<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-425/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0425</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:154">EU:C:2021:154</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20210302">2.3.2021</DATE> – Kawża C‑425/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs l-Italja <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20210302">2 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Intervent ta’ konsorzju ta’ banek irregolat mid-dritt privat favur wieħed mill-membri tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni tal-intervent mill-bank ċentrali tal-Istat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Imputabbiltà lill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Riżorsi tal-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Indizji li jippermettu li jiġi konkluż li miżura hija imputabbli</KEYWORD><KEYWORD>Żnaturament tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑425/19 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fid-<DATE ISO="20190529">29 ta’ Mejju 2019</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P. Stancanelli, L. Flynn u A. Bouchagiar kif ukoll minn D. Recchia, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Taljana</HT>, irrappreżentata minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato,</P><P><HT TYPE="BOLD">Banca Popolare di Bari SCpA</HT>, li kienet Tercas-Cassa di risparmio della provincia di Teramo SpA (Banca Tercas SpA), stabbilita f’Teramo (l-Italja), inizjalment irrappreżentata minn A. Santa Maria, M. Crisostomo, E. Gambaro u F. Mazzocchi, avvocati, sussegwentement minn A. Santa Maria, M. Crisostomo u E. Gambaro, avvocati,</P><P><HT TYPE="BOLD">Fondo interbancario di tutela dei depositi</HT>, stabbilit f’Ruma (l-Italja), irrappreżentat minn M. Siragusa, G. Scassellati Sforzolini, G. Faella u A. Comino, avvocati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Banca d’Italia</HT>, stabbilit f’Ruma, irrappreżentat minn M. Perassi, M. Todino, L. Sciotto u O. Capolino, avvocati,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><?PAGE NO="2"?><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta (Relatriċi), Viċi Presidenta, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, A. Prechal, M. Ilešič, L. Bay Larsen, A. Kumin u N. Wahl, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, S. Rodin, F. Biltgen, K. Jürimäe, C. Lycourgos u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20201029">29 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-<DATE ISO="20190319">19 ta’ Marzu 2019</DATE>, L-Italja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (T‑98/16, T‑196/16 u T‑198/16, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:167">EU:T:2019:167</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-<DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja implimentat favur il-Banca Tercas (Il-każ SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN)) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="203" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 203, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Id-decreto legislativo n 385, e successive modifiche e integrazioni ‑ Testo unico delle leggi in materia bancaria e creditizia (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 385 u Emendi u Inklużjonijiet sussegwenti, li jistabbilixxu Test Uniku tal-Liġi dwar il-Banek u l-Kreditu), tal-<DATE ISO="19930901">1 ta’ Settembru 1993</DATE> (GURI Nru 230, tat-<DATE ISO="19930930">30 ta’ Settembru 1993</DATE>, u s-Suppliment Ordinarju għall-GURI Nru 92), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti inkwistjoni (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>TUB<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), jagħti lill-Banca d’Italia (il-Bank tal-Italja) ir-rwol ta’ awtorità ta’ sorveljanza tas-settur bankarju u jistabbilixxi fir-rigward tiegħu l-għanijiet li jiżgura t-tmexxija soda u prudenti tal-istabbilimenti taħt sorveljanza, l-istabbiltà globali, l-effettività u l-kompetittività tas-sistema finanzjarja kif ukoll l-osservanza tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 96(1) tat-TUB, il-banek Taljani jaderixxu ma’ waħda mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti stabbiliti u rrikonoxxuti fl-Italja. Il-banek kooperattivi ta’ kreditu jaderixxu mal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti stabbilita fil-qasam tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 96<HT TYPE="ITALIC">bis</HT>(1) tat-TUB, l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti għandhom iwettqu r-rimborsi fil-każ ta’ stralċ amministrattiv forzat tal-banek awtorizzati fl-Italja, liema skemi jistgħu madankollu jipprevedu każijiet u forom oħra ta’ intervent. Konformement mal-Artikolu 96<HT TYPE="ITALIC">ter</HT>(1)(d) tat-TUB, il-Bank tal-Italja jawtorizza, fost oħrajn, l-interventi tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>b’teħid inkunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta’ min ifaddal u l-istabbiltà tas-sistema bankarja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatt li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża