il-qorti tar-rinviju, ma jidhirx li l-Belġju jagħti finanzjament għall-istudji fi ħdan istituzzjonijiet edukattivi stabbiliti barra mill-Unjoni Ewropea) u għaldaqstant il-qorti tar-rinviju ma eżaminatx din il-kwistjoni ulterjorment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-punti 17 u 24 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju ssospendiet il-proċeduri quddiemha u għamlet id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="NONE"><ITEM><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>1A.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru tal-[Unjoni] (il-Pajjiżi l-Baxxi) itemm id-dritt għall-finanzjament għall-edukazzjoni barra mill-[Unjoni] ta’ wild maġġorenni dipendenti fuq ħaddiem transkonfinali [fruntalier] li għandu ċ-ċittadinanza [nazzjonalità] Olandiża, li jirrisjedi fil-Belġju u jaħdem parzjalment fil-Pajjiżi l-Baxxi u parzjalment fil-Belġju, meta tali xogħol transkonfinali [fruntalier] jintemm u l-attivitajiet jibqgħu jiġu eżerċitati fil-Belġju, minħabba li l-wild ma jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ residenza ta’ mill-inqas tliet snin fil-Pajjiżi l-Baxxi matul is-sitt snin li jippreċedu r-reġistrazzjoni tiegħu fl-istabbiliment ta’ edukazzjoni kkonċernat?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>1B.</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta li tingħata għad-domanda 1A tkun fl-affermattiv, id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi l-għoti ta’ finanzjament għall-edukazzjoni għal perijodu iqsar mit-tul ta’ tali edukazzjoni, filwaqt li jitqies li r-rekwiżiti l-oħra li jirregolaw l-eliġibbiltà għall-finanzjament ikunu ġew sodisfatti?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ITEM></LIST><P>Jekk fir-risposta għad-domandi 1A u 1B, il-Qorti tal-Ġustizzja tasal għall-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni dwar id-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema ma tipprekludix deċiżjoni li tipprovdi li ma għandux jingħata finanzjament għall-edukazzjoni lil B. Martens matul il-perijodu bejn Novembru 2008 u Ġunju 2011, jew matul parti minn tali perijodu:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikoli 20 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru tal-[Unjoni] (il-Pajjiżi l-Baxxi) ma jestendix il-finanzjament għall-edukazzjoni fi stabbiliment ta’ edukazzjoni f’PTEE (Curaçao), li jagħti lok għalih ix-xogħol ta’ missier il-persuna kkonċernata bħala ħaddiem transkonfinali [fruntalier], minħabba li l-persuna kkonċernata ma tissodisfax il-kundizzjoni, applikabbli għal kull ċittadin tal-Unjoni, inklużi ċ-ċittadini tagħha stess, ta’ residenza fil-Pajjiżi l-Baxxi ta’ mill-inqas tliet snin mis-sitt snin li jippreċedu r-reġistrazzjoni tagħha għal tali edukazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati sottomissjonijiet bil-miktub mill-Gvernijiet tad-Danimarka u tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, dawn il-partijiet għamlu sottomissjonijiet orali fis-seduta tat-<DATE ISO="20140702">2 ta’ Lulju 2014</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>IV –<HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>A –<HT TYPE="ITALIC">Rimarki preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-edukazzjoni tinvolvi spejjeż minn tal-inqas għall-Istat Membru li jipprovdi l-edukazzjoni, għall-istudent innifsu (jekk huwa finanzjarjament awtonomu) jew għal dawk li fuqhom l-istudent huwa finanzjarjament dipendenti u għal sponsors (pubbliċi u privati) oħra ta’ edukazzjoni. Fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri jibqgħu komeptenti sabiex jiddeċiedu jekk għandhomx jiffinanzjaw l-edukazzjoni ogħla jew le, u, jekk dan ikun il-każ, b’liema mod. Id-dritt tal-Unjoni bħala prinċipju ma jinterferix ma’ deċiżjoni ta’ Stat Membru li jagħmel il-finanzjament disponibbli għal studji f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla stabbiliti barra mit-territorju tiegħu u possibbilment barra mill-Unjoni Ewropea u l-kundizzjonijiet li huwa jorbot ma’ tali finanzjament.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, is-sitwazzjoni ta’ ċerti persuni li jitolbu dan il-finanzjament tista’ tkun koperta mid-dritt tal-Unjoni. Dawn il-persuni li jitolbu finanzjament jistgħu għalhekk jisiltu drittijiet mid-dritt tal-Unjoni, inkluż b’rigward tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom. Għalhekk, fl-eżerċizzju tal-kompetenza (mingħajr dubji) tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ruħhom mad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Prinz (C‑523/11 u C‑585/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:524">EU:C:2013:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. B’mod speċifiku, dawn għandhom jiżguraw li, pereżempju, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ tali finanzjament la joħolqu restrizzjonijiet mhux ġustifikati fuq id-dritt ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istat Membru u lanqas jiddiskriminaw fuq il-bażi tan-nazzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi Morgan u Bucher (C‑11/06 u C‑12/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:626">EU:C:2007:626</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata); Prinz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:524">EU:C:2013:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata), u Elrick (C‑275/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:684">EU:C:2013:684</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’din il-kawża għaldaqstant ma hijiex inkwistjoni d-deċiżjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi li l-edukazzjoni ogħla tiġi ffinanzjata barra mill-Pajjiżi l-Baxxi; iżda pjuttost kundizzjoni (jiġifieri, ir-regola tat-tliet snin minn sitta) applikata f’li jiġi deċiż jekk għandux jingħata finanzjament jew le lil persuna speċifika li titlob tali finanzjament.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Każijiet inizzjali li jirrigwardaw kundizzjonijiet ta’ residenza u finanzjament għall-istudji ta’ spiss kienu jinvolvu ħaddiema li saru studenti; u li ma kellhomx iżjed is-sostenn finanzjarju minn oħrajn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Förster (C‑158/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:630">EU:C:2008:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, jiġri ta’ spiss li studenti jibqgħu dipendenti fuq membri tal-familja (normalment wieħed mill-ġenituri jew it-tnejn li huma) matul parti mill-perijodu jew il-perijodu kollu li matulu jistudjaw. F’dan il-każ, il-kisba ta’ finanzjament għall-istudji jista’ jtaffi l-oneru finanzjarju li nkella jiġi sostnut minn dawn il-membri tal-familja. Hija ġurisprudenza stabbilita li l-għajnuna mogħtija għal manteniment u għal edukazzjoni għall-istudji universitarji ċċertifikati bi kwalifika professjonali, inkluż għal ulied ħaddiema migranti, hija vantaġġ soċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara wkoll il-punt 90 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>, iżda biss sa fejn il-ħaddiem migrant ikompli jsostni lil uliedu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza Il‑Kummissjon vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 34, 35 u 48 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li missier B. Martens għenha matul l-istudji tagħha fil-Curaçao. Għalhekk il-finanzjament portabbli għall-istudji mitlub minn B. Martens huwa vantaġġ soċjali għal missierha fis-sens tar-Regolament Nru 1612/68. Issa huwa paċifiku li B. Martens kienet intitolata għal MNSF għall-perijodu minn Ottubru 2007 sa Ottubru 2008 meta missierha kien ħaddiem fruntalier fil-Pajjiżi l-Baxxi. Li ma huwiex paċifiku huwa jekk kellhiex dan id-dritt sussegwentement.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda magħmula, il-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab teżamina l-pożizzjoni ta’ B. Martens bħala wild dipendenti ta’ ex ħaddiem fruntalier. Jekk B. Martens tista’ tinvoka l-istatus ta’ missierha bħala ħaddiem fruntalier fil-Pajjiżi l-Baxxi u tislet drittijiet minn dan sabiex ikompli jkollha aċċess għall-finanzjament tal-istudji għall-kumplament tal-istudji tagħha fil-Curaçao, ma jkunx mieħtieġ li tiġi kkunsidrata t-tieni domanda magħmula, li tirrigwarda d-drittijiet ta’ B. Martens innifisha bħala ċittadin tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Dwar ir-relazzjoni bejn l-Artikoli 21 u 45 TFUE, ara, pereżempju, is-sentenza Caves Krier Frères (C‑379/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:798">EU:C:2012:798</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. (Huwa biss fl-aħħar kuntest li l-Pajjiżi l-Baxxi ħadet pożizzjoni ċara dwar il-ġustifikazzjoni possibbli għal restrizzjoni ta’ drittijiet).</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għall-kompletezza, ser nagħti risposta għaż-żewġ domandi. Madankollu, qabel ma nagħmel dan, ser neżamina jekk il-post tal-istudji ta’ B. Martens (il-Curaçao) iqajjimx mistoqsijiet dwar l-applikazzjoni territorjali kemm fir-rigward tad-drittijiet għal libertà ta’ moviment tal-ħaddiema kif ukoll taċ-ċittadinanza tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>B –<HT TYPE="ITALIC">Kamp ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ applikazzjoni territorjali tad-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-Curaçao jifforma parti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi iżda huwa wkoll ikkaratterizzat bħala territorju extra-Ewropew. L-applikazzjoni tar-regola tat-tliet snin minn sitta għal B. Martens tissuġġerixxi li l-Ministru kien tal-fehma li B. Martens ma kinitx qed tistudja <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>fil-Pajjiżi l-Baxxi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-punt 15 iktar ’il fuq. Li kieku l-Ministru kkunsidra li l-kors ta’ studji ta’ B. Martens kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>fil-Pajjiżi l-Baxxi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u mhux xi mkien ieħor (b’tali mod li kienet teħtieġ finanzjament portabbli ta’ studji), hija kienet tkun eliġibbli għal finanzjament b’mod awtomatiku, bħala ċittadina tal-Pajjiżi l-Baxxi.