29.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 439/1


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2244

tas-17 ta’ Diċembru 2020

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 marbuta ma’ ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 13i(5) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 (2) li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li ġiet ikkodifikata u mħassra bid-Direttiva (UE) 2017/1132. Sussegwentement ġew introdotti proċeduri ulterjuri għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri fid-Direttiva (UE) 2017/1132 bid-Direttiva (UE) 2019/1151 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) flimkien ma’ rekwiżit għall-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi korrispondenti sal-1 ta’ Frar 2021.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi li jiddefinixxu l-metodi ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa f’każ li tinfetaħ jew tingħalaq fergħa jew meta jseħħu bidliet fid-data u l-informazzjoni tal-kumpanija.

(3)

Hemm bżonn li jiġi speċifikat x’jenħtieġ li tkun il-lista dettaljata tad-data meta tiġi pprovduta informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti tad-data.

(4)

Il-proċedura u r-rekwiżiti tekniċi għall-konnessjoni tal-punti fakultattivi ta’ aċċess għall-Kummissjoni jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni mal-pjattaforma hemm bżonn li jiġu speċifikati sabiex jiġu żgurati regoli konsistenti għall-istabbiliment ta’ tali punti ta’ aċċess.

(5)

Għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar diretturi skwalifikati stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2019/1151 hemm bżonn li jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati u dettalji tekniċi biex jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni effettiv, effiċjenti u fil-pront.

(6)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri meħtieġa mid-Direttiva (UE) 2017/1132 jenħtieġ li jiġu inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni uniku. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/884 jitħassar u l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi stabbiliti f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu inklużi f’dan ir-Regolament.

(7)

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament hu soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), kif applikabbli.

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fil-31 ta’ Lulju 2020.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Interkonnessjoni tar-Reġistri Ċentrali, Kummerċjali u tal-Kumpaniji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri msemmija fl-Artikolu 22 (2) tad- Direttiva (UE) 2017/1132 huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/884 huwa mħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni mħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 144, 10.6.2015, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fl-ambitu tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti. (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2019/1151 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 80).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1–88.

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE, ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39–98.


ANNESS

Speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri

Fejn f’dan l-Anness issir referenza għal ‘reġistri’, din għandha tinftiehem bħala ‘reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji’.

Is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri f’dan l-Anness tissejjaħ is-‘Sistema tal-Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS)’.

1.   Metodi ta' komunikazzjoni

Il-BRIS għandha tuża metodi bbażati fuq is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, bħal servizzi tal-Internet, għall-fini ta' interkonnessjoni tar-reġistri.

Il-komunikazzjoni bejn il-portal u l-pjattaforma, u bejn reġistru u l-pjattaforma, għandha tkun komunikazzjoni ta' wieħed ma' wieħed. Il-komunikazzjoni mill-pjattaforma għar-reġistri tista' tkun wieħed ma' wieħed jew wieħed ma' ħafna.

2.   Protokolli ta' komunikazzjoni

Protokolli tal-Internet siguri, bħal Hypertext Transfer Protocol Secure (HTTPS), għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni bejn il-portal, il-pjattaforma, ir-reġistri u l-punti ta' aċċess fakultattiv.

Protokolli ta' komunikazzjoni standard, bħall-Protokoll ta' Aċċess ta' Oġġett Uniku (SOAP), għandhom jintużaw għat-trażmissjoni ta' data strutturata u l-metadata.

3.   Standards ta' sigurtà

Għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' informazzjoni permezz tal-BRIS, il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards ta' sigurtà minimi tat-teknoloġija tal-informatika għandhom jinkludu:

(a)

miżuri għall-iżgurar tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, inkluż billi jintużaw kanali sikuri (HTTPS);

(b)

miżuri għall-iżgurar tal-integrità tad-data waqt li tkun qed tiġi skambjata;

(c)

miżuri għall-iżgurar ta' nonripudju tal-oriġini tal-mittent tal-informazzjoni fi ħdan il-BRIS u n-nonripudju tal-wasla tal-informazzjoni;

(d)

miżuri għall-iżgurar ta' lloggjar ta' avvenimenti ta' sigurtà f'konformità ma' rakkomandazzjonijiet internazzjonali għal standards tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni;

(e)

miżuri għall-iżgurar tal-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' kull utent irreġistrat u miżuri għall-verifika tal-identità tas-sistemi konnessi mal-portal, mal-pjattaforma jew mar-reġistri fil-BRIS.

4.   Metodi ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa

4.1   Divulgazzjoni ta' fergħat ta' notifika

Il-metodu li ġej għandu jintuża għall-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa f’konformità mal-Artikoli 20 u 34 tad-Direttiva (UE) 2017/1132:

(a)

Ir-reġistru tal-kumpanija għandu jagħmel disponibbli, mingħajr dewmien, lill-pjattaforma l-informazzjoni dwar il-ftuħ u t-tmiem ta' kull proċediment ta' stralċ jew insolvenza u fuq it-tneħħija tal-kumpanija (“l-informazzjoni żvelata”);

(b)

Biex tkun żgurata l-irċevuta mingħajr dewmien tal- informazzjoni divulgata, ir-reġistru tal-fergħa għandu jitlob din l-informazzjoni mingħand il-pjattaforma. Din it-talba tista' tikkonsisti f'li jiġi indikat lill-pjattaforma l-kumpaniji li r-reġistru tal-fergħa huwa interessat li jirċievi l-informazzjoni żvelata;

(c)

B'din it-talba, il-pjattaforma għandha tiżgura li r-reġistru tal-fergħa jkollu aċċess għall-informazzjoni divulgata mingħajr dewmien.

4.2   Notifika tar-reġistrazzjoni tal-fergħa

Il-metodu li ġej għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-fergħa u r-reġistru tal-kumpanija f’konformità mal-Artikolu 28a tad-Direttiva (UE) 2017/1132:

a)

Ir-reġistru tal-fergħa għandu jibgħat messaġġ, mingħajr dewmien, permezz tal-BRIS lir-reġistru tal-kumpanija (“notifika tar-reġistrazzjoni tal-fergħa”);

b)

Meta tasal in-notifika, ir-reġistru tal-kumpanija għandu, mingħajr dewmien, jibgħat messaġġ li jikkonferma l-irċevuta tan-notifika (“konferma tar-riċevuta tan-notifika tar-reġistrazzjoni tal-fergħa”).