jinsabu fil-punti 3 sa 32 tas-sentenza appellata u, għall-ħtiġijiet ta’ din is-sentenza, jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">I – L-entitajiet involuti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Tercas-Cassa di risparmio della provincia di Teramo SpA (Banca Tercas SpA) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Tercas<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) hija bank b’kapital privat li l-attivitajiet tagħha jiġu prinċipalment eżerċitati fir-reġjun ta’ Abruzzo (l-Italja). Banca Popolare di Bari SCpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>BPB<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) hija l-kumpannija holding ta’ grupp bankarju b’kapital privat li l-attivitajiet tiegħu jiġu prinċipalment eżerċitati fin-nofsinhar tal-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Fondo interbancario di tutela dei depositi (il-Fond Interbankarju għall-Ħarsien tad-Depożiti, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>FITD<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) huwa konsorzju rregolat mid-dritt privat bejn banek li ġie kkostitwit fuq bażi volontarja matul is-sena 1987. Dan il-konsorzju, li huwa ta’ natura mutwalista, ġie stabbilit sabiex jintlaħqu l-interessi komuni tal-membri tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 1 tal-Istatut tiegħu, il-FITD għandu l-għan li jiggarantixxi d-depożitanti tal-membri tiegħu. Matul is-sena 1996, wara t-traspożizzjoni fl-ordinament ġuridiku Taljan tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19940530">30 ta’ Mejju 1994</DATE> dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 252), il-FITD ġie rrikonoxxut mill-Bank tal-Italja bħala wieħed mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti awtorizzati joperaw fl-Italja u l-uniku wieħed li miegħu setgħu jaderixxu l-banek mhux kooperattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 27 tal-Istatut tiegħu, fil-każ ta’ stralċ amministrattiv forzat ta’ wieħed mill-membri tiegħu, il-FITD għandu jintervjeni billi jirrimborsa d-depożiti tad-depożitanti magħmula għandu sal-limitu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> għal kull depożitant (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>intervent obbligatorju<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-FITD għandu wkoll il-possibbiltà li jintervjeni favur il-membri tiegħu fuq bażi volontarja, fiż-żewġ sitwazzjonijiet li ġejjin (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>interventi volontarji<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). Minn naħa, konformement mal-Artikolu 28 tal-Istatut tiegħu, il-FITD jista’, minflok ma jipproċedi għar-rimbors previst abbażi tal-garanzija tad-depożiti, jintervjeni f’operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ attiv u ta’ passiv li jikkonċernaw lil wieħed mill-membri tiegħu suġġett għas-sistema tal-istralċ amministrattiv forzat. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 29(1) tal-Istatuti tiegħu, il-FITD jista’ jintervjeni permezz ta’ finanzjamenti, ta’ garanziji, ta’ xiri ta’ ishma jew permezz ta’ forom tekniċi oħra sabiex jagħti appoġġ lil wieħed mill-membri tiegħu suġġett għas-sistema ta’ amministrazzjoni straordinarja, meta jkun hemm prospetti ta’ rkupru u jkun jista’ jiġi previst oneru iżgħar meta mqabbel ma’ dak li jirriżulta mill-intervent tal-FITD fil-każ ta’ stralċ amministrattiv forzat ta’ dan il-membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Bank tal-Italja huwa awtorità pubblika li jeżerċita l-funzjonijiet ta’ bank ċentrali tar-Repubblika Taljana. Huwa għandu personalità ġuridika awtonoma u distinta minn dik tal-Istat Taljan. Bħala membru tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), il-Bank tal-Italja għandu, skont l-Artikolu 127(5) TFUE, jikkontribwixxi għat-tmexxija tajba tal-politika segwita mill-awtoritajiet kompetenti għal dak li jirrigwarda s-superviżjoni prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Sabiex jissodisfa l-għanijiet tiegħu stabbiliti mit-TUB, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda t-tmexxija soda u prudenti tal-istabbilimenti ssorveljati, il-Bank tal-Italja għandu setgħa regolatorja, setgħat ta’ kontroll u ta’ spezzjoni kif ukoll diversi kompetenzi ta’ awtorizzazzjoni. Dawn is-setgħat jippermettu lill-Bank tal-Italja jintervjeni fl-avvenimenti ewlenin kollha tal-eżistenza ta’ bank, b’osservanza għall-awtonomija kummerċjali tiegħu u bl-uniku għan li jivverifika li t-tmexxija tiegħu tkun soda u prudenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Abbażi tal-prerogattivi tiegħu, il-Bank tal-Italja approva b’mod partikolari l-Istatuti tal-FITD, jassisti bħala osservatur mingħajr dritt ta’ vot fil-laqgħat tiegħu u, konformement mal-Artikolu 96<HT TYPE="ITALIC">ter</HT>(1)(d) tat-TUB, japprova l-interventi tal-FITD favur il-membri tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntest u l-intervent tal-FITD favur Tercas</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120430">30 ta’ April 2012</DATE>, fuq proposta tal-Bank tal-Italja, li kien ikkonstata xi irregolaritajiet fi ħdan Tercas, il-Ministero dell’Economia e delle