</P></NOTE>. Waqt is-seduta, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonferma li l-pożizzjoni kienet din.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-post tal-istudji ta’ B. Martens iqajjem mistoqsijiet fir-rigward tal-applikazzjoni territorjali ta’ drittijiet ta’ moviment liberu tal-ħaddiema u/jew ta’ ċittadinanza tal-Unjoni?</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, fejn jeżisti ftehim speċjali bejn l-Unjoni Ewropea u territorji extra-Ewropej, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet oħra mit-Trattati li ma humiex dawk li għalihom isir riferiment fil-Parti IV TFUE biss sa fejn ikun hemm riferiment espliċitu għal dan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza X u Thermotraffic Holland BV u TBG (C‑24/12 u C‑27/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1385">EU:C:2014:1385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Għalhekk, sakemm it-Trattati ma jipprovdux espliċitament li artikolu speċifiku għandu japplika wkoll għat-territorji barra mill-Unjoni Ewropea jew għal Stati terzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Għalhekk, pereżempju, ma hemmx dispożizzjoni espressa dwar movimenti ta’ kapital bejn Stati Membri u territorji extra‑Ewropej. Madankollu, il-moviment liberu ta’ kapital huwa espress f’dispożizzjoni (Artikolu 63 TFUE) li għandha kamp ta’ applikazzjoni territorjali u għaldaqstant neċessarjament tapplika għal movimenti ta’ kapital lejn u minn territorji extra‑Ewropej fil-kapaċità tagħhom bħala Stati li ma humiex membri. Ara, pereżempju, is-sentenza Prunus (C‑384/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:276">EU:C:2011:276</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 20 u 31).</P></NOTE>, dan l-artikolu ma għandux japplika għal territorji extra-Ewropej<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenza Prunus (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:276">EU:C:2011:276</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, dawn il-kwistjonijiet ma jirriżultawx f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni hawnhekk ma hijiex dwar jekk id-dritt tal-Unjoni japplikax minħabba l-fatt li ċittadin tal-Unjoni (ekonomikament attiv jew inattiv) iċċaqlaqx minn Stat Membru lejn territorju extra‑Ewropew. Pjuttost, għandu jiġi kkonstatat jekk jistgħux jinsiltu drittijiet minn moviment ta’ ċittadin tal-Unjoni bejn żewġ Stati Membri (il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju) u residenza sussegwenti fi Stat Membru (il-Belġju) li ma huwiex l-Istat Membru tan-nazzjonalità fil-kuntest ta’ finanzjament tal-istudji magħmul disponibbli minn wieħed minn dawk l-Istati Membri (il-Pajjiżi l-Baxxi) għal studji barra mill-pajjiż.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Speċifikament, hawnhekk kundizzjoni (jiġifieri, ir-regola tat-tliet snin minn sitta) ġiet applikata għal ċittadin tal-Unjoni (B. Martens) li eżerċitat drittijiet ta’ libertà ta’ moviment u ta’ residenza meta ċċaqilqet mill-Pajjiżi l-Baxxi lejn il-Belġju u li kompliet tirrisjedi fil-Belġju mill-inqas sakemm iċċaqilqet lejn il‑Curaçao sabiex tistudja hemmhekk<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ma huwiex ċar mid-digriet tar-rinviju jekk hija saritx residenti fil-Curaçao meta hija bdiet l-istudji tagħha hemmhekk, jew jekk baqgħetx legalment residenti fil-Belġju.</P></NOTE>. Għalhekk hija kienet qed teżerċita drittijiet b’mod kontinwu taħt id-dritt tal-Unjoni mill-inqas sal-punt meta tiddeċiedi tinvoka dawk id-drittijiet sabiex ikollha aċċess għall-MNSF<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara wkoll il-punt 106 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>. B. Martens hija wkoll il-wild dipendenti ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-drittijiet tiegħu bħala ħaddiem billi ċċaqlaq mill-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu (il-Pajjiżi l-Baxxi) lejn Stat Membru ospitanti (il-Belġju) biex jgħix u jaħdem hemmhekk, li sussegwentement ħadem part‑time fil-Pajjiżi l-Baxxi filwaqt li kompla jirrisjedi fil-Belġju qabel ma reġa’ beda bl-impjieg full‑time tiegħu fl-Istat Membru ospitanti li fih huwa jirrisjedi (il-Belġju).</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, kemm is-sitwazzjoni ta’ B. Martens kif ukoll dik ta’ missierha jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>C –<HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda: moviment liberu tal-ħaddiema</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>a)Introduzzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk is-Sur Martens, li huwa ex ħaddiem fruntalier, u bintu dipendenti li titlob MNSF jistax jinvoka drittijiet bis-saħħa tal-istatus tiegħu ta’ ħaddiem fil-Pajjiżi l-Baxxi fejn ma jaħdimx iżjed minħabba l-fatt li huwa għandu impjieg full‑time fil-Belġju.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-partijiet kollha li ressqu l-osservazzjonijiet tagħhom u li dehru fis-seduta jaqblu li l-Artikoli 45 TFUE u 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 jipprekludu lill-Pajjiżi l-Baxxi milli jimponu r-regola tat-tliet snin minn sitta bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ MNSF lil ħaddiema migranti u fruntaliera fil-Pajjiżi l-Baxxi. Din kienet ukoll il-konklużjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C‑542/09<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara d-deċiżjoni Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 64).</P></NOTE>. Sa kemm is-Sur Martens kien jaħdem fil-Pajjiżi l-Baxxi (fil-fehma tagħhom), B. Martens setgħet tikseb il-finanzjament portabbli għall-istudji. Madankollu, huma jsostnu li, ladarba ħaddiem ma jibqax ħaddiem fruntalier, iż-żewġ dispożizzjonijiet ma jibqgħux japplikaw.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Jidhirli li dak li xi ħadd jista’ (jew ma jistax) jitlob bħala ex ħaddiem fruntalier huwa lil hinn mill-punt. Is-sempliċi fatt hu li s-Sur Martens għadu ħaddiem migrant. Il-partijiet, filwaqt li bbażaw ruħhom fuq l-effetti tat-telfa tal-istatus tas-Sur Martens bħala ħaddiem fruntalier, ma ttrattawx il-konsegwenzi marbuta ma’ dan il-fatt.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>b)Limitazzjoni tad-dritt tas-Sur Martens taħt l-Artikolu 45 TFUE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 TFUE jagħti lok kemm għat-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità bejn ħaddiema tal-Istati Membri fir-rigward tal-impjiegi, remunerazzjoni u kundizzjonijiet oħra ta’ impjieg kif ukoll id-dritt għal moviment liberu fit-territorju ta’ Stati Membri bil-għan ta’ aċċettazzjoni ta’ offerti ta’ impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-għan tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu għal persuni huwa sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu jistgħu jfittxu attivitajiet okkupazzjonali ta’ kull tip fi ħdan l-Unjoni. B’mod parallel ma’ dan l-għan, huma għaldaqstant jipprekludu wkoll ftehim li jista’ jqiegħed lil ċittadini tal-Unjoni fi żvantaġġ talli jkunu jixtiequ jwettqu attività ekonomika fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (u għaldaqstant iħallu l-Istat ta’ oriġini tagħhom)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (C-212/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:178">EU:C:2008:178</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. B’hekk, dawn il-provvedimenti jipprekludu miżuri li jistgħu jostakolaw jew li jrendu inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ dawn il-libertajiet minn ċittadini tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27 iktar ’il fuq, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Miżuri li għandhom l-effett li jikkawżaw telf lill-ħaddiema, b’konsegwenza tal-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-ħaddiema tagħhom, ta’ vantaġġi soċjali ggarantiti lilhom mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jistgħu jiġu deskritti bħala ostakli għal din il-libertà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:178">EU:C:2008:178</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Dan japplika wkoll fejn id-dritt nazzjonali tal-ħaddiem ikkonċernat, jipprekludi jew jostakola lil ċittadin milli jitlaq mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Terhoeve (C‑18/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:22">EU:C:1999:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 38 u 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-regola tat-tliet snin minn sitta japplika lil B. Martens għaliex l-impjieg ta’ missierha bħala ħaddiem fruntalier fil-<HT TYPE="ITALIC">Pajjiżi l-Baxxi</HT> ntemm. Il-fatti deskritti mill-qorti tar-rinviju ma jissuġġerixxux li huwa żamm l-istatus ta’ ħaddiem fil-Pajjiżi l-Baxxi (pereżempju, li kien qed ifittex xogħol hemmhekk, jew inkella li kien disponibbli fis-suq tal-impjiegi tal-Pajjiżi l-Baxxi)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38 jistabbilixxi ċ-ċirkustanzi li fihom ċittadin tal-Unjoni jżomm l-istatus ta’ ħaddiem jew ta’ persuna li taħdem għal rasha għall-iskopijiet tal-Artikolu 7(1), b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt tagħhom li jitolbu dritt għal residenza fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti għal perijodu itwal minn tliet xhur.</P></NOTE>. Madankollu,<?PAGE NO="11"?> is-Sur Martens ma sarx ekonomikament inattiv jew mhux disponibbli għas-suq tal-impjiegi. Huwa pjuttost eżerċita d-drittijiet tiegħu għal moviment liberu bħala ħaddiem biex jaċċetta impjieg full‑time fil-<HT TYPE="ITALIC">Belġju</HT>, fejn għadu jirrisjedi u jaħdem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Għaldaqstant is-Sur Martens ma jinsabx fl-istess pożizzjoni bħas-Sinjura Esmoris Cerdeiro‑Pinedo Amado. Fis-sentenza Fahmi u Esmoris Cerdeiro‑Pinedo Amado (C‑33/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:176">EU:C:2001:176</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li dik il-mara ma setgħetx tinvoka l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 sabiex titlob iż-żamma ta’ vantaġġ soċjali bħall-finanzjament għall-istudji minħabba l-fatt li hija waqfet milli teżerċita attività fl-Istat Membru ospitanti u marret lura lejn l-Istat Membru ta’ oriġini tagħha (punti 46 u 47). Madankollu, b’mod differenti mis-Sur Martens, is-Sinjura Esmoris Cerdeiro‑Pinedo Amado ma eżerċitatx il-moviment liberu tal-ħaddiema billi ċċaqilqet (lura) lejn l-Istat Membru ta’ oriġini tagħha.