4.3   Notifika tal-għeluq tal-fergħa

Il-metodu li ġej għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-fergħa u r-reġistru tal-kumpanija f’konformità mal-Artikolu 28c tad-Direttiva (UE) 2017/1132:

a)

Ir-reġistru tal-fergħa għandu jibgħat messaġġ, mingħajr dewmien, permezz tal-BRIS lir-reġistru tal-kumpanija (“notifika tal-għeluq tal-fergħa”);

b)

Meta tasal in-notifika, ir-reġistru tal-kumpanija għandu, mingħajr dewmien, jibgħat messaġġ li jikkonferma l-irċevuta tan-notifika (“konferma tar-riċevuta tan-notifika tal-għeluq tal-fergħa”).

4.4.   Notifika dwar bidliet fid-dokumenti u informazzjoni dwar il-kumpanija

Il-metodu li ġej għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa f’konformità mal-Artikolu 30 a tad-Direttiva (UE) 2017/1132:

a)

Ir-reġistru tal-kumpanija għandu jagħmel disponibbli, mingħajr dewmien, lill-pjattaforma l-informazzjoni dwar il-bidliet fid-dokumenti u l-informazzjoni dwar il-kumpanija (“informazzjoni żvelata”). Il-format tal-messaġġ għandu jagħmilha possibbli li jiġu inklużi l-hemżiet;

b)

Biex tkun żgurata l-irċevuta mingħajr dewmien tal-informazzjoni divulgata, ir-reġistru tal-fergħa għandu jitlob din l-informazzjoni mingħand il-pjattaforma. Dik it-talba tista' tikkonsisti f'li jiġi indikat lill-pjattaforma l-kumpaniji li r-reġistru tal-fergħa huwa interessat li jirċievi l-informazzjoni żvelata:

(c)

B'dik it-talba, il-pjattaforma għandha tiżgura li r-reġistru tal-fergħa jkollu aċċess għall-informazzjoni divulgata mingħajr dewmien.

(d)

Meta tasal l-informazzjoni żvelata, ir-reġistru tal-fergħa għandu, mingħajr dewmien, jibgħat messaġġ li jikkonferma l-irċevuta tan-notifika (“konferma tar-riċevuta tan-notifika dwar bidliet fid-dokumenti u informazzjoni dwar il-kumpanija”).

4.5.   Żbalji ta’ komunikazzjoni

Miżuri tekniċi xierqa u l-proċeduri għandhom ikunu fis-seħħ sabiex jittrattaw kull żball ta' komunikazzjoni bejn ir-reġistru u l-pjattaforma.

5.   Lista tad-data li trid tiġi skambjata bejn ir-reġistri

5.1.   Notifika ta’ divulgazzjoni ta' fergħa

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri stabbiliti fl-Artikoli 20 u 34 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 għandha tissejjaħ ‘notifika ta’ divulgazzjoni ta’ fergħa’. Il-proċediment li jwassal għal din in-notifika għandu jissejjaħ “avveniment ta' divulgazzjoni tal-fergħa”.

Għal kull notifika ta’ divulgazzjoni tal-fergħa msemmija fil-punt 4.1, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw id-data li ġejja:

Tip ta' data

Deskrizzjoni

Kardinalità (1)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-data u l-ħin tal-ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta n-notifika kienet mibgħuta

1

Id-data u l-ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-data

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni

0…n

Test

Data relatata ma' proċediment

 

1

Grupp ta' Elementi

Data Effettiva

Data meta l-proċediment li jaffettwa l-kumpanija daħal fis-seħħ

1

Data

Tip ta' Proċediment

It-tip ta' proċediment li jwassal għal avveniment ta' divulgazzjoni tal-fergħa kif imsemmi fl-Artikolu 20 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

1

Kodiċi

(Ftuħ ta' Stralċ

Terminazzjoni tal-Istralċ

Ftuħ u Terminazzjoni tal-Istralċ

Revoka tal-Istralċ

Ftuħ ta' Insolvenza

Terminazzjoni ta' Insolvenza

Ftuħ u Terminazzjoni ta' Insolvenza

Revoka ta' Insolvenza

It-tneħħija)

Id-data tal-kumpanija

 

1

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta' din in-notifika

1

Identifikatur

Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID

ID alternattiv

Identifikaturi oħra tal-kumpanija (pereż. Identifikatur tal-Entità Legali)

0…n

Identifikatur

Forma ġuridika

It-tip ta' forma legali

1

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Isem

Isem tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta' din in-notifika

1

Test

Uffiċċju Reġistrat

L-Uffiċċju Reġistrat tal-Kumpanija

1

Test

Isem ir-Reġistru

L-isem tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija

1

Test

Il-messaġġ ta' notifika jista' wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.

L-iskambju ta' informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, illoggjar u skopijiet ta' rappurtar.

5.2   Notifika tar-reġistrazzjoni tal-fergħa

Għal kull notifika ta’ reġistrazzjoni tal-fergħa msemmija fil-punt 4.2, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw id-data li ġejja:

Tip ta' data

Deskrizzjoni

Kardinalità  (2)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-data u l-ħin tal-ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta n-notifika kienet mibgħuta

1

Id-data u l-ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-data

Organizzazzjoni Reċipjenti

L-isem/L-identifikatur tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija

1

Struttura tal-parti tad-data

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni

0…n

Test

Data tal-fergħa

 

1

Grupp ta' Elementi

Data tar-reġistrazzjoni

Data meta ġiet irreġistrata l-fergħa.

1

Data

Data effettiva

Data meta l-ftuħ tal-fergħa jsir effettiv, jekk disponibbli

0

Data

Isem il-fergħa jekk differenti minn isem il-kumpanija

Isem il-fergħa li tkun is-suġġett ta' din in-notifika. Jekk huwa l-istess bħall-kumpanija, dan il-kamp għandu jitħalla vojt

0

Test

Kif imsemmi fl-Artikolu 30(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Ismijiet addizzjonali tal-fergħa

Jekk il-fergħa jkollha aktar minn isem wieħed, l-ismijiet addizzjonali jistgħu jiġu inklużi.