Finanze (il-Ministeru għall-Ekonomija u għall-Finanzi, l-Italja) issuġġetta lil din tal-aħħar għal amministrazzjoni straordinarja. Sussegwentement, il-Bank tal-Italja nnomina kummissarju speċjali responsabbli għat-tmexxija ta’ Tercas matul il-perijodu ta’ amministrazzjoni straordinarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Ottubru 2013, wara li evalwa diversi soluzzjonijiet li setgħu jtemmu d-diffikultajiet ta’ Tercas, il-kummissarju speċjali beda negozjati ma’ BPB, li kienet esprimiet l-interess tagħha li tissottoskrivi żieda fil-kapital ta’ Tercas, bil-kundizzjoni li jsir awditu minn qabel ta’ dan il-bank u li l-FITD ikopri kompletament id-defiċit patrimonjali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131028">28 ta’ Ottubru 2013</DATE>, wara talba tal-kummissarju speċjali ta’ Tercas ibbażata fuq l-Artikolu 29 tal-Istatut tal-FITD, il-Kumitat ta’ Tmexxija ta’ dan il-konsorzju ddeċieda li jintervjeni favur Tercas għal ammont massimu ta’ EUR 280 miljun. Din id-deċiżjoni ġiet irratifikata mill-Kunsill tal-FITD fid-<DATE ISO="20131029">29 ta’ Ottubru 2013</DATE>. Fl-<DATE ISO="20131104">4 ta’ Novembru 2013</DATE>, konformement mal-Artikolu 96<HT TYPE="ITALIC">ter</HT>(1)(d) tat-TUB, il-Bank tal-Italja approva dan l-intervent ta’ appoġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140318">18 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-FITD iddeċieda li jissospendi l-intervent previst, wara li ħa inkunsiderazzjoni l-inċertezzi dwar is-sitwazzjoni ekonomika u patrimonjali ta’ Tercas kif ukoll dawk dwar it-trattament fiskali ta’ dan l-intervent. Fil-fatt, wara l-awditu dwar l-attiv ta’ Tercas mitlub minn BPB, kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-esperti tal-FITD u dawk ta’ BPB. Dan in-nuqqas ta’ qbil ġie sussegwentement solvut permezz ta’ proċedura ta’ arbitraġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konklużjonijiet ippreżentati minn kumpannija ta’ awditu u ta’ konsulenza f’rapport tas-<DATE ISO="20140526">26 ta’ Mejju 2014</DATE>, u wara li ttieħdet inkunsiderazzjoni l-ispiża ta’ intervent imqabbla mal-ispiża ta’ kumpens abbażi tal-intervent obbligatorju, il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-Kunsill tal-FITD iddeċidew, fit-<DATE ISO="20140530">30 ta’ Mejju 2014</DATE>, li jintervjenu favur Tercas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140707">7 ta’ Lulju 2014</DATE>, il-Bank tal-Italja awtorizza l-intervent tal-FITD favur Tercas. L-imsemmi intervent kien jipprevedi tliet miżuri, jiġifieri, l-ewwel nett, kontribuzzjoni ta’ EUR 265 miljun sabiex tiġi koperta l-ekwità negattiva ta’ Tercas; it-tieni nett, garanzija ta’ EUR 35 miljun sabiex jiġi kopert ir-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ ċerti skoperturi ta’ Tercas u, it-tielet nett, garanzija ta’ EUR 30 miljun sabiex jiġu koperti l-ispejjeż li jirriżultaw mit-trattament fiskali tal-ewwel miżura (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>miżuri kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Matul il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti ta’ Tercas, imsejħa fis-<DATE ISO="20140727">27 ta’ Lulju 2014</DATE> mill-kummissarju speċjali bi ftehim mal-Bank tal-Italja, ġie deċiż, minn naħa, li jiġi parzjalment kopert it-telf, b’mod partikolari billi l-ekwità titnaqqas għal zero u billi jiġu annullati l-ishma ordinarji kollha fiċ-ċirkolazzjoni, u, min-naħa l-oħra, billi l-kapital jiżdied għal EUR 230 miljun permezz tal-ħruġ ta’ ishma ordinarji ġodda proposti lil BPB. Din iż-żieda fil-kapital seħħet fl-istess jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>, is-sistema ta’ amministrazzjoni straordinarja ta’ Tercas intemmet u BPB innominat il-korpi l-ġodda ta’ dan il-bank.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura amministrattiva u d-deċiżjoni kontenzjuża</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-8 ta’ Awwissu u fl-<DATE ISO="20141010">10 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-Kummissjoni talbet mingħand l-awtoritajiet Taljani informazzjoni dwar l-intervent tal-FITD favur Tercas. Dawn l-awtoritajiet wieġbu għal dawn it-talbiet għal informazzjoni fis-16 ta’ Settembru u fl-<DATE ISO="20141114">14 ta’ Novembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-Repubblika Taljana dwar id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżuri kontenzjużi. Fl‑<DATE ISO="20150424">24 ta’ April 2015</DATE>, il-Kummissjoni ppubblikat id-deċiżjoni tal-ftuħ f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kontenzjuża, li permezz tagħha hija kkonstatat li l-miżuri kontenzjużi, awtorizzati bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, kienu jikkostitwixxu għajnuna inkompatibbli u illegali mogħtija mir-Repubblika Taljana lil Tercas u ordnat l-irkupru tal-imsemmija għajnuna.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana (T‑98/16), BPB (T‑196/16) kif ukoll il-FITD, sostnut mill-Bank tal-Italja (T‑198/16), ippreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni kontenzjuża kull wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 68, 69 u 89 sa 91 tas-sentenza appellata kkonstatat, essenzjalment, li sabiex tikkonkludi li miżura ta’ għajnuna tkun imputabbli lill-Istat, il-Kummissjoni hija ferm iktar obbligata tressaq indizji suffiċjenti sabiex tipprova li din il-miżura tkun ġiet adottata taħt l-influwenza jew il-kontroll effettiv tal-awtoritajiet pubbliċi meta tkun inkwistjoni miżura adottata minn entità privata milli meta l-miżura tkun ittieħdet minn impriża pubblika. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali rrilevat li, b’differenza minn sitwazzjoni li fiha miżura adottata minn impriża pubblika tkun imputata lill-Istat, il-Kummissjoni ma tistax sempliċement tistabbilixxi, fil-każ ta’ miżura adottata minn entità privata, li l-assenza ta’ influwenza u ta’ kontroll effettiv tal-awtoritajiet pubbliċi fuq din l-entità privata hija improbabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, wara li analizzat, fil-punti 114 sa 131 tas-sentenza appellata, l-elementi kkunsidrati mill-Kummissjoni sabiex tqis li l-miżuri kontenzjużi setgħu jiġu imputati lill-Istat Taljan, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 132 tagħha, li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovat b’mod suffiċjenti skont il-liġi l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi Taljani fl-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri u lanqas, konsegwentement, l-imputabbiltà tagħhom lill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għal dak li jikkonċerna l-kunċett ta’ intervent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>permezz ta’ riżorsi tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 161 tas-sentenza appellata, wara li analizzat, fil-punti 139 sa 160, l-indizji prodotti f’dan ir-rigward fid-deċiżjoni kontenzjuża, li<?PAGE NO="6"?> l-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet b’mod suffiċjenti skont il-liġi li r-riżorsi inkwistjoni kienu kkontrollati mill-awtoritajiet pubbliċi Taljani u li għalhekk kienu għad-dispożizzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet. Konsegwentement, skont il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni tikkonkludi li, minkejja li l-intervent tal-FITD favur Tercas kien twettaq skont l-Istatuti ta’ dan il-konsorzju u fl-interess tal-membri tiegħu, billi ntużaw fondi privati, kienu fil-fatt l-awtoritajiet pubbliċi, permezz tal-eżerċizzju ta’ influwenza dominanti fuq il-FITD, li ddeċidew li jidderieġu l-użu ta’ dawn ir-riżorsi sabiex jiffinanzjaw tali intervent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li l-ewwel wieħed mir-rekwiżiti meħtieġa sabiex għajnuna tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, jiġifieri li din l-għajnuna tingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, ma ġiex issodisfatt, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet fl-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad ir-rikorsi ppreżentati fl-ewwel istanza sa fejn dawn jikkontestaw li d-deċiżjoni kontenzjuża tipprova li r-rekwiżiti relatati mal-imputabbiltà lill-Istat tal-miżuri kontenzjużi u tal-finanzjament tagħhom permezz ta’riżorsi tal-Istat ġew issodisfatti;</P></ITEM><ITEM><P>tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali għall-finijiet tal-eżami tal-motivi l-oħra tar-rikors fl-ewwel istanza, u</P></ITEM><ITEM><P>tirriżerva l-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza u tal-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Bank tal-Italja, il-FITD, BPB kif ukoll ir-Repubblika Taljana jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>, il-Fondazione Cassa di Risparmio di Pesaro, Montani Antaldi Srl, il-Fondazione Cassa di Risparmio di Fano, il-Fondazione Cassa di Risparmio di Jesi kif ukoll il-Fondazione Cassa di Risparmio della Provincia di Macerata talbu li jitħallew jintervjenu f’din il-kawża insostenn tat-talbiet magħmula mir-Repubblika Taljana, BPB, il-FITD u l-Bank tal-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191113">13 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja u Fondo interbancario di tutela dei depositi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑425/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:980">EU:C:2019:980</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), it-talba għal intervent ġiet miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana talbet, abbażi tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li l-Qorti tal-Ġustizzja tiltaqa’ bħala Awla Manja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tqajjem żewġ aggravji.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, huwa maqsum f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta imponiet fuqha oneru tal-prova ikbar minn dak meħtieġ mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddetermina jekk ir-rekwiżiti ta’ imputabbiltà ta’ għajnuna lill-Istat u tal-għoti tagħha permezz ta’ riżorsi tal-Istat ġewx, fil-każ ineżami, issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni tfakkar li, skont din il-ġurisprudenza, meta jkollha l-intenzjoni tistabbilixxi li l-miżuri adottati minn entità distinta mill-Istat huma imputabbli lill-awtoritajiet pubbliċi, hija għandha l-obbligu tipproduċi l-prova, permezz ta’ numru ta’ indizji li jirriżultaw minn dan il-każ, tal-involviment jew tal-influwenza tal-imsemmija awtoritajiet fl-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni, billi turi l-probabbiltà tal-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi jew, tal-inqas, in-natura improbabbli ta’ assenza ta’ involviment min-naħa tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata turi l-eżistenza ta’ inċentiv konkret jew ta’ istruzzjonijiet vinkolanti mogħtija minn dawn l-awtoritajiet lill-entità li konkretament tkun tat l-għajnuna. Lanqas ma huwa neċessarju li turi l-impatt effettiv ta’ dan l-involviment fuq l-aġir tal-entità u lanqas li tistabbilixxi li l-aġir ta’ din tal-aħħar kien ikun differenti li kieku aġixxiet b’mod awtonomu. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tippreċiża, b’mod partikolari, li ma hijiex obbligata turi li l-imputabbiltà lill-Istat ta’ miżura tippreżupponi li l-interess pubbliku ikun differenti minn dak ta’ din l-entità. Fl-aħħar nett, l-istandard ta’ prova meħtieġ mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jvarjax skont jekk l-entità li tagħti l-għajnuna tkunx proprjetà pubblika jew privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, skont il-Kummissjoni, fil-punti 69 u 89 sa 91 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali marret kontra l-imsemmija ġurisprudenza, billi imponiet fuqha li tissodisfa standard ta’ prova iktar rigoruż minn dak previst minnha, sabiex turi l-imputabbiltà lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ miżura ta’ għajnuna u tipprova li intervent twettaq permezz tar-riżorsi tal-Istat, għas-sempliċi raġuni li, fil-każ ineżami, il-miżura ta’ għajnuna kienet ingħatat minn entità privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, skont il-Kummissjoni, li l-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat, fil-punti 114, 116, 117 u 127 tas-sentenza appellata, l-indizji li hija kienet ipprovdiet f’dan ir-rigward fid-deċiżjoni kontenzjuża. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali qieset, b’mod żbaljat, li l-Kummissjoni kellha tipproduċi l-prova, b’mod definittiv, li l-miżuri kontenzjużi kienu ġew adottati taħt l-influwenza dominanti tal-awtoritajiet pubbliċi, kif ukoll li din l-istituzzjoni kienet taħt l-obbligu li tistabbilixxi li dawn l-awtoritajiet kienu involuti fil-fażijiet kollha tal-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri, billi jagħtu istruzzjonijiet vinkolanti, u li l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi kellu impatt fuq il-kontenut tal-imsemmija miżuri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrileva li huwa illoġiku li jiġi impost fuqha oneru tal-prova ikbar fil-każ li l-entità li tkun adottat il-miżuri tkun entità privata, peress li, f’tali sitwazzjoni, hija jista’ jkollha biss, bħala definizzjoni, numru inqas ta’ indizji sabiex turi l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi. B’mod partikolari, fl-assenza ta’ rabtiet ta’ natura organika, dan l-involviment ikollu jitfittex abbażi ta’ indizji inqas viżibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni, sussidjarjament, li l-FITD huwa entità li lilha r-Repubblika Taljana fdatilha responsabbiltajiet speċifiċi taħt id-Direttiva 94/19. Konsegwentement, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-effett dirett ta’ direttivi li ma humiex trasposti jew li huma trasposti b’mod żbaljat, b’mod partikolari s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171010">10 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Farrell</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑413/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:745">EU:C:2017:745</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa possibbli li dan il-konsorzju jitqies li huwa emanazzjoni tal-Istat Taljan. Għal din ir-raġuni, minkejja li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset li livell ta’ prova iktar rigoruż huwa meħtieġ fil-każ fejn l-entità li toħroġ il-miżuri ta’ għajnuna tkun entità privata, hija xorta waħda vvizzjat is-sentenza appellata bi żball ta’ liġi billi applikat għall-FITD id-distinzjoni bejn entitajiet privati u entitajiet pubbliċi fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-imputabbiltà ta’ għajnuna lill-Istat u tal-għoti tagħha permezz ta’ riżorsi tal-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tfakkar li, skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE> dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="173" PAGE.FIRST="149" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 173, p. 149</REF.DOC.OJ> u rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="212" PAGE.FIRST="47" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 212, p. 47</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2014">ĠU 2014,L 309, p. 37</REF.DOC.OJ>), l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti jistgħu jadottaw, sabiex jiġi evitat il-falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>miżuri alternattivi [għar-riżoluzzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Madankollu, l-użu ta’ tali strument huwa suġġett għall-kundizzjoni li ebda azzjoni ta’ riżoluzzjoni ma tkun ittieħdet fir-rigward tal-istabbiliment ta’ kreditu kkonċernat. Issa, skont l-Artikolu 