</P></NOTE>. B’hekk huwa jista’ jinvoka l-Artikolu 45 TFUE bħala protezzjoni kontra l-miżuri li jqegħduh fi żvantaġġ talli għażel jaħdem fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tar-regola tat-tliet snin minn sitta essenzjalment iġġiegħel lis-Sur Martens jew sabiex ma jeżerċitax id-dritt tiegħu għal moviment liberu bħala ħaddiem u sabiex ifittex impjieg ulterjuri fil-Pajjiżi l-Baxxi (sabiex iżomm l-MNSF għal bintu) jew inkella sabiex jeżerċita din il-libertà iżda jaċċetta telf finanzjarju tal-finanzjament għall-istudji u r-riskju possibbli li ma jkun jista’ jinsab ebda finanzjament alternattiv ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Tali miżura tirrestrinġi d-drittijiet ta’ missier B. Martens taħt l-Artikolu 45 TFUE. Sakemm ma tkunx iġġustifikata oġġettivament, hija pprojbita taħt din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ostaklu għall-moviment liberu tal-ħaddiema jista’ jiġi aċċettat jekk ikollu għan leġittimu kompatibbli mat-Trattati u huwa ġġustifikat permezz ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Il-miżura għandha tkun approprjata sabiex jinkiseb l-għan inkwistjoni u ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dan l-għan. Ara, pereżempju, is-sentenza Olympique Lyonnais (C‑325/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:143">EU:C:2010:143</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata). Madankollu f’dan il-każ għadu ma ġie prodott ebda element quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja insostenn ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva taħt l-Artikolu 45 TFUE.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx ma’ din l-analiżi, huwa neċessarju li tiġi kkunsidrata l-portata tad-deċiżjoni fil-Kawża C‑542/09, il-livell ta’ protezzjoni taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 (u/jew l-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament) u fl-aħħar nett li jiġu eżaminati ċ-ċirkustanzi li fihom status ta’ ex ħaddiem jista’ jkompli jipproduċi l-effetti tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>c)Portata tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C‑542/09 Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-punt tat-tluq tal-partijiet f’din il-kawża hija s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C‑542/09. Il-konstatazzjonijiet f’dawn il-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu saru taħt l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 u kienu jikkonċernaw diskriminazzjoni indiretta fuq il-bażi tan-nazzjonalità kontra ħaddiema migranti u ħaddiema fruntalieri meta pparagunati ma’ ħaddiema nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Hekk kif naqra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dik il-kawża, hija <HT TYPE="ITALIC">ma</HT> ttrattatx espressament is-sitwazzjoni ta’ resident ċittadin tal-Pajjiżi l-Baxxi barra mill-Istat Membru tiegħu iżda li kien qed jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta’ moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni sabiex jaħdem fil-Pajjiżi l-Baxxi. (Ser nirreferi għal din il-kategorija, għal raġunijiet ta’ konvenjenza, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ħaddiema fruntalieri mill-Pajjiżi l-Baxxi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Pajjiżi l-Baxxi kienu naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 billi rrikjedew li ħaddiema migranti u ħaddiema fruntaliera u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom jikkonformaw ruħhom mar-regola tat-tliet snin minn sitta (stabbilita fl‑Artikolu 2.14(2) tal-Wsf 2000) sabiex ikunu eliġibbli għal finanzjament għal edukazzjoni ogħla barra mill-Pajjiżi l-Baxxi. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-Artikolu 7(2) jiggarantixxi li ħaddiema migranti li jirrisjedu fi Stat Membru ospitanti u ħaddiema fruntalieri impjegati f’dak l-Istat Membru filwaqt li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor igawdu mill-istess vantaġġi soċjali u fiskali bħall-ħaddiema nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti32 u 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li miżura bħal dik tar-regola tat-tliet snin minn sitta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>prinċipalment tkun ta’ detriment għall-ħaddiema migranti u għall-ħaddiema transkonfinali [fruntalieri] ċittadini ta’ Stati Membri <HT TYPE="ITALIC">oħra</HT>, sa fejn dawk li ma humiex residenti ħafna drabi ma humiex ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:3462">EU:C:2012:3462</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata (enfasi miżjuda minni)). Ara wkoll, pereżempju, is-sentenza Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑20/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li, sabiex tiġi stabbilita diskriminazzjoni indiretta, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ma huwiex neċessarju li [il-miżura] jkollha l-effett li tiffavorixxi ċ-ċittadini nazzjonali kollha jew li tiffavorixxi biss liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra minbarra dawk nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza Il‑Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, pereżempju, is-sentenza Giersh <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45).</P></NOTE>. Sussegwentement il-Qorti tal-Ġustizzja identifikat is-sitwazzjonijiet li għandhom jiġu pparagunati, għal skopijiet ta’ aċċess għal finanzjament portabbli, bħala sitwazzjoni ta’ (i) minn naħa, ħaddiema migranti impjegati u residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi iżda li ma jissodisfawx ir-regola tat-tliet snin minn sitta u (ii) min-naħa l-oħra, ħaddiema mill-Pajjiżi l-Baxxi impjegati u li jirrisjedu fil-Pajjiżi l-Baxxi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkunsidratx separatament il-pożizzjoni tal-ħaddiema fruntalieri tal-Pajjiżi l-Baxxi. Fl-identifikazzjoni tagħha taż-żewġ kategoriji sabiex tipparagunahom flimkien, hija ffukat fuq diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Ħaddiem fruntalier mill-Pajjiżi l-Baxxi bħal missier B. Martens essenzjalment jiġi ttrattat differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba l-fatt li eżerċita drittijiet ta’ moviment liberu u ta’ residenza, <HT TYPE="ITALIC">mhux</HT> minħabba n-nazzjonalità tiegħu, li hija l-istess bħal tagħhom. B’riżultat ta’ dan, mingħajr ma nelabora ulterjorment, jidhirli li huwa ma jistax jinvoka mingħajr elaborazzjoni ulterjuri l-konstatazzjoni ta’ diskriminazzjoni indiretta fil-Kawża C‑542/09.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi esplorat f’iktar dettall l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>d)Ugwaljanza fit-tratttament taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68</P></TI></TITLE><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7 (u dawk fl-Artikolu 12) tar-Regolament Nru 1612/68 huma espressjonijiet ulterjuri tal-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea ggarantit mill-Artikolu 45 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, pereżempju, l-ewwel u t-tieni premessi tar-Regolament Nru 1612/68. Fir-rigward tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, ara, pereżempju, is-sentenza Hendrix (C‑287/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:494">EU:C:2007:494</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 53).</P></NOTE>. Bis-saħħa tar-raba’ premessa għal dan ir-regolament, dan id-dritt għandu jitgawda wkoll mingħajr diskriminazzjoni minn ħaddiema fruntaliera. B’hekk, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 jiggarantixxi li ħaddiema migranti u ħaddiema fruntaliera għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħalma jiġu ttrattati ħaddiema nazzjonali. Huwa jipproteġi kontra diskriminazzjoni diretta jew indiretta fuq il-bażi tan-nazzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Sabiex ħaddiem ikun jista’ jinvoka d-dritt għal ugwaljanza fit-trattament sabiex jikseb għajnuna għall-finanzjament tal-istudji bħala vantaġġ soċjali taħt l-Artikolu 7(2), il-ħaddiem għandu jkompli jsostni l-membru tal-familja tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Dan jidher li kien il-każ hawnhekk. Ma huwiex neċessarju li l-wild jirrisjedi fl-Istat Membru fejn il-ħaddiem jirrisjedi u jaħdem (jew fejn jaħdem il-ħaddiem fruntalier)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Meeusen (C‑337/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:284">EU:C:1999:284</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-Sur Martens qed jiġi ttrattat b’mod inqas favorevoli minħabba l-fatt li huwa eżerċita drittijiet ta’ moviment liberu bħala ħaddiem u <HT TYPE="ITALIC">mhux</HT> minħabba n-nazzjonalità tal-Pajjiżi l-Baxxi tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fit-test tal-Artikolu 7(2), li jipprovdi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħaċ-ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ħaddiema, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>għandu<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tirreferi għall-ħaddiem deskritt immedjatament qabel fl-Artikolu 7(1) — jiġifieri, il-ħaddiem li huwa ċittadin ta’ Stat Membru u impjegat fi Stat Membru ieħor. Dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament Nru 1612/68, b’mod partikolari dawk li jifformaw parti mit-Titolu II dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Impjieg u ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, jirreferu wkoll għal ħaddiem li huwa ċittadin ta’ Stat Membru u li huwa impjegat fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Madankollu, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja turi li t-trattament ugwali stabbilit fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 huwa usa’ mill-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>L-Avukat Ġenerali Kokott qalet li, minkejja l-fatt li (it-test