0…n

Test

EUID

Identifikatur uniku tal-fergħa li tkun is-suġġett ta' din in-notifika

1

Identifikatur

L-indirizz tal-fergħa

L-indirizz tal-fergħa li tkun is-suġġett ta' din in-notifika

1

L-indirizz sħiħ

Id-data tal-kumpanija

 

1

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li għaliha tappartjeni l-fergħa

1

Identifikatur

ID alternattiv

Identifikaturi oħra tal-kumpanija (pereż. Identifikatur tal-Entità Legali)

0…n

Identifikatur

Forma ġuridika

It-tip ta' forma legali

0

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Isem

Isem tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta' din in-notifika

0

Test

Il-messaġġ ta' notifika jista' wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.

L-iskambju ta' informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, illoggjar u skopijiet ta' rappurtar.

5.3   Notifika tal-għeluq tal-fergħa

Għal kull notifika ta’ għeluq tal-fergħa msemmija fil-punt 4.3, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw id-data li ġejja:

Tip ta' data

Deskrizzjoni

Kardinalità  (3)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-data u l-ħin tal-ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta n-notifika kienet mibgħuta

1

Id-data u l-ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-data

Organizzazzjoni Reċipjenti

L-isem/L-identifikatur tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija

1

Struttura tal-parti tad-data

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni

0…n

Test

Data tal-fergħa

 

1

Grupp ta' Elementi

Data tat-tħassir tal-fergħa mir-reġistru

Data meta l-fergħa tħassret mir-reġistru

1

Data

Data effettiva

Data meta l-għeluq tal-fergħa jsir effettiv, jekk disponibbli

0

Data

Isem il-fergħa jekk differenti minn isem il-kumpanija

Isem il-fergħa li tkun is-suġġett ta' din in-notifika. Jekk huwa l-istess bħall-kumpanija, dan il-kamp għandu jitħalla vojt

0

Test

Kif imsemmi fl-Artikolu 30(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Ismijiet addizzjonali tal-fergħa

Jekk il-fergħa jkollha aktar minn isem wieħed, l-ismijiet addizzjonali jistgħu jiġu inklużi.

0…n

Test

EUID

Identifikatur uniku tal-fergħa li tkun is-suġġett ta' din in-notifika

1

Identifikatur

Id-data tal-kumpanija

 

1

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li għaliha tappartjeni l-fergħa

1

Identifikatur

ID alternattiv

Identifikaturi oħra tal-kumpanija (pereż. Identifikatur tal-Entità Legali)

0…n

Identifikatur

Forma ġuridika

It-tip ta' forma legali

0

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Isem

Isem tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta' din in-notifika

0

Test

Il-messaġġ ta' notifika jista' wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.

L-iskambju ta' informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, illoggjar u skopijiet ta' rappurtar.

5.4   Notifika dwar bidliet fid-dokumenti u informazzjoni dwar il-kumpanija

Għal kull notifika dwar bidliet fid-dokumenti u l-informazzjoni tal-kumpanija msemmija fil-punt 4.4, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw id-data li ġejja:

Tip ta' data

Deskrizzjoni

Kardinalità  (4)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-data u l-ħin tal-ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta n-notifika kienet mibgħuta

1

Id-data u l-ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-data

Organizzazzjoni Reċipjenti

L-isem/L-identifikatur tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-fergħa

1

Struttura tal-parti tad-data

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni

0…n

Test

Data relatata ma' proċediment

 

1

Grupp ta' Elementi

Tip ta' Proċedimenti

Tip ta’ proċediment li jwassal għal notifika dwar bidliet fid-dokumenti u informazzjoni dwar il-kumpanija

1

(a)

bidla fl-isem tal-kumpanija;

(b)

bidla fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija;

(c)

bidla fin-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija fir-reġistru;

(d)

bidla fil-forma legali tal-kumpanija;

(e)

bidla fid-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 14;

(f)

bidla fid-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 14

Data tar-reġistrazzjoni

Data meta ġiet irrepistrata l-bidla fid-dokumenti u l-informazzjoni dwar il-kumpanija

1

Data

Data effettiva

Data meta tidħol fis-seħħ il-bidla fid-dokumenti u l-informazzjoni tal-kumpanija, jekk disponibbli

0

Data

Data rilevanti li għandha tiġi aġġornata, skont it-Tip ta’ Proċediment

Bidla fid-data tal-kumpanija

1

Waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-isem il-ġdid tal-kumpanija u l-isem preċedenti

(b)

l-uffiċċju reġistrat il-ġdid tal-kumpanija u l-uffiċċju rreġistrat preċedenti;

(c)

in-numru ta’ reġistrazzjoni l-ġdid tal-kumpanija fir-reġistru u n-numru ta’ reġistrazzjoni preċedenti;

(d)

il-forma ġuridika l-ġdida tal-kumpanija u l-forma ġuridika preċedenti;

(e)

Dokumenti u informazzjoni ġodda msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 14 (dokumenti mehmuża possibbli), li għandhom jinkludu d-data li ġejja:

—

kemm jekk tkun persuna fiżika kif ukoll jekk tkun persuna ġuridika.

—

Fil-każ ta’ persuna fiżika

—

Isem, kunjom,

—

data tat-twelid jekk disponibbli, inkella n-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali,

—

Fil-każ ta’ persuna ġuridika:

—

l-isem tal-kumpanija

—

EUID tal-kumpannija jew, jekk disponibbli, numru ta’ reġistrazzjoni ieħor jekk mhux kumpannija elenkata fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2017/1132,

—

il-forma ġuridika

—

Irrispettivament jekk tkunx persuna fiżika jew persuna ġuridika:

—

Indirizz (jekk disponibbli fir-reġistru).