32(4)(d) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="173" PAGE.FIRST="190" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 173, p. 190</REF.DOC.OJ>), azzjoni ta’ riżoluzzjoni ma tistax tittieħed ħlief jekk tintalab <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, liema għajnuna hija ddefinita fil-punt 28 tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sa fejn, minħabba l-istandard ta’ prova iktar rigoruż applikat mill-Qorti Ġenerali, ikun prattikament impossibbli għall-Kummissjoni li tipprova l-involviment tar-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat tal-miżuri adottati mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti meta dawn ikunu komposti minn banek privati, dawn l-iskemi jistgħu kontinwament jadottaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>miżuri alternattivi [għar-riżoluzzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2014/49, mingħajr ma jkollhom jibdew il-proċedura ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59. Konsegwentement, is-sentenza appellata tippermetti lill-Istati Membri u lill-banek jevitaw jew, fi kwalunkwe każ, idgħajfu l-effetti tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-unjoni bankarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli twettaq analiżi globali tal-provi prodotti minn din l-istituzzjoni sabiex turi li r-rekwiżiti relatati mal-imputabbiltà u mar-riżorsi tal-Istat ġew, fil-każ ineżami, issodisfatti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Billi għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali tbiegħdet mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li l-valur probatorju tal-indizji għandu jiġi evalwat billi jiġu eżaminati fl-intier tagħhom u dan anki jekk dawn tal-aħħar, meħuda individwalment u barra mill-kuntest tagħhom, ma jkunux neċessarjament deċiżivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>L-adozzjoni ta’ tali approċċ żbaljat, l-ewwel nett, fil-punti 96 sa 99 tas-sentenza appellata, wasslet lill-Qorti Ġenerali tiddikjara li l-interventi tal-FITD huma intiżi li jintlaħqu l-interessi privati tal-membri tiegħu, mingħajr ma tipprovdi r-raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw tali affermazzjoni. It-tieni nett, fil-punti 100 sa 106 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali injorat in-natura tal-mandat pubbliku mogħti lill-FITD mil-leġiżlazzjoni Taljana, meta ddeċidiet li dan kien limitat għall-interventi obbligatorji, jiġifieri għar-rimbors tad-depożitanti. Madankollu, skont il-Kummissjoni, l-interventi volontarji huma strettament marbuta mal-interventi obbligatorji, sa fejn tal-ewwel jistgħu jitwettqu biss jekk jirrappreżentaw piż inqas oneruż meta mqabbel ma’ intervent obbligatorju possibbli. It-tielet nett, fil-punti 115, 116 u 126 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali warrbet, b’mod żbaljat, wieħed wara l-ieħor l-indizji prodotti mill-Kummissjoni fir-rigward tal-involviment tal-Bank tal-Italja fl-għoti tal-miżuri kontenzjużi, filwaqt li dawn l-indizji, meħuda flimkien, kienu jippermettu li l-miżuri kontenzjużi jiġu imputati lill-Istat Taljan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana, BPB, il-FITD u l-Bank tal-Italja jikkonkludu, prinċipalment, li l-ewwel aggravju huwa inammissibbli. F’dan ir-rigward, huma jqisu li l-Kummissjoni, bl-iskuża tal-invokazzjoni ta’ żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali, trid tikseb mill-Qorti tal-Ġustizzja evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi meta mqabbla ma’ dik imwettqa fis-sentenza appellata, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-imputabbiltà lill-Istat tal-miżuri kontenzjużi u n-natura tal-mandat mogħti lill-FITD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Taljana tinvoka l-inammissibbiltà tal-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-Qorti Ġenerali kien messha analizzat il-provi billi tieħu inkunsiderazzjoni l-kuntest tan-negozjati li seħħew bejn il-FITD, BPB u l-kummissarju speċjali, sa fejn l-appell ma jikkontestax il-punti 125 sa 132 tas-sentenza appellata, li fihom il-Qorti Ġenerali eżaminat din il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Sussidjarjament, ir-Repubblika Taljana, BPB, il-FITD u l-Bank tal-Italja jqisu li l-ewwel aggravju ma huwiex fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkonfuta l-argumenti dwar l-allegata inammissibbiltà tal-ewwel aggravju billi ssostni li, permezz ta’ dan l-aggravju, hija tqajjem il-kwistjoni tal-kriterju legali li fuqu bbażat ruħha l-Qorti Ġenerali waqt l-eżami tal-provi prodotti sabiex tintwera l-influwenza eżerċitata mill-awtoritajiet Taljani fuq id-deċiżjonijiet tal-FITD.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 256(1) TFUE u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-appell huwa limitat għal kwistjonijiet ta’ liġi u li għaldaqstant hija biss il-Qorti Ġenerali li hija kompetenti sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevanti, kif ukoll il-provi. L-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi ma tikkostitwixxix, bla ħsara għall-każ ta’ żnaturament tagħhom, kwistjoni ta’ liġi suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell. Tali żnaturament għandu jirriżulta b’mod manifest<?PAGE NO="10"?