tal‑)Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 jidher li jonqos milli jipprovdi l-garanzija prevista mill-Artikolu 45 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tapplika l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 45 b’mod parallel u tinterpreta l-Artikolu 7 bl-istess mod bħall-Artikolu 45: ara l-Konklużjonijiet Hendrix (C‑287/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:196">EU:C:2007:196</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>B’hekk, fis-sentenza Hartmann, il-Qorti tal-ġustizzja kkonfermat li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema jinkludi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>kull ċittadin ta’ Stat Membru, <HT TYPE="ITALIC">indipendentement mir-residenza u min-nazzjonalità tiegħu</HT>, li għamel użu mid-dritt tal-moviment liberu tal-ħaddiema u li eżerċita attività professjonali fi Stat Membru ieħor differenti minn dak ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara s-sentenza Hartmann [C‑212/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:437">EU:C:2007:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17 (enfasi miżjuda minni)] fejn il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet sunt tal-pożizzjoni tagħha fis-sentenza Ritter‑Coulais (C‑152/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:123">EU:C:2006:123</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 31 u 32). Fiha, G. Hartmann kien sempliċement ittrasferixxa r-residenza tiegħu lejn Stat Membru ieħor. F’din il-kawża, is-Sur Martens l-ewwel ittrasferixxa kemm ir-residenza u l-impjieg tiegħu lejn Stat Membru ieħor biex imbagħad reġa’ ttrasferixxa ruħu billi mar il-Pajjiżi l-Baxxi biex jeżerċita impjieg part‑time hemmhekk filwaqt li baqa’ residenti fil-Belġju. Ara wkoll, pereżempju, is-sentenza Hendrix (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:494">EU:C:2007:494</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46): D. P. W. Hendrix, ċittadin tal-Pajjiżi l-Baxxi, ħadem u rrisjeda fil-Pajjiżi l-Baxxi; sussegwentement biddel ir-residenza tiegħu lejn Stat Membru ieħor biex imbagħad biddel l-impjieg tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi. Ara wkoll, pereżempju, is-sentenzi Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:178">EU:C:2008:178</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata); Caves Krier Frères (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:798">EU:C:2012:798</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata); u Saint Prix (C‑507/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2007">EU:C:2014:2007</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Din il-persuna wkoll kienet taqa’ taħt il-portata tar-Regolament Nru 1612/68<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza Hartmann (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:437">EU:C:2007:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19).</P></NOTE>. B’hekk, G. Hartman, li kien jirrisjedi fi Stat Membru iżda li kien jaħdem fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, tqies li kien jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema u għaldaqstant kien jaqa’ wkoll taħt dawk tar-Regolament Nru 1612/68<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenza Hartmann (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:437">EU:C:2007:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Huwa seta’ jitlob l-istatus ta’ ħaddiem migrant għall-iskopijiet tar-Regolament Nru 1612/68 u jinvoka l-Artikolu 7 fuq l-istess bażi bħal kull ħaddiem ieħor li għalih tapplika dik id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Sentenza Hartmann (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:437">EU:C:2007:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja pparagunat it-trattament ta’ persuna fis-sitwazzjoni tiegħu (ħaddiem li eżerċita d-dritt tiegħu għal libertà ta’ moviment) mat-trattament ta’ ħaddiema nazzjonali (jiġifieri, ħaddiema nazzjonali li <HT TYPE="ITALIC">ma kinux</HT> eżerċitaw drittijiet ta’ libertà ta’ moviment u ta’ residenza).</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet ukoll riferiment għar-raba’ premessa tar-Regolament Nru 1612/68 li tgħid li d-dritt għal libertà ta’ moviment għandu jitgawda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>mingħajr diskriminazzjoni minn ħaddiema permanenti, staġjonali u tal-fruntiera [...]<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza Hartmann (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:437">EU:C:2007:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata); ara wkoll, pereżempju, is-sentenza Hendrix (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:494">EU:C:2007:494</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47).</P></NOTE>. Ħaddiem jista’ bl-istess mod jinvoka l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68 kontra l-Istat Membru tiegħu ta’ ċittadinanza fejn huwa kien jirrisjedi u kien impjegat fi Stat Membru ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Terhoeve (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:22">EU:C:1999:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 28 u 29). F’din il-kawża, madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-miżura inkwistjoni kienet tikkostitwixxi ostaklu għall-moviment liberu tal-ħaddiema taħt (dak li attwalment huwa) l-Artikolu 45 TFUE, u għalhekk ma kienx neċessarju li jiġi kkunsidrat jekk kienx hemm ukoll diskriminazzjoni indiretta fuq il-bażi tan-nazzjonalità taħt (dawk li attwalment huma) l-Artikoli 18 u 45 TFUE u taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 (ara l-punt 41).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jidher li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>ħaddiem nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 għandu jinftiehem fis-sens ta’ ħaddiem nazzjonali li <HT TYPE="ITALIC">ma eżerċitax</HT> drittijiet ta’ libertà ta’ moviment u ta’ residenza, u li l-livell ta’ protezzjoni taħt din id-dispożizzjoni jikkonsisti f’ugwaljanza fit-trattament irrispettivament min-nazzjonalità għall-promozzjoni tal-eżerċizzju tal-libertajiet ta’ moviment u ta’ residenza taħt id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għalhekk jirriżulta li kemm l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 jipprekludu lil Stat Membru milli jqiegħed fi żvantaġġ ħaddiema (sew jekk ħaddiema permanenti, staġjonali jew fruntalieri)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara r-raba’ premessa tar-Regolament Nru 1612/68.</P></NOTE> li eżerċitaw drittijiet ta’ libertà ta’ moviment u ta’ residenza. Minkejja t-test litterali tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, din id-dispożizzjoni u l-Artikolu 45 TFUE għaldaqstant jipprekludu lill-Pajjiżi l-Baxxi milli jiċħdu finanzjament għall-istudji lill-wild dipendenti ta’ ħaddiem fruntalier ta’ nazzjonalità tal-Pajjiżi l-Baxxi fuq il-bażi tar-regola tat-tliet snin minn sitta sakemm jibqa’ ħaddiem fruntalier. Dan huwa minħabba l-fatt li r-regola tat-tliet snin minn sitta tqiegħed lil ħaddiem fruntalier fi żvantaġġ meta mqabbel ma’ ħaddiem nazzjonali f’ċirkustanzi simili.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>2.Telf tal-istatus ta’ ħaddiem</P></TI></TITLE><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Diġà spjegajt għalfejn inqis li l-Qorti tal-Ġustizzja <HT TYPE="ITALIC">ma hijiex</HT> meħtieġa tiddeċiedi dwar (u, jekk huwa hekk, sa fejn) persuna tista’ tkompli tinvoka (ċerti) dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-moviment liberu tal-ħaddiema wara li tkun tilfet l-istatus ta’ ħaddiem migrant jew ta’ ħaddiem fruntalier<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara l-punti 52 sa 57, iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Sabiex inkun eżawrjenti, xorta waħda ser nindirizza din il-kwistjoni b’mod astratt.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-kwistjoni tirriżulta biss meta persuna ma tibqax teżerċita din il-libertà billi taħdem, billi ġenwinament tfittex li taħdem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet ripetutament li persuna li ġenwinement qed tfittex xogħol hija ħaddiema: ara, pereżempju, is-sentenza Martínez Sala (C‑85/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:217">EU:C:1998:217</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32 u l‑ġurisprudenza ċċitata). B’hekk, is-sitwazzjoni ta’ tali persuna hija differenti minn dik ta’ ħaddiem fruntalier jew migrant li tilef dak l-istatus u li <HT TYPE="ITALIC">ma huwiex</HT> qed ifittex xogħol.</P></NOTE>, jew li inkella tibqa’ disponibbli għas-suq tax-xogħol fl-Istat Membru ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Saint Prix (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2007">EU:C:2014:2007</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Dan ikun il-każ, pereżempju, li kieku persuna fis-sitwazzjoni tas-Sur Martens kellha ttemm il-ħajja tax-xogħol tagħha u tirtira (fil-Belġju jew xi mkien ieħor).