—

sew jekk appuntament sew jekk terminazzjoni, jew aġġornament għal appuntament eżistenti

—

jekk il-persuna taqax taħt l-Artikolu 14(d) (i) jew 14 (d) (ii),

—

fil-każ ta’ persuni li jaqgħu taħt 14 (d) (i), kemm jekk waħedhom jew b’rappreżentazzjoni konġunta bl-għażla li jipprovdu informazzjoni addizzjonali, jekk meħtieġa, f’dokument jew test, jew, f’każijiet oħra, deskrizzjoni pprovduta f’dokument jew f’test

—

titolu

—

opzjoni li jiġi pprovdut dokument jew test li jiddeskrivi restrizzjonijiet possibbli għas-setgħa ta’ rappreżentazzjoni (eż. valur u tip ta’ negozju).

—

għażla li jiġu pprovduti biss dokumenti għall-persuni li jaqgħu taħt l-Art 14(d)(ii)

(f)

dokumenti u informazzjoni ġdida msemmija fil-punt tal-Artikolu 14 (hemżiet possibbli), li għandhom jinkludu l-metadata li ġejja: sena finanzjarja.

Data addizzjonali li trid tiġi pprovduta b’mod fakultattiv rigward il-punt (d) tal-Artikolu 14

Bidla fid-data tal-kumpanija

0…n

Data fakultattiva:

—

Numru ta’ identifikazzjoni personali nazzjonali

—

Numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni (karta tal-identità, passaport)

—

Nazzjonalità/nazzjonalitajiet

—

Post tat-twelid

Id-data tal-kumpanija

 

1

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li għaliha tappartjeni l-fergħa

1

Identifikatur

ID alternattiv

Identifikaturi oħra tal-kumpanija (pereż. Identifikatur tal-Entità Legali)

0…n

Identifikatur

Id-dokumenti u l-informazzjoni l-ġodda msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 ma għandhomx jintbagħtu lir-reġistru tal-fergħa jekk l-Istat Membru inkwistjoni japplika l-għażla msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 ta’ dik id-Direttiva.

Il-messaġġ ta' notifika jista' wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.

L-iskambju ta' informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, illoggjar u skopijiet ta' rappurtar.

5.5.   Notifika dwar il-mergers transfruntiera

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri kif imsemmi fl-Artikolu 130 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 għandu jiġi msejjaħ bħala “notifika ta' mergers transfruntiera”. Għal kull notifika ta' mergers transfruntiera msemmija fl-Artikolu 130 tad-Direttiva (UE) 2017/1132, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw id-data li ġejja:

Tip ta' data

Deskrizzjoni

Kardinalità (5)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta n-notifika kienet mibgħuta

1

Id-data u l-ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-organizzazzjoni li ħarġet din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-data

Organizzazzjoni Reċipjenti

Organizzazzjoni li lilha hija indirizzata din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-data

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni

0…n

Test

Data relatata mal-merger

 

1

Grupp ta' Elementi

Data Effettiva

Data meta l-merger issir effettiva

1

Data

Tip ta' merger

Tip ta' merger kif definit permezz tal-Artikolu 119(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132

1

Kodiċi

(Merger transfruntiera permezz ta' akkwist

Merger transfruntiera permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida

Merger transfruntiera ta' kumpanija posseduta kollha)

Kumpanija riżultanti

 

1

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger

1

Identifikatur

Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID

IDs Alternattivi

Identifikaturi oħra

0…n

Identifikatur

Forma ġuridika

It-tip ta' forma legali

1

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Isem

Isem tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger

1

Test

Uffiċċju Reġistrat

Uffiċju reġistrat tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger

1

Test

Isem ir-Reġistru

Isem ir-reġistru fejn il-kumpanija li tirriżulta mill-merger ġiet irreġistrata

1

Test

Kumpanija li qed tingħaqad

 

1…n

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li qed tingħaqad

1

Identifikatur

Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID

IDs Alternattivi

Identifikaturi oħra

0…n

Identifikatur

Forma Legali

It-tip ta' forma legali

1

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Isem

Isem tal-kumpanija li tieħu sehem fil-merger

1

Test

Uffiċċju Reġistrat

Uffiċju reġistrat tal-kumpanija li tieħu sehem fil-merger

0…1

Test

Isem ir-Reġistru

Ir-reġistru fejn kumpanija li qed tingħaqad tkun ġiet irreġistrata

1

Test

Il-messaġġ ta' notifika jista' wkoll jinkludi data teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.

L-iskambju ta' informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, illoggjar u skopijiet ta' rappurtar.

6.   Struttura tal-format ta' messaġġ standard

L-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri, il-pjattaforma u l-portal għandu jkun ibbażat fuq metodi standard ta' strutturar tad-data u jiġi espress f'format ta' messaġġ standard bħal XML.

7.    Data għall-pjattaforma

Biex il-pjattaforma tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha għandhom jiġu pprovduti t-tipi ta' data li ġejja:

(a)

Data li tippermetti l-identifikazzjoni ta' sistemi li huma konnessi mal-pjattaforma. Dik id-data tista' tikkonsisti f'URLs jew kwull numru jew kodiċi ieħor li jidentifika b'mod uniku kull sistema fil-BRIS;

(b)

Indiċi ta' dettalji elenkati fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132. Din id-data għandha tintuża biex tkun żgurata konsistenza u riżultati ta' malajr tas-servizz ta' tiftix. Meta d-data ma tkunx disponibbli għall-pjattaforma għall-indiċizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-istess dettalji disponibbli għall-iskop tas-servizz ta' tiftix b'mod li jiggarantixxi l-istess livell ta' servizz kif ipprovdut mill-pjattaforma;

(c)

Identifikaturi uniċi ta' kumpaniji msemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 u identifikaturi uniċi ta' fergħat imsemmija fl-Artikolu 29(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132. Dawn l-identifikaturi għandhom jintużaw biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tar-reġistri permezz tal-pjattaforma;

(d)

Kull data operattiva oħra li hija meħtieġa għall-pjattaforma sabiex tkun tista' tiżgura l-funzjonament xieraq u effiċjenti tas-servizz ta' tiftix u l-interoperabbiltà tar-reġistri. Din id-data tista' tinkludi listi ta' kodiċi, data ta' referenza, glossarji u traduzzjonijiet relatati ta' dawn il-metadata, kif ukoll data ta' reġistrazzjoni u rappurtar.

