|
25.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9968 — TOTAL/Ørsted UK)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 402/05)
1.
Fis-16 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TOTAL S.E. (“TOTAL”, Franza), |
|
— |
Portafoll tal-kuntratti minn negozju għal negozju ta’ Ørsted Sales (UK) Limited u Ørsted Power Sales (UK) Limited għall-provvista lill-konsumatur ta’ gass u elettriċità u assi relatati oħra (“Ørsted UK”, ir-Renju Unit), ikkontrollat minn Ørsted A/S. |
TOTAL takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Ørsted UK kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
TOTAL: hija involuta f’kull settur tal-industrija taż-żejt u l-gass, inkluż upstream (esplorazzjoni, żvilupp u produzzjoni tal-idrokarburi) u downstream (raffinar, petrokimiċi, kimiċi ta’ speċjalità, kummerċ u trasport bil-baħar ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi u kummerċjalizzazzjoni), |
|
— |
Ørsted UK: kuntratti minn negozju għal negozju għall-provvista lill-konsumatur ta’ gass u elettriċità u assi relatati oħra. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9968 — TOTAL/Ørsted UK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).