</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Bħala prinċipju, tali persuna ma tistax iżjed tislet drittijiet mill-istatus preċedenti tagħha ta’ ħaddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>B’hekk (pereżempju), ħaddiem li jirrisjedi fl-Istat Membru ta’ nazzjonalità tiegħu li, wara jirtira, ibiddel ir-residenza lejn Stat Membru ieħor mingħajr ebda intenzjoni li jaħdem f’dak l-Istat Membru l-ieħor ma jistax jinvoka d-dritt ta’ moviment liberu tal-ħaddiema: ara s-sentenza van Delft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑345/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:610">EU:C:2010:610</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 90 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. It-telf ta’ dan l-istatus ifisser it-telfa tal-protezzjoni mogħtija lilha taħt id-dritt tal-Unjoni. Madankollu, sempliċi bidla fl-impjieg mhux bilfors ittemm din il-protezzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Għal illustrazzjoni, ara l-punti 53 sa 58 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fejn tali ċittadin tal-Unjoni jkompli jirrisjedi fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti huwa jista’, fi kwalunkwe każ, jinvoka l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament imsemmi fl-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38 li jipproteġih bis-saħħa taċ-ċittadinanza tal-Unjoni tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE>. F’dan il-kuntest, is-sempliċi fatt li preċedentement huwa kien ħaddiem u/jew żamm dak l-istatus jista’ jkun il-bażi għal dritt ta’ residenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara, pereżempju, l-Artikoli 7(3), 17 u 24(2) tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni nnifisha tista’ tipprovdi li drittijiet jirriżultaw minn jew huma marbuta ma’ status ta’ ex ħaddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara, pereżempju, l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat ukoll li l-istatus ta’ ex ħaddiem migrant jew fruntalier jista’ jipproduċi effetti wara li tkun intemmet ir-relazzjoni ta’ impjieg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi Saint Prix (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2007">EU:C:2014:2007</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata), u Caves Krier Frères (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:798">EU:C:2012:798</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Din il-protezzjoni (usa’) tista’ tapplika xorta waħda minkejja l-fatt li tali persuna tista’ tkun protetta bid-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni meta ma tibqax ekonomikament attiva. Il-moviment liberu tal-ħaddiema joffri protezzjoni usa’. B’mod iktar speċifiku, fir-rigward tal-finanzjament għall-istudji, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sa kemm il-ġenitur igawdi mill-istatus ta’ ħaddiem migranti jew fruntalier, Stat Membru ma jistax japplika kundizzjoni ta’ residenza u jistrieħ fuq l-għan li jevita oneru finanzjarju mhux raġjonevoli bħala raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku li tista’ tiġġustifika nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament ta’ ħaddiema nazzjonali u ħaddiema fruntalieri u migranti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:3462">EU:C:2012:3462</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 69).</P></NOTE>. B’hekk, huwa ma jistax jadotta miżura bħal kundizzjoni ta’ residenza sabiex jillimita s-solidarjetà finanzjarja li għandha tintwera ma’ ħaddiema migranti u ħaddiema fruntalieri meta pparagunati ma’ ħaddiema nazzjonali. B’riżultat ta’ dan, b’differenza mill-ġustifikazzjoni ta’ tali miżura fuq il-bażi tal-<HT TYPE="ITALIC">istess għan</HT> fil-kuntest ta’ drittijiet ta’ ċittadinanza tal-Unjoni, ma jirriżultawx kwistjonijiet li jirrigwardaw il-proporzjonalità ta’ tali kundizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Ara wkoll il-punt 102 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>F’liema ċirkustanzi ex ħaddiem fruntalier jew ex ħaddiem migranti għandu jkompli jkun protett bid-drittijiet ta’ moviment liberu tal-ħaddiema (jiġifieri, li jgawdi minn protezzjoni li ma tkunx dik espressament mogħtija mil-leġiżlazzjoni)?</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Huwa ċar għalfejn l-effetti ta’ ċerti vantaġġi soċjali għandhom ikomplu irrispettivament mill-post ta’ residenza. Dan huwa, kjarament, il-fatt fejn il-vantaġġ huwa intrinsikament marbut mat-tmiem ta’ relazzjoni ta’ impjieg jew mal-ħajja tax-xogħol ta’ ħaddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Leclere u Deaconescu (C‑43/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:303">EU:C:2001:303</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 56 u 57 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. B’hekk, kumpens mat-tmiem ta’ kuntratt ta’ impjieg huwa essenzjalment disponibbli biss għal persuna li preċedentement kienet, iżda li ma għadhiex, impjegata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jkun possibbli li wieħed jinvoka l-ex status ta’ ħaddiem. Id-dritt derivat jikkonferma din il-pożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara, pereżempju, l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1612/68 li jipprovdi għal standard ta’ trattament ugwali fir-rigward ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>[...] kwalunkwe kondizzjoni ta’ l-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ rimunerazzjoni, tkeċċija u jekk [il-ħaddiem li huwa ċittadin ta’ Stat Membru] jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fejn l-avveniment jew is-sitwazzjoni li fir-rigward tagħha jingħata vantaġġ soċjali sseħħ wara tmiem ir-relazzjoni ta’ impjieg u <HT TYPE="ITALIC">ma tkunx</HT> marbuta ma’ dak il-fatt jew mal-impjieg preċedenti tal-ħaddiem, bħala prinċipju ma huwiex possibbli li wieħed ikompli jinvoka, pereżempju, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 jew l-Artikolu 45 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Leclere u Deaconescu (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:303">EU:C:2001:303</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 58 u 59 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. B’hekk, fejn l-ex ħaddiem innifsu sussegwentement jistudja fl-Istat Membru ospitanti, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huwa jżomm l-istatus tiegħu ta’ ħaddiem u għaldaqstant jista’, meta jfittex li jkollu aċċess għal finanzjament ta’ borża għal manteniment jew għal taħriġ, jinvoka l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 bil-kundizzjoni li jkun hemm konnessjoni bejn l-attività okkupazzjonali preċedenti u l-istudji segwiti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Lair (39/86, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:322">EU:C:1988:322</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, fejn ir-relazzjoni ta’ impjieg preċedenti tkun sempliċement anċillari għall-istudji li għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-borża, huwa ma jżommx l-istatus tiegħu ta’ ħaddiem u dan ma jistax jiġi invokat iżjed<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Brown (197/86, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:323">EU:C:1988:323</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 27 u 28).</P></NOTE>. B’mod eċċezzjonali, fejn ħaddiem ikun sar volontarjament qiegħed u jkun obbligat bil-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol li jsegwi taħriġ vokazzjonali fi sfera ta’ attività differenti, ma tkun meħtieġa ebda rabta mal-impjieg preċedenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Raulin (C‑357/89, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:87">EU:C:1992:87</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21). Dan il-prinċipju huwa rifless ukoll fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>X’jiġri jekk l-avveniment jew is-sitwazzjoni li tat lok għall-ħtieġa ta’ aċċess għall-vantaġġ soċjali seħħet qabel it-telf tal-istatus ta’ ħaddiem fruntalier jew ta’ ħaddiem migrant, iżda mbagħad tkompli wara t-telf ta’ dan l-istatus?</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, din tiddependi għal darb’oħra fuq il-portata tal-vantaġġ u fuq ir-raġuni għalfejn dan jingħata.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, numru ta’ partijiet invokaw is-sentenza Fahmi u Esmoris Cerdeiro-Pinedo Amado. Għaldaqstant ser neżamina din il-kawża fid-dettall.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>F’din il-kawża l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ebda ċirkustanza speċjali ma kienet tiġġustifika n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-prinċipju li t-telf tal-istatus ta’ ħaddiem fruntalier jew ta’ ħaddiem migranti jfisser it-telf tal-protezzjoni assoċjata ma’ dak l-istatus f’ċirkustanzi fejn ex ħaddiem (li ma kienx għadu residenti fl-Istat Membru ospitanti) ipprova jinvoka l-moviment liberu tal-ħaddiema sabiex jikseb minn dan l-Istat Membru finanzjament għall-istudji taħt l-istess ċirkustanzi bħal dawk applikati minnu għaċ-ċittadini tiegħu stess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Sentenza <HT TYPE="ITALIC">Fahmi u Esmoris Cerdeiro‑Pinedo Amado</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:176">EU:C:2001:176</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Il-fatti tal-kawża kienu jikkonċernaw ex ħaddiem li kien igawdi minn allowance għall-ulied, waqaf jaħdem, kiseb allowance għal invalidità u konsegwentement, b’riżultat ta’ riforma leġiżlattiva fejn id-dritt għal allowance għall-ulied inbidel f’titolu għall-għoti ta’ borża ta’ studju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>L-MNSF kienet ukoll inkwistjoni f’din il-kawża, anki jekk dan kien fi stadju bikri tal-iżvilupp tagħha.</P></NOTE>, tilef din l-allowance minħabba l-fatt li t-tifla tiegħu temmet l-edukazzjoni sekondarja tagħha u għaldaqstant ma kinitx baqgħet tissodisfa l-kundizzjoni tal-iskema tranżitorja fejn l-ulied kellhom ikomplu jsegwu l-istess tip ta’ edukazzjoni bħalma kienu qed isegwu fl‑<DATE ISO="19951001">1 ta’ Ottubru 1995</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li ma setax jiġi sostnut li kundizzjonijiet għal aċċess għall-finanzjament għall-istudji jistgħu jipprekludu drittijiet taħt l-Artikolu 45 TFUE f’ċirkustanzi fejn ħaddiem migranti waqaf jaħdem u mar lura l‑Istat Membru ta’ oriġini tiegħu fejn uliedu jgħixu wkoll<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069"><P>Sentenza Fahmi u Esmoris Cerdeiro‑Pinedo Amado (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:176">EU:C:2001:176</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43).</P></NOTE>. Billi waslet għal din il-konklużjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li (i) l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 ma għandux jiġi interpretat fis-sens li ex ħaddiema jistgħu jinvokawh sabiex jingħataw aċċess mingħajr diskriminazzjoni għal benefiċċji soċjali mogħtija mill-Istati Membri ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0070"><P>Sentenza Fahmi u Esmoris Cerdeiro‑Pinedo Amado (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:176">EU:C:2001:176</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 46 u 47).