Id-data u l-metadata mmaniġġati mill-pjattaforma għandhom jiġu pproċessati u maħżuna f'konformità mal-istandards tas-sigurtà deskritti fit-Taqsima 3 ta' dan l-Anness.

8.   L-istruttura u l-użu tal-identifikatur uniku

L-identifikatur uniku għall-fini ta' komunikazzjoni bejn ir-reġistri għandu jisejjaħ EUID (Identifikatur Uniku Ewropew).

L-istruttura tal-EUID għandha tkun konformi mal-ISO 6523 u għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

Element EUID

Deskrizzjoni

Deskrizzjoni addizzjonali

Kodiċi tal-pajjiż

Elementi li jagħmluha possibbli li jiġi identifikat l-Istat Membru tar-reġistru

Obbligatorju

L-Identifikatur tar-Reġistru

Elementi li jagħmluha possibbli li jiġi identifikat ir-reġistru domestiku tal-oriġini tal-kumpanija u tal-fergħa rispettivament

Obbligatorju

Nru tar-reġistrazzjoni

In-numru tal-kumpanija/fergħa jirreferi għan-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija/fergħa fir-reġistru domestiku ta' oriġini

Obbligatorju

In-numru ta' verifika

Elementi li jagħmluha possibbli li jiġu evitati żbalji ta' identifikazzjoni

Fakultattiv

L-EUID għandu jintuża biex jiġu identifikati b'mod inekwivoku l-kumpaniji u l-fergħat għall-fini ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri permezz tal-pjattaforma.

9.   Metodi ta' operazzjoni tas-sistema u s-servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni pprovduti mill-pjattaforma

Għad-distribuzzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, is-sistema għandha tkun ibbażata fuq il-metodu tekniku ta' operazzjoni li ġej:

Image 1

Għat-twassil ta' messaġġi fil-verżjoni tal-lingwa rilevanti, il-pjattaforma għandha tipprovdi artefatti ta' data ta' referenza, bħal-listi ta' kodiċijiet, vokabularji kkontrollati u glossarji. Fejn rilevanti, dawn għandhom jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Meta possibbli għandhom jintużaw standards rikonoxxuti u messaġġi standardizzati.

Il-Kummissjoni għandha taqsam mal-Istat Membru dettalji ulterjuri dwar il-metodu ta' teknika għall-implimentazzjoni u l-operazzjoni u s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma.

10.   Kriterji tat-tiftix

Mill-inqas pajjiż wieħed għandu jintgħażel meta ssir tfittxija.

Il-portal għandu jipprovdi l-kriterji armonizzati li ġejjin għat-tfittxija:

—

Isem il-kumpanija.

—

Numru ta' reġistrazzjoni ta' kumpanija jew fergħa f'reġistru domestiku.

Kriterji ulterjuri ta' tfittxija jistgħu jkunu disponibbli fuq il-portal.

11.   Modalitajiet ta' ħlas

Għad-dokumenti u d-dettalji li għalihom l-Istati Membri jitolbu ħlas u li huma disponibbli fuq il-Portal tal-Ġustizzja elettronika permezz tal-BRIS, is-sistema għandha tippermetti lill-utenti li jħallsu onlajn bl-użu ta' ħafna modalitajiet ta' pagament bħal karti ta' kreditu u ta' debitu.

Is-sistema tista' tipprovdi wkoll metodi alternattivi ta' ħlas online, bħal trasferimenti bankarji jew kartieri virtwali (depożitu).

12.   It-tikketti ta' spjegazzjoni

F'dak li għandu x'jaqsam mad-dettalji u t-tipi ta' dokumenti elenkati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2017/1132, l-Istati Membri jipprovdu t-tabelli spjegattivi li ġejjin:

(a)

Titolu qasir għal kull partikolari u dokument (pereżempju: "Artikoli ta' inkorporazzjoni");

(b)

Kif xieraq, deskrizzjoni qasira tal-kontenut ta' kull dokument jew partikolari, inkluż, b'mod voluntarju, informazzjoni dwar il-valur legali tad-dokument.

13.   Id-disponibbiltà tas-servizzi

Iż-żmien li fih jingħata servizz għandu jkun 24/7, b'rata ta' disponibbiltà tas-sistema ta' mill-inqas 98 % ħlief il-manutenzjoni skedata.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' manutenzjoni kif ġej:

(a)

Ħamest (5) ijiem ta' xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta' manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw nuqqas ta' disponibbiltà sa perjodu ta' 4 sigħat;

(b)

Għaxart (10) ijiem ta' xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta' manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw nuqqas ta' disponibbiltà sa perjodu ta' 12-il siegħa;

(c)

30 jum tax-xogħol bil-quddiem għal manutenzjoni tal-kamra tal-infrastruttura tal-kompjuter, li jistgħu jikkawżaw sa sitt (6) ijiem ta' nuqqas ta' disponibbiltà f'perjodu ta' sena.

Kemm ikun possibbli, operazzjonijiet ta' manutenzjoni għandhom ikunu ppjanati barra mill-ħinijiet tax-xogħol (19:00 — 8:00 CET).

Meta l-Istati Membri jkollhom ħinijiet tas-servizz fissi għal kull ġimgħa, dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħin u l-ġurnata tal-ġimgħa meta jkunu ppjanati dawn il-ħinijiet tas-servizz. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi fil-punti (a) sa (c) tat-tieni paragrafu, jekk is-sistemi tal-Istati Membri ma jibqgħux disponibbli matul tali perjodu fiss, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinnotifikawx lill-Kummissjoni f'kull okkażjoni.

F'każ ta' ħsara teknika mhux mistennija tas-sistemi tal-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bin-nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema tagħhom, u, jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.

F'każ ta' ħsara mhux mistennija fil-pjattaforma ċentrali jew fil-portal, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien bin-nuqqas ta' disponibbiltà tal-pjattaforma jew tal-portal, u jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.

14.   Punti ta' aċċess opzjonali

14.1.   Punti ta’ aċċess fakultattivi għall-BRIS skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132

14.1.1   Proċedura

L-Istati Membri għandhom ipprovdu informazzjoni dwar iż-żmien ippjanat tal-istabbiliment tal-punti ta' aċċess fakultattivi, in-numru ta' punti ta' aċċess fakultattiv li jgħaqqdu l-pjattaforma, u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna(i) li tista' tiġi kkuntattjata għall-iskop li tiġi stabbilita konnessjoni teknika.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bid-dettalji tekniċi neċessarji u appoġġ għall-ittestjar u l-użu ta' konnessjoni għal kull punt ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma.