> mill-annessi tal-proċess, mingħajr ma jkun neċessarju li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>VG vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:578">EU:C:2019:578</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta l-Qorti Ġenerali tkun ikkonstatat jew evalwat il-fatti, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun kompetenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha, peress li l-Qorti Ġenerali tkun ikkwalifikat in-natura legali tagħhom u ddeterminat il-konsegwenzi fil-liġi (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>E.ON Energie vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:738">EU:C:2012:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Is-setgħa ta’ stħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja testendi, b’mod partikolari, għall-kwistjoni dwar jekk ir-regoli fil-qasam tal-oneru u tal-produzzjoni tal-prova jkunux ġew osservati kif ukoll dik dwar jekk il-Qorti Ġenerali tkunx applikat kriterji legali korretti waqt l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti u tal-provi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Toshiba vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑623/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:21">EU:C:2017:21</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, l-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li, bl-argument tagħha fil-kuntest tal-ewwel aggravju tal-appell, il-Kummissjoni ma tikkritikax l-evalwazzjoni tal-fatti magħmula mill-Qorti Ġenerali dwar il-valur probatorju tal-indizji li hija kienet ipproduċiet quddiemha iżda l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-oneru u tal-amministrazzjoni tal-provi mwettqa mill-Qorti Ġenerali għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ dawn l-indizji kif ukoll tal-klassifikazzjoni tal-miżuri kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fit-tieni nett, għal dak li jirrigwarda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà msemmija fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, għandu jitfakkar li, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u mill-Artikolu 168(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li tagħha jkun qed jintalab l-annullament kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba, taħt piena ta’ inammissibbiltà tal-appell jew tal-aggravju kkonċernat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Telefónica u Telefónica de España vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑295/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2062">EU:C:2014:2062</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Issa, fil-każ ineżami, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li fl-appell tagħha l-Kummissjoni ppreċiżat li hija kienet qiegħda tikkontesta, b’mod partikolari, il-punt 126 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel aggravju huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-ewwel parti tal-ewwel aggravju, għandu jitfakkar, qabel xejn, li l-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tippreżupponi li jiġu ssodisfatti erba’ rekwiżiti, jiġifieri li jkun hemm intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li dan l-intervent ikun kapaċi jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, li huwa jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tiegħu u li joħloq distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Achema <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑706/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:407">EU:C:2019:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżistenza ta’ intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li hija l-uniku rekwiżit inkwistjoni f’din il-kawża, għandu jitfakkar li, sabiex vantaġġi jkunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, huma għandhom, minn naħa,<?PAGE NO="11"?> jingħataw direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u, min-naħa l-oħra, ikunu imputabbli lill-Istat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Achema <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑706/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:407">EU:C:2019:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna b’mod iktar partikolari l-imputabbiltà ta’ miżura lill-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din ma tistax tiġi dedotta mis-sempliċi fatt li l-imsemmija miżura tkun ittieħdet minn impriża pubblika. Fil-fatt, anki jekk l-Istat ikun f’pożizzjoni li jikkontrolla impriża pubblika u li jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operat tagħha, l-eżerċizzju proprju ta’ dak il-kontroll f’każ partikolari ma jistax jiġi preżunt b’mod awtomatiku. Huwa wkoll neċessarju li jiġi eżaminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx jitqiesu li jkunu involuti, b’mod jew ieħor, fl-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:885">EU:C:2017:885</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Milano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑160/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1012">EU:C:2020:1012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-imputabbiltà