</P></NOTE>; iżda li (ii) l-effetti jistgħu jkomplu fejn il-vantaġġ huwa intrinsikament marbut mat-tmiem ta’ relazzjoni ta’ impjieg jew tal-ħajja tax-xogħol ta’ ħaddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0071"><P>Sentenza Fahmi u Esmoris Cerdeiro Pinedo Amado (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:176">EU:C:2001:176</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47). Ara wkoll il-punt 81 iktar ’il fuq.</P></NOTE> u fejn leġiżlazzjoni tipprovdi espressament għalihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0072"><P>Sentenza Fahmi u Esmoris Cerdeiro Pinedo Amado (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:176">EU:C:2001:176</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Ftit wara, f’Leclere u Deaconescu, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li, fejn ħaddiem jieqaf mill-okkupazzjoni tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>huwa jibqa’ intitolat għal <HT TYPE="ITALIC">ċerti</HT> benefiċċi miksuba permezz tar-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0073"><P>Ara s-sentenza Leclere u Deaconescu (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:303">EU:C:2001:303</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 58 (enfasi miżjuda minni)). Madankollu, ma nqisx li s-sempliċi fatt li persuna tkompli tirċievi l-benefiċċju neċessarjament ifisser li huwa għandu jitqies li għad għandu l-istatus ta’ ħaddiem fis-sens tar-Regolament Nru 1612/68 (f’dan ir-rigward, ara l-punt 59 tas-sentenza).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. F’din il-kawża, l-Avukat Ġenerali Jacobs kien tal-fehma li huwa importanti jekk l-ex ħaddiem nazzjonali (li ma eżerċitax id-drittijiet tiegħu ta’ libertà ta’ moviment) jingħatax il-vantaġġ minħabba l-istatus tiegħu bħala ex ħaddiem <HT TYPE="ITALIC">irrispettivament</HT> mir-residenza tiegħu. Jekk ir-risposta tkun negattiva, allura l-ex ħaddiem migranti jew l-ex ħaddiem fruntalier ma jkunx jista’ jgawdi iżjed mill-protezzjoni mogħtija għal dan l-istatus<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0074"><P>Konklużjonijiet Leclere u Deaconescu (C‑43/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:97">EU:C:2001:97</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 98).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Nikkonkludi — u nenfasizza mill-ġdid li qed nitratta din il-kwistjoni fl-astratt — li ex ħaddiem ma huwiex intitolat ikompli jgawdi mill-vantaġġi miksuba matul ir-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>vantaġġi soċjali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 huwa wiesa’ ħafna u jkopri benefiċċji li jistgħu jew jistgħu ma jkunux marbuta mal-kuntratt ta’ impjieg u li jingħataw lil ħaddiema nazzjonali primarjament minħabba l-istatus oġġettiv tagħhom bħala ħaddiema jew minħabba s-sempliċi fatt tar-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0075"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Even u ONPTS (207/78, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:144">EU:C:1979:144</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22).</P></NOTE>. Ex ħaddiem jista’ jkompli jinvoka drittijiet ta’ moviment liberu tal-ħaddiema fir-rigward ta’ dawk il-vantaġġi soċjali li huma marbuta mar-relazzjoni ta’ impjieg preċedenti tiegħu. Madankollu, finanzjament portabbli għall-istudji bħall-MNSF ġeneralment ma jingħatax lil ħaddiema (jew l-ulied dipendenti tagħhom) minħabba r-relazzjoni ta’ impjieg tagħhom. Dan huwa vantaġġ soċjali li l-Pajjiżi l-Baxxi qiegħdu għad-disponibbiltà taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jixtiequ jistudjaw barra mill-Pajjiżi l-Baxxi u li huma integrati biżżejjed fil-Pajjiżi l-Baxxi. Għaldaqstant id-dritt tal-Unjoni jipprekludi lill-Pajjiżi l-Baxxi milli jiċħdu tali vantaġġ lil ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw moviment liberu tal-ħaddiema (minħabba l-fatt li l-istatus oġġettiv tagħhom bħala ħaddiema huwa prova <HT TYPE="ITALIC">ab initio</HT> ta’ integrazzjoni).</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Dan iffisser ukoll li, bħalma indika l-Avukat Ġenerali Jacobs<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0076"><P>Konklużjonijiet Leclere u Deaconescu (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:97">EU:C:2001:97</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 98).</P></NOTE>, fejn Stat Membru jkompli jipprovdi vantaġġ soċjali lil ex ħaddiema minkejja t-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg tagħhom u irrispettivament minn residenza, huwa ma jistax jiddiskrimina kontra ex ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra jew li eżerċitaw il-moviment liberu tal-ħaddiema. F’dan il-kuntest, ex ħaddiem fruntalier jew ex ħaddiem migrant jista’ jkompli jiddependi fuq il-protezzjoni ggarantita mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 fir-rigward tal-vantaġġi miksuba qabel tmiem l-istatus tiegħu ta’ ħaddiem fruntalier jew l-istatus tiegħu ta’ ħaddiem migrant.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa Stat Membru li għandu jiddeċiedi jekk ex ħaddiema (nazzjonali) għandhomx ikomplu jgawdu minn vantaġġ soċjali bħall-finanzjament għall-istudji wara tmiem ir-relazzjoni ta’ impjieg minħabba l-impjieg preċedenti tagħhom. Jekk dan ikun il-każ, Stat Membru ma jistax jitratta b’mod inqas favorevoli lil dawk il-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stat Membru ieħor u/jew eżerċitaw il-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>3.Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68</P></TI></TITLE><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Minkejja l-fatt li l-qorti tar-rinviju titlob biss kjarifika dwar l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68, il-partijiet kollha ddiskutew ukoll l-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament fil-kuntest tar-risposta tagħhom għall-ewwel domanda (inkluż jekk jistax jiġi applikat, jekk ikun il-każ, għal wild il-ħaddiem fruntalier). Għall-finijiet ta’ kompetezza, ser nikkonkludi din il-parti tal-Konklużjonijiet tiegħi billi nitratta din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 jagħti benefiċċju separat u distint lil ulied ħaddiema li jaħdmu jew li ħadmu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0077"><P>Ara l-punt 36 tal-Konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża li tat lok għas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (C‑542/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:79">EU:C:2012:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); ara wkoll is-sentenza mogħtija f’din il-kawża (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49).</P></NOTE>. Huwa jiggarantilhom aċċess, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, għall-korsijiet ta’ edukazzjoni ġenerali fl-Istat Membru fejn jinsab il-ġenitur jew fejn kien impjegat (għaldaqstant huwa jew kien ħaddiem migrant) taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru, dejjem sa fejn jirrisjedu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0078"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Teixeira (C‑480/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:83">EU:C:2010:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44 u 45).</P></NOTE>. Għaldaqstant, l-ulied f’dik is-sitwazzjoni jistgħu jwettqu u, jekk ikun il-każ, jikkompletaw l-edukazzjoni tagħhom fl-Istat Membru ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0079"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Baumbast u R (C‑413/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:493">EU:C:2002:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 69).</P></NOTE>. Huma jistgħu jinvokaw ukoll l-Artikolu 12 fejn l-Istat Membru ospitanti joffri liċ-ċittadini tiegħu l-opportunità li jingħataw borża għall-edukazzjoni jew taħriġ opprovdut barra mill-pajjiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0080"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza di Leo (C‑308/89, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:400">EU:C:1990:400</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 12 u 15).</P></NOTE>. Biex tinvoka l-Artikolu 12, persuna ma għandhiex tkun il-wild dipendenti ta’ ħaddiem migrant, biex turi li l-ġenituri<?PAGE NO="18"?> tagħha għandhom it-tnejn li huma dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti jew sabiex tipprova li l-ġenituri tagħha għadhom ħaddiema migranti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0081"><P>Ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Lanqas ma għandhom il-ġenituri tagħha jibqgħu miżżewġin jew ikunu t-tnejn li huma ċittadini tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0082"><P>Ara wkoll, pereżempju, is-sentenza Ibrahim (C‑310/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:80">EU:C:2010:80</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Jeħtieġ sempliċement li l-wild għex mal-ġenituri tiegħu (jew ma wieħed mill-ġenituri tiegħu) fl-Istat Membru ospitanti filwaqt li mill-inqas wieħed mill-ġenituri rrisjeda hemmhekk bħala ħaddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0083"><P>Ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, pereżempju, is-sentenzi Ibrahim (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:80">EU:C:2010:80</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata), u Czop u Punakova (C‑147/11 u C‑148/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:538">EU:C:2012:538</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26).