14.1.2   Rekwiżiti tekniċi

Għall-konnessjoni ta' punti ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti definiti f'dan l-Anness, inklużi l-ħtiġijiet ta' siġurtà għat-trażmissjoni ta' data permezz tal-punti ta' aċċess fakultattiv.

Meta l-ħlas ikun meħtieġ permezz ta' punt ta' aċċess fakultattiv, l-Istati Membri għandhom jipprovdu metodi ta' pagament tal-għażla tagħhom u jiġġestixxu operazzjonijiet ta' ħlas relatati.

L-Istati Membri għandhom iwettqu ttestjar xieraq qabel mal-konnessjoni mal-pjattaforma ssir operattiva u qabel ma jsiru xi bidliet sinifikanti ma' konnessjoni eżistenti.

Wara konnessjoni b'suċċess tal-punt ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwull tibdil sinifikanti li jmiss tal-punt ta' aċċess li jista' jaffettwa l-funzjonament tal-pjattaforma, b'mod partikolari l-għeluq tal-punt ta' aċċess. L-Istati Membri għandhom jipprovdu biżżejjed dettalji tekniċi b'rabta mal-bidla, sabiex jippermettu integrazzjoni xierqa ta' kwalunkwe bidliet relatati.

L-Istati Membri għandhom jindikaw f’kull punt ta' aċċess fakultattiv li s-servizz ta' tiftix huwa pprovdut permezz tal-BRIS.

14.2.   Punti ta’ aċċess fakultattivi għall-BRIS skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132

14.2.1   Proċedura

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kwalunkwe talba li tirċievi għall-istabbiliment ta’ punt ta’ aċċess fakultattiv f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132.

Min jagħmel it-talba għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni xierqa tat-talba.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil min jagħmel it-talba bid-dettalji tekniċi neċessarji u appoġġ għall-ittestjar u l-użu ta' konnessjoni għal kull punt ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma.

14.2.2   Rekwiżiti tekniċi

Għall-istabbiliment ta' punti ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, min jagħmel it-talba għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijietmel it-talba jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti definiti f'dan l-Anness, inklużi l-ħtiġijiet ta' siġurtà għat-trażmissjoni ta' data permezz tal-punti ta' aċċess fakultattiv.

Meta l-ħlas ikun meħtieġ permezz ta' punt ta' aċċess fakultattiv, min jagħmel it-talba għandu jipprovdi metodi ta' pagament tal-għażla tagħhom u jiġġestixxu operazzjonijiet ta' ħlas relatati.

Min jagħmel it-talba għandu jwettaq ittestjar xieraq qabel mal-istabbiliment tal-pjattaforma jsir operattiv u qabel ma jsiru xi bidliet sinifikanti ma' konnessjoni eżistenti.

Wara stabbiliment b'suċċess tal-punt ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, min jagħmel it-talba għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwull tibdil sinifikanti li jmiss tal-punt ta' aċċess li jista' jaffettwa l-funzjonament tal-pjattaforma, b'mod partikolari l-għeluq tal-punt ta' aċċess. Min jagħmel it-talba għandu jipprovdi biżżejjed dettalji tekniċi b'rabta mal-bidla, sabiex jippermetti integrazzjoni xierqa ta' kwalunkwe bidliet relatati.

Min jagħmel it-talba għandu jindika f’kull punt ta' aċċess fakultattiv li s-servizz ta' tiftix huwa pprovdut permezz tal-BRIS.

14.3.   Rekwiżiti applikabbli għall-punti ta’ aċċess fakultattivi skont l-Artikolu 22(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar talba li tkun irċeviet.

Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom jinkludu wkoll miżuri li jiżguraw li l-punti ta’ aċċess fakultattivi ma jaffettwawx il-funzjonament korrett tal-BRIS u lanqas il-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza, tas-sigurtà u tal-protezzjoni tad-data, b’kunsiderazzjoni dovuta għar-responsabbiltà rispettiva ta’ kull parti fi ħdan il-parti tas-sistema taħt il-kontroll tekniku tagħha.

15.   Skambju ta’ informazzjoni dwar diretturi skwalifikati

15.1   Introduzzjoni

L-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 13i(4) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 għandu jkopri każijiet fejn persuna tiġi skwalifikata milli ssir direttur ta’ kumpanija ta’ wieħed mit-tipi elenkati fl-Anness II għal dik id-Direttiva wara deċiżjoni ta’ qorti jew awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru abbażi tal-liġi nazzjonali tiegħu.

L-iskambju ta’ informazzjoni ma għandux ikopri każijiet fejn, skont il-liġi nazzjonali, persuna hija ġeneralment inkapaċi li tikkuntratta jew ristretta fil-kapaċità legali ġenerali tagħha jew wara deċiżjoni ta’ qorti jew awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru bbażata fuq il-liġi nazzjonali tiegħu u għalhekk ma tistax issir direttur ta’ kumpanija tat-tip imsemmi fl-ewwel paragrafu.

L-iskambju ta’ informazzjoni ma għandux ikopri każijiet ibbażati fuq regoli speċifiċi skont il-liġi tal-Unjoni, bħar-regoli dwar l-adegwatezza u l-adegwatezza previsti fl-Artikolu 91(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Fejn, f’konformità mal-liġi nazzjonali fi Stat Membru, persuni ġuridiċi jitħallew ikunu diretturi ta’ kumpanniji tat-tip imsemmi fl-ewwel paragrafu, tali persuni ġuridiċi għandhom jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni jekk din il-possibbiltà teżistix fil-liġi nazzjonali tiegħu.

15.2.   Metodi ta’ skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri

Il-metodu li ġej għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri f’konformità mal-Artikolu 13i tad-Direttiva (UE) 2017/1132.

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet taħt din it-taqsima għandhom jiġu ttrasferiti permezz tal-BRIS bl-użu ta’ kriptaġġ minn tarf sa tarf.

