|
8.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/181 |
P9_TA(2020)0159
It-twaqqif ta' sottokumitat għal kwistjonijiet fiskali
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif ta' sottokumitat għal kwistjonijiet fiskali (2020/2681(RSO))
(2021/C 362/39)
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 206 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jiddeċiedi li jwaqqaf sottokumitat tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji; |
|
2. |
Jiddeċiedi li dak is-sottokumitat għandu jkun responsabbli għal kwistjonijiet fiskali u b'mod partikolari għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni fiskali u l-evitar fiskali, kif ukoll it-trasparenza finanzjarja għal finijiet fiskali; |
|
3. |
Jiddeċiedi li, fil-Parti VI tal-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, jiżdied dan il-paragrafu:
“Il-Kumitat jiġi assistit minn sottokumitat għal kwistjonijiet fiskali, għal kwistjonijiet fiskali u b'mod partikolari għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni fiskali u l-evitar fiskali, kif ukoll it-trasparenza finanzjarja għal finijiet fiskali”; |
|
4. |
Jiddeċiedi li s-sottokumitat għandu jkun magħmul minn 30 Membru; |
|
5. |
Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti tat-30 ta' Ġunju 2019 u tad-9 ta' Jannar 2020 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tas-sottokumitat, li l-bureaux tal-kumitati jista' jkollhom sa erba' viċi presidenti; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni. |