</P></NOTE>. B’dan il-mod, l-Artikolu 12 jikkontribwixxi għall-għan ġenerali tar-Regolament Nru 1612/68 li jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli għall-integrazzjoni tal-familja tal-ħaddiem migrant fis-soċjetà tal-Istat Membru ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0084"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Hadj Ahmed (C‑45/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:390">EU:C:2013:390</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 44 u 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Wild ħaddiem migrant għandu jkollu l-possibbiltà li jmur l-iskola u jkompli l-edukazzjoni tiegħu fl-Istat Membru ospitanti sabiex ikun jista’ jikkompleta din l-edukazzjoni b’suċċess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0085"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Hadj Ahmed (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:390">EU:C:2013:390</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Għal din ir-raġuni, id-dritt ta’ aċċess għall-edukazzjoni u d-dritt ta’ residenza assoċjat ikompli sakemm il-wild ikun temm l-edukazzjoni tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0086"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Alarape u Tijani (C‑529/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:290">EU:C:2013:290</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>Madankollu, mid-definizzjoni tiegħu, ħaddiem fruntalier <HT TYPE="ITALIC">ma jirrisjedix u ma jaħdimx</HT> fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-test litterali tal-Artikolu 12 jindika li huwa ma japplikax għal ulied ħaddiema fruntalieri. Madankollu, tali interpretazzjoni tidher li diffiċilment tista’ tiġi rrikonċiljata mal-prinċipju li ħaddiema migranti u fruntalieri għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod, li jirriżulta mir-raba’ premessa tar‑Regolament Nru 1612/68 kif ukoll mill-ġurisprudenza stabbilita dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0087"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata). Hawnhekk ma nesplorax ulterjorment jekk l-analiżi tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-ġustifikazzjoni possibbli ta’ trattament diskriminatorju f’din il-kawża jipprekludix jew le l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ta’ ħaddiema migranti u ħaddiema fruntaliera.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki jekk il-ġenitur (ħaddiem fruntalier) ma għandux jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti sabiex jagħti lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 (kwistjoni li nħalli miftuħa espressament), il-wild għandu, jidhirli — ikollu wera xi forma ta’ konnessjoni lejn jew integrazzjoni fl-Istat Membru ospitanti permezz ta’ residenza jew ta’studji hemmhekk. Hawnhekk ma nesprimix fehma konkluża preċiżament dwar kif għandha ssir din id-delimitazzjoni. F’dan il-każ, B. Martens ma rrisjedietx fil-Pajjiżi l-Baxxi meta missierha kien ħaddiem fruntalier hemmhekk u hija applikat għal finanzjament għall-istudji f’istituzzjoni edukattiva barra mill-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>Nikkonkludi li l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 ma huwiex rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda: drittijiet ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ libertà ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ moviment u residenza ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ ċittadini tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi t-tieni domanda dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni. L-Artikoli 20 u 21(1) TFUE jsibu espressjoni speċifika fl-Artikolu 45 TFUE fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0088"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza S (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:136">EU:C:2014:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45 u l-ġurispridenza ċċitata).</P></NOTE>; u s-Sur Martens jista’ jkompli jinvoka l-aħħar dispożizzjoni. Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx u tiddeċiedi tagħti risposta għat-tieni domanda, inqis li l-ġurisprudenza eżistenti tipprovdi l-elementi neċessarji ta’ gwida għall-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><?PAGE NO="19"?><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>Is-sentenza fil-Kawża C‑542/09 ma eżaminatx l-applikazzjoni tar-regola tat-tliet snin minn sitta għal ulied dipendenti ta’ ċittadini tal-Pajjiżi l-Baxxi la ma huma la ekonomikament attivi fil-Pajjiżi l-Baxxi u lanqas ma huma residenti hemmhekk. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat miżuri simili f’okkażjonijiet sussegwenti fi ħdan il-kuntest ta’ drittijiet ta’ ċittadinanza tal-Unjoni, b’mod partikolari f’rinviji għal deċiżjonijiet preliminari li jinvolvu ċittadini Ġermaniżi li jgħixi barra mill-Ġermanja li applikaw għal finanzjament għall-istudji fil-Ġermanja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0089"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi Thiele Meneses (C‑220/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:683">EU:C:2013:683</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); Elrick (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:684">EU:C:2013:684</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u Prinz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:524">EU:C:2013:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>101.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li Stati Membri li joħolqu boroż għal edukazzjoni jew taħriġ għal studji fi Stati Membri oħra għandhom jiżguraw li r-regoli dettaljati għall-għoti ta’ dawn il-boroż ma joħolqux restrizzjoni mhux ġustifikata għad-dritt għal moviment u għal residenza fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri stabbilit fl-Artikolu 21 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0090"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi Thiele Meneses (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:683">EU:C:2013:683</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25); Elrick (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:684">EU:C:2013:684</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25), u Prinz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:524">EU:C:2013:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Kundizzjoni li tirrikjedi residenza mingħajr interruzzjoni matul perijodu speċifiku tqieset li kienet restrizzjoni tali: tista’ tiddisswadi lil ċittadini milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal libertà ta’ moviment u ta’ residenza fi Stat Membru ieħor, għaliex jekk jagħmlu hekk jistgħu jitilfu d-dritt tagħhom għall-borża ta’ edukazzjoni jew ta’ taħriġ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0091"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi Thiele Meneses (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:683">EU:C:2013:683</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 27 u 28), u Prinz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:524">EU:C:2013:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 31 u 32).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>102.</NO.P><TXT>Meta eżaminat jekk tali restrizzjoni tistax tkun ġustifikata abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet oġġettivi ta’ interess pubbliku (irrispettivament min-nazzjonalità) u l-proporzjonalità tal-miżura inkwistjoni b’rabta mal-għan leġittimu segwit minnha, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li huwa leġittimu li Stat Membru jagħti sostenn finanzjarju għall-kors kollu ta’ studji barra mill-pajjiż suġġett għall-kundizzjoni li l-istudenti juru livell suffiċjenti ta’ integrazzjoni fl-Istat Membru li jipprovdi l-finanzjament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0092"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi Thiele Meneses (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:683">EU:C:2013:683</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35), u Prinz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:524">EU:C:2013:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). Din il-ġustifikazzjoni ma hijiex disponibbli meta ssir talba għal finanzjament permezz tal-Artikolu 45 TFUE u/jew l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68: ara l-punt 79 iktar ’il fuq u l-ġurisprudenza ċċitata hemmhekk.</P></NOTE>. Dan l-għan ġie deskritt mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala mezz għal għan ieħor, b’mod speċifiku li jiġi evitat li jitqiegħed oneru mhux raġonevoli fuq l-Istat Membru li qed jiffinanzja u li jista’ jkollu konsegwenzi fuq il-livell globali ta’ għajnuna li tista’ tingħata minn dan l-Istat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0093"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi Thiele Meneses (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:683">EU:C:2013:683</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35), u Prinz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:524">EU:C:2013:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, dwar id-deskrizzjoni ta’ dan l-għan, il-punti 65 sa 72 tal-Konklużjonijiet tiegħi Prinz u Seeberger (C‑523/11 u C‑585/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:90">EU:C:2013:90</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, is-sempliċi kundizzjoni ta’ residenza mingħajr interruzzjoni matul perijodu speċifikat tqieset li hija ġenerali u esklużiva wisq u li tmur lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb l-għan imfittex; għaldaqstant ma tqisitx li kienet proporzjonata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0094"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi Thiele Meneses (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:683">EU:C:2013:683</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38), u Prinz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:524">EU:C:2013:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40).</P></NOTE>. Fatturi oħra jistgħu juru wkoll l-eżistenza ta’ livell suffiċjenti ta’ konnessjoni mal-Istat Membru li qed jiffinanzja, bħaċ-ċittadinanza, l-edukazzjoni, il-familja, l-impjieg, għarfien lingwistiku jew l-eżistenza ta’ fatturi oħra soċjali u ekonomiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0095"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi Thiele Meneses (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:683">EU:C:2013:683</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38), u Prinz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:524">EU:C:2013:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>103.