L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa biex jikkorrelataw il-mistoqsijiet u t-tweġibiet taħt din it-taqsima dwar l-istess talba.

15.2.1   L-ewwel livell tal-iskambju ta’ informazzjoni

15.2.1.1   Domanda tal-ewwel livell dwar l-iskwalifika

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jitolbu, permezz tal-BRIS, informazzjoni minn Stat Membru wieħed jew aktar dwar jekk persuna li tapplika biex issir direttur ta’ kumpanija ta’ wieħed mit-tipi elenkati fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2017/1132 hijiex skwalifikata jew hijiex irreġistrata fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri tagħhom li fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi.

L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jiddeċiedi lil liema Stat Membru jew Stati Membri għandha tintbagħat id-domanda. Id-domandi għandhom jintbagħtu bil-ħsieb li jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni effettiv, effiċjenti u fil-pront.

Kull domanda għandha tkopri persuna waħda u għandha tipprovdi d-data għall-identifikazzjoni tal-persuna. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jipproċessa tali data f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi skambjata biss id-data meħtieġa u d-data dwar l-applikant inkwistjoni biss.

15.2.1.2   Domanda tal-ewwel livell dwar l-iskwalifika

Malli jirċievu d-domanda, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rikjest għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu tweġiba permezz tal-BRIS.

It-tweġiba għandha tindika jekk il-persuna identifikata fid-domanda hijiex skwalifikata jew hijiex irreġistrata fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri tal-Istat Membru rikjest li fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi.

F’każ li t-tweġiba tkun li l-persuna hija skwalifikata jew hija rreġistrata fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri li fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi, l-Istat Membru mitlub jista’ jindika fit-tweġiba tiegħu liema data speċifika pprovduta mill-Istat Membru li jagħmel it-talba taqbel mad-data disponibbli fl-Istat Membru mitlub liema data speċifika inkluża fid-domanda ma tistax tiġi kkonfermata mill-Istat Membru mitlub peress li mhijiex irreġistrata fir-reġistri tiegħu.

Jekk ikun meħtieġ, l-Istat Membru mitlub jista’ jitlob lill-Istat Membru li jagħmel it-talba biex jipprovdi data ulterjuri biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni inekwivoka tal-persuna. Din id-data għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

15.2.2.   It-tieni livell tal-iskambju ta’ informazzjoni

L-iskambju għal informazzjoni addizzjonali jista’ jsir permezz ta’ mezzi xierqa oħra minbarra l-BRIS. Jekk it-tieni livell ta’ skambju ta’ informazzjoni isir permezz tal-BRIS, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-punti 15.2.2.1, 15.2.2.2, 15.3.3 u 15.3.4.

15.2.2.1.   Domanda tat-tieni livell dwar l-iskwalifika

F’każ li Stat Membru mitlub jindika fl-ewwel livell li persuna partikolari hija skwalifikata jew hija rreġistrata fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri tiegħu li fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi, l-Istati Membri li jagħmel it-talba jistgħu jitolbu informazzjoni ulterjuri mill-Istat Membru mitlub dwar il-persuna identifikata fid-domanda tal-ewwel livell.

Id-domanda tat-tieni livell għandha tkopri l-istess persuna bħat-tfittxija tal-ewwel livell u t-tweġiba tal-ewwel livell.

15.2.2.2   Tweġiba tat-tieni livell dwar l-iskwalifika

L-Istat Membru mitlub jista’ jiddeċiedi, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, liema informazzjoni addizzjonali għandu jipprovdi. F’każ li l-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru ma tippermettix skambju ulterjuri ta’ informazzjoni, huwa għandu jinforma b’dan lill-Istat Membru li jagħmel it-talba.

15.3.   Lista dettaljata tad-data

Għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar diretturi skwalifikati, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-data li ġejja.

15.3.1.   Domanda tal-ewwel livell dwar l-iskwalifika

Tip ta' data

Deskrizzjoni

Kardinalità  (7)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-data u l-ħin tal-ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta din id-domanda kienet mibgħuta

1

Id-data u l-ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din id-domanda

1

Struttura tal-parti tad-data

Organizzazzjoni Reċipjenti

L-isem/L-identifikatur tar-reġistru tal-Istat Membru mitlub

1

Struttura tal-parti tad-data

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni

0…n

Test

Domanda tal-ewwel livell dwar l-iskwalifika

Jekk il-persuna li tapplika biex tkun direttur hija persuna fiżika

 

 

 

Isem

Isem il-persuna li tapplika biex tkun direttur

1

Test

Kunjom

Kunjom tal-persuna li tapplika biex tkun direttur

1

Test

Data tat-twelid

Data tat-twelid tal-persuna li tapplika biex tkun direttur

1

Data

Data ulterjuri ta' identifikazzjoni

Data ulterjuri pproċessata skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jagħmel it-talba u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679

0…n

Test/data/identifikatur

Domanda tal-ewwel livell dwar l-iskwalifika

Jekk il-persuna li tapplika biex tkun direttur hija persuna ġuridika

 

 

 

Isem l-entità ġuridika

Isem tal-entità ġuridika li tapplika biex tkun direttur

1

Test

Forma ġuridika

Forma ġuridika tal-entità legali li tapplika biex tkun direttur

1

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-kumpanija fiha jew forma legali oħra jekk l-entità ġuridika taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1132

EUID

EUID jekk hija kumpannija elenkata fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132.

1

Identifikatur

Numru tar-reġistrazzjoni ieħor

Numru tar-reġistrazzjoni ieħor jekk mhux kumpannija elenkata fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2017/1132.

0

Identifikatur

ID alternattiv

Identifikaturi oħra tal-kumpanija (pereż. Identifikatur tal-Entità Legali)

0…n

Identifikatur

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-mezzi ta’ identifikazzjoni meħtieġa għal skambju effiċjenti ta’ informazzjoni dwar diretturi skwalifikati. Dik l-informazzjoni tista’ tikkonsisti fil-forniment tad-data li hija meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni koperti minn talba.

L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika għall-identifikazzjoni ta’ persuni fl-iskambju ta’ informazzjoni.