</NO.P><TXT>B’hekk, anki fejn ċittadin tal-Unjoni ma huwiex (jew ma għadux) ekonomikament attiv, l-impjieg u l-familja jistgħu juru konnessjoni ma’ Stat Membru li minnu qed jintalab finanzjament. Din il-konnessjoni tkopri b’mod partikolari l-impjieg (passat) tal-istudent ikkonċernat iżda potenzjalment ukoll l-impjieg preżenti jew passat tal-membri tal-familja li fuqhom huwa dipendenti l-istudent (tipikament il-ġenituri)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0096"><P>Ara wkoll, pereżempju, is-sentenzi Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:41">EU:C:2013:41</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 78), u Stewart, (C‑503/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:500">EU:C:2011:500</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 100). Hekk kif osservajt diġà fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża li tat lok għas-sentenza Prinz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:90">EU:C:2013:90</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, nota ta’ qiegħ il-paġna 30), il-Kawża Stewart kienet tinvolvi tip differenti ta’ vantaġġ soċjali. Madankollu, fir-rigward tal-għan leġittimu li jiġi żgurat li jkun hemm konnessjoni ġenwina bejn persuna li titlob benefiċċju u l-Istat Membru kompetenti, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat il-fatt li ċirkustanzi familjari (inkluż fejn il-ġenituri tal-persuna li titlob il-benefiċċju kienu ħadmu u rċevew benefiċċji ta’ invalidità u pensjonijiet ta’ rtirar) jistgħu juru elementi li jistgħu jipprovaw l-eżistenza ta’ tali konnessjoni ġenwina.</P></NOTE>. Peress li l-livell tal-konnessjoni huwa sempliċement kundizzjoni użata sabiex jiġi limitat il-grupp ta’ benefiċjarji sabiex jiġi evitat ir-riskju li jinħoloq oneru finanzjarju mhux raġonevoli fuq l-Istat Membru li qed jiffinanzja, inqis li l-fatt li l-ġenitur ikkontribwixxa għall-baġit pubbliku fil-passat ma jistax jiġi injorat.</TXT></NP><?PAGE NO="20"?><NP><NO.P>104.</NO.P><TXT>F’ċerti ċirkustanzi, huwa possibbli li l-post u t-tip ta’ studji jistgħu wkoll jagħtu ħjiel meta jiġi evalwat jekk ċittadin tal-Unjoni jurix livell ta’ konnessjoni suffiċjenti mal-Istat Membru li qed jiffinanzja; madankollu nqis li dan huwa element addizzjonali, pjuttost milli mandatorju.</TXT></NP><NP><NO.P>105.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, B. Martens hija, permezz tan-nazzjonalità tagħha, ċittadina tal-Unjoni li eżerċitat il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħha fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri meta bħala tifla ċċaqalqet mal-ġenituri tagħha mill-Pajjiżi l-Baxxi lejn il-Belġju. Għaldaqstant hija tista’ tinvoka l-Artikoli 20 u 21 TFUE, anki kontra l-Istat Membru ta’ nazzjonalità tagħha (il-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP><NP><NO.P>106.</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li għadda żmien kunsiderevoli minn meta eżerċitat dawn id-drittijiet ta’ moviment liberu ma jistax fih innifsu jaffettwa l-kwistjoni dwar jekk jistgħux jinsiltu drittijiet mill-Artikoli 20 u 21 TFUE f’ċirkustanzi fejn kien hemm eżerċizzju kontinwu tad-dritt għal residenza fi Stat Membru ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0097"><P>Għalhekk, pereżempju, H. Nerkowska, ċittadina Pollakka, ħalliet il-Polonja fl‑1985 (wara li studjat u ħadmet hemm għal iktar minn 20 sena) sabiex tmur tgħix b’mod permanenti fil-Ġermanja. Il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat fil-Kawża C‑499/06 li tista’ tislet drittijiet miċ-ċittadinanza tal-Unjoni tagħha fir-rigward ta’ benefiċċju li talbet mill-awtoritajiet Pollakki fl‑2000: ara s-sentenza Nerkowska (C‑499/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:300">EU:C:2008:300</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 11 u 12 (dwar il-fatt) u l-punt 47).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>107.</NO.P><TXT>Filwaqt li jista’ jkun minnu li l-MNSF kien għadu ma jeżistix fiż-żmien meta B. Martens u l-familja tagħha marru joqogħdu l-Belġju (u għal din ir-raġuni ma pprekludiex l-eżerċizzju tal-moviment liberu tagħhom f’dak iż-żmien), l-applikazzjoni tar-regola tat-tliet snin minn sitta xorta waħda tqegħedha fi żvantaġġ minħabba r-residenza kontinwa tagħha barra mill-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>108.</NO.P><TXT>Il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jagħtu l-istess trattament fil-liġi irrispettivament min-nazzjonalità tal-persuni li jitolbu l-finanzjament, meta jiddeċiedu min għandu jikseb il-finanzjament li huma jqiegħdu disponibbli għal studji, sew jekk fi Stati Membri oħra sew jekk barra mill-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, meta jieħdu din id-deċiżjoni, huma ma għandhomx iqiegħdu fi żvantaġġ lill-persuni li jitolbu l-finanzjament li eżerċitaw id-drittijiet tagħhom biex jiċċaqilqu lejn u jirrisjedu fi Stat Membru ieħor. Fis-sentenza tagħha D’Hoop, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat b’mod ċar li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ikun inkompatibbli mad-dritt tal-moviment liberu li ċ-ċittadin jista’ jkun is-suġġett, fl-Istat Membru li tiegħu huwa ċittadin, ta’ trattament anqas favorevoli minn dak li kien jibbenefika minnu li kieku ma għamilx użu mill-opportunitajiet mogħtija lilu mit-Trattat f’dak li jirrigwarda l-moviment liberu<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0098"><P>Sentenza D’Hoop (C‑224/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:432">EU:C:2002:432</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30).</P></NOTE>. F’ċirkustanzi bħal dawn, l-Istat Membru effettivament jippenalizza liċ-ċittadin tiegħu talli eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0099"><P>Sentenza D’Hoop (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:432">EU:C:2002:432</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, pereżempju, is-sentenzi Morgan u Bucher (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:626">EU:C:2007:626</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata), u Prinz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:524">EU:C:2013:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>109.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tar-regola tat-tliet snin minn sitta fil-konfront ta’ B. Martens ma tistax tissodisfa din ir-regola peress li, billi marret tgħix il-Belġju mill-Pajjiżi l-Baxxi meta kienet għadha tifla żgħira, hija kompliet tirrisjedi fil-Belġju mill-inqas sa meta iskriviet ruħha mal-Università tal-Antilles Olandiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>110.</NO.P><TXT>Sabiex jiġġustifikaw ir-regola tat-tliet snin minn sitta, il-Pajjiżi l-Baxxi jinvokaw l-għarfien tal-Qorti tal-Ġustizzja li Stati Membri jistgħu jagħtu din l-għajnuna biss lil studenti li wrew ċertu livell ta’ integrazzjoni fis-soċjetà ta’ dan l-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0100"><P>Ara l-punt 102 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>111.</NO.P><TXT>Filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja effettivament irrikonoxxiet dan l-għan, hija għamlitha ċara wkoll li l-użu tar-residenza biss bħala kriterju huwa wisq esklużiv u ġenerali. Fil-fehma tiegħi, ma tagħmel ebda differenza f’dan ir-rigward li, b’mod differenti mill-kundizzjoni ta’ residenza Ġermaniża inkwistjoni f’Kawżi bħal Prinz u Thiele Meneses, il-Wsf 2000 ma jirrikjedix li student ikun irrisjeda fil-Pajjiżi l-Baxxi għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ tliet snin immedjatament qabel ma jkun beda l-edukazzjoni barra mill-pajjiż. Din id-distinzjoni ma tbiddilx in-natura assoluta u esklużiva tal-kundizzjoni ta’ residenza.</TXT></NP><?PAGE NO="21"?><NP><NO.P>112.</NO.P><TXT>Għall-kompletezza, ninnota li r-regola tat-tliet snin minn sitta ma hijiex regola assoluta (peress li huwa possibbli li l-Ministru jeskludiha billi japplika l-klawżola ta’ ekwità)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0101"><P>Ara l-punt 20 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ftit jew ebda informazzjoni dwar il-portata u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-klawżola. Fi kwalunkwe każ, il-fatt li tista’ tiġi eżerċitata d-diskrezzjoni ministerjali sabiex ma tiġix applikata restrizzjoni mhux ġustifikata ta’ drittijiet ta’ ċittadinanza tal-Unjoni f’ċerti ċirkustanzi ma jbiddilx l-analiżi. Dak li huwa prekluż bid-dritt tal-Unjoni huwa prekluż. (L-istess japplika fir-rigward tal-eċċezzjoni għat-(tfal ta’) ħaddiema fruntalieri u persuni b’ċittadinanza tal-Pajjiżi l-Baxxi li jgħixu f’reġjun fruntalier u jixtiequ jistudjaw f’istituzzjoni edukattiva hemmhekk.)</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>113.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha magħmula hawn fuq, jiena tal-fehma li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha twieġeb id-domandi magħmula mis-Centrale Raad van Beroep kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1612/68, tal‑<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE>, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità jipprekludu lill-Pajjiżi l-Baxxi milli jiċħdu finanzjament għall-istudji għall-wild dipendenti ta’ ħaddiem fruntalier li għandu ċ-ċittadinanza tal-Pajjiżi l-Baxxi fuq il-bażi tar-regola tat-tliet snin minn sitta sakemm jibqa’ ħaddiem fruntalier. Fil-każ fejn dan il-ħaddiem fruntalier itemm l-impjieg tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi u jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu tal-ħaddiema sabiex jimpjega ruħu full-time fi Stat Membru ieħor, u irrispettivament mill-post ta’ residenza tiegħu, l-Artikolu 45 TFUE jipprekludi lill-Pajjiżi l-Baxxi milli japplikaw miżuri li, sakemm ma jkunux oġġettivament ġustifikati, ikollhom l-effett li jiskoraġġixxu lil tali ħaddiem milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu taħt l-Artikolu 45 TFUE u jġiegħluh jitlef, b’konsegwenza tal-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu ta’ moviment liberu, vantaġġi soċjali ggarantiti lilu mil-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi, bħall-finanzjament għall-istudji portabbli għall-wild dipendenti tiegħu.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>