Domandi li jkopru persuna ġuridika għandhom jintbagħtu biss lil dawk l-Istati Membri li jippermettu li persuni ġuridiċi jkunu diretturi u li jippermettu l-iskwalifika ta’ tali persuni ġuridiċi.

15.3.2.   Tweġiba tal-ewwel livell dwar l-iskwalifika

Tip ta' data

Deskrizzjoni

Kardinalità  (8)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-data u l-ħin tal-ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta din it-tweġiba kienet mibgħuta

1

Id-data u l-ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din it-tweġiba

1

Struttura tal-parti tad-data

Organizzazzjoni Reċipjenti

L-isem/L-identifikatur tar-reġistru tal-Istat Membru li jagħmel it-talba

1

Struttura tal-parti tad-data

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni

0…n

Test

Iva/le/m’hemmx biżżejjed data għall-identifikazzjoni

“Iva” jekk il-persuna hija skwalifikata jew hija rreġistrata fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri tagħha li fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi

“Le” jekk il-persuna ma tkunx skwalifikata jew ma tkunx irreġistrata f’xi wieħed mir-reġistri tagħha li jkun fihom informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi

“M’hemmx biżżejjed data għall-identifikazzjoni” jekk id-data pprovduta ma tagħmilhiex possibbli li l-persuna tiġi identifikata b’mod inekwivoku u tkun meħtieġa aktar informazzjoni.

1

Agħżel alternattiva

Meħtieġa data ulterjuri ta' identifikazzjoni

Indika liema data hija meħtieġa għal identifikazzjoni inekwivoka

1…n (biss jekk m’hemmx biżżejjed data għall-identifikazzjoni)

Test/data/identifikatur

L-ebda tweġiba tat-tieni livell mhi se tingħata permezz tal-BRIS

Jekk “iva”, l-għażla li tindika li mhux se tingħata tweġiba għad-domanda tat-tieni livell permezz tal-BRIS

0

Agħżel alternattiva

15.3.2.1.   Għoti ta’ data ulterjuri ta’ identifikazzjoni

F’każ li l-Istat Membru rikjest jeħtieġ data ulterjuri ta’ identifikazzjoni biex jiżgura identifikazzjoni inekwivoka, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jipprovdi d-data bl-użu tal-format tal-messaġġ li ġej:

Tip ta' data

Deskrizzjoni

Kardinalità  (9)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-data u l-ħin tal-ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta din id-domanda kienet mibgħuta

1

Id-data u l-ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din id-domanda

1

Struttura tal-parti tad-data

Organizzazzjoni Reċipjenti

L-isem/L-identifikatur tar-reġistru tal-Istat Membru mitlub

1

Struttura tal-parti tad-data

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni

0…n

Test

Data ulterjuri ta' identifikazzjoni

Data ulterjuri mitluba mill-Istat Membru li jagħmel it-talba biex jiżgura identifikazzjoni inekwivoka pproċessata skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jagħmel it-talba u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679

1…n

Test/data/identifikatur

15.3.3.   Domanda tat-tieni livell dwar l-iskwalifika

Tip ta' data

Deskrizzjoni

Kardinalità  (10)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-data u l-ħin tal-ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta din id-domanda kienet mibgħuta

1

Id-data u l-ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din id-domanda

1

Struttura tal-parti tad-data

Organizzazzjoni Reċipjenti

L-isem/L-identifikatur tar-reġistru tal-Istat Membru mitlub

1

Struttura tal-parti tad-data

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni

0…n

Test

Itlob informazzjoni ulterjuri

Talba għal informazzjoni ulterjuri

1…n

Itlob informazzjoni ulterjuri mill-inqas dwar waħda minn dawn li ġejjin:

—

raġunijiet għall-iskwalifika skont il-liġi nazzjonali,

—

data tad-deċiżjoni,

—

perjodu jew validità tal-iskwalifika,

—

numru tal-fajl, emittent tad-deċiżjoni.

—

Informazzjoni dwar kwalunkwe limitazzjoni għal tali skwalifika (eż. skwalifiki speċifiċi għas-settur)

15.3.4.   Tweġiba tat-tieni livell dwar l-iskwalifika

Tip ta' data

Deskrizzjoni

Kardinalità (11)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-data u l-ħin tal-ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta din it-tweġiba kienet mibgħuta

1

Id-data u l-ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din it-tweġiba

1

Struttura tal-parti tad-data

Organizzazzjoni Reċipjenti

L-isem/L-identifikatur tar-reġistru tal-Istat Membru li jagħmel it-talba

1

Struttura tal-parti tad-data

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni

0…n

Test

Informazzjoni ulterjuri

Talba għal informazzjoni ulterjuri

1…n

Informazzjoni ulterjuri mill-inqas dwar waħda minn dawn li ġejjin:

—

raġunijiet għall-iskwalifika skont il-liġi nazzjonali,

—

data tad-deċiżjoni,

—

perjodu jew validità tal-iskwalifika,

—

numru tal-fajl, emittent tad-deċiżjoni.

—

Informazzjoni dwar kwalunkwe limitazzjoni għal tali skwalifika (eż. skwalifiki speċifiċi għas-settur)

—

M’hemmx informazzjoni ulterjuri pprovduta f’każ li l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ma tippermettix aktar skambju ta’ informazzjoni - elenka d-data li dwarha ma tingħatax informazzjoni ulterjuri.

(hemża tad-dokumenti possibbli)

15.4.   Operat tal-iskambju ta’ informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jindikaw jekk iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet minħabba għadd kbir ta’ domandi li jkunu rċevew. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwistjoni bil-ħsieb li jiżguraw it-tħaddim bla xkiel tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tas-sistema.


(1)  Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' data tista' tiġi pprovduta.

(2)  Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' data tista' tiġi pprovduta.

(3)  Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' data tista' tiġi pprovduta.

(4)  Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' data tista' tiġi pprovduta.

(5)  Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' data tista' tiġi pprovduta.

(6)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(7)  Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' data tista' tiġi pprovduta.

(8)  Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' data tista' tiġi pprovduta.

(9)  Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' data tista' tiġi pprovduta.

(10)  Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' data tista' tiġi pprovduta.

(11)  Kardinalità 0 tfisser li d-data hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-data hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' data tista' tiġi pprovduta.