lill-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna meħuda minn impriża pubblika tista’ tiġi dedotta minn serje ta’ indizji li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi tal-każ u mill-kuntest li fih tkun seħħet din il-miżura. F’dan ir-rigward, ma jistax jintalab li jintwera, abbażi ta’ istruzzjoni preċiża, li l-awtoritajiet pubbliċi ħeġġew b’mod konkret lill-impriża pubblika tieħu l-miżuri ta’ għajnuna kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:885">EU:C:2017:885</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Milano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑160/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1012">EU:C:2020:1012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-indizji kollha li juru, fil-każ konkret, jew, minn naħa, l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi, jew l-improbabbiltà ta’ assenza ta’ involviment fl-adozzjoni ta’ miżura, fid-dawl ukoll tal-portata tagħha, tal-kontenut tagħha jew tar-rekwiżiti li din tinvolvi, jew, min-naħa l-oħra, l-assenza tal-involviment tal-imsemmija awtoritajiet fl-adozzjoni tal-imsemmija miżura, huma rilevanti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Milano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑160/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1012">EU:C:2020:1012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fost l-indizji li jippermettu li jiġi konkluż li hemm tali imputabbiltà, hemm il-fatt li l-impriża pubblika inkwistjoni ma tkunx setgħet tieħu d-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi jew tad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi, l-integrazzjoni tal-impriża pubblika fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju tagħhom fis-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati, l-istatus ġuridiku tal-impriża, jew anki l-intensità tas-sorveljanza eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:885">EU:C:2017:885</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, għandu jiġi rrilevat, preliminarjament, li fil-punt 70 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali kkonstatat li, fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ma ppruvatx tiddistingwi b’mod ċar ir-rekwiżit relatat mal-imputabbiltà lill-Istat ta’ għajnuna minn dak relatat mar-riżorsi tal-Istat. Bl-istess mod, fl-appell tagħha, il-Kummissjoni, għal dak li jikkonċerna t-tieni rekwiżit, sempliċement tirrileva li, fil-punt 91 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rreferiet għar-raġunament tagħha stess dwar ir-rekwiżit tal-imputabbiltà. Fl-aħħar nett, fil-kuntest<?PAGE NO="12"?> tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni ma ssemmi ebda wieħed mill-motivi, li jinsabu fil-punti 133 sa 161 tas-sentenza appellata, iddedikati speċifikament għall-eżami tar-rekwiżit dwar l-użu tar-riżorsi tal-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi eżaminat biss ir-rekwiżit li jirrigwarda l-imputabbiltà tal-miżuri kontenzjużi lill-awtoritajiet Taljani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li, fil-punti 63 sa 68 u 83 sa 86 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali fakkret il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-imputabbiltà ta’ għajnuna lill-awtoritajiet pubbliċi meta l-vantaġġi jingħataw minn entitajiet distinti mill-Istat. B’mod partikolari, fil-punt 68 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali enfasizzat, billi rreferiet għall-punti 50 sa 52 u 55 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑482/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, anki fis-sitwazzjoni fejn l-għajnuna tingħata minn impriża pubblika, l-eżerċizzju tal-kontroll tal-awtoritajiet pubbliċi ma jistax jiġi preżunt u li l-Kummissjoni għandu jkollha numru ta’ indizji li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi tal-każ u mill-kuntest li fih l-għajnuna finanzjarja tkun saret sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ involviment tal-awtoritajiet pubbliċi fl-għoti tal-għajnuna permezz ta’ impriża pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Huwa biss wara li fakkret din il-ġurisprudenza li l-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 69 tas-sentenza appellata, li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>obbligu tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li jkollha tali indizji <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>huwa iktar u iktar neċessarju<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> f’sitwazzjoni li fiha l-miżura inkwistjoni tkun ittieħdet minn entità privata. Fil-fatt, kif il-Qorti Ġenerali rrilevat fl-istess punt 69, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq l-eżistenza ta’ rabtiet ta’ kapital bejn tali entità u l-Istat, peress li tali rabtiet ma jeżistux f’sitwazzjoni ta’ dan it-tip.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 87 sa 90 ta’ dik is-sentenza, li l-Kummissjoni ma setgħetx, f’dak il-każ, tibbaża ruħha fuq l-improbabbiltà ta’ assenza ta’ influwenza u ta’ kontroll effettiv tal-awtoritajiet pubbliċi fuq l-entità privata li tat l-għajnuna, iżda li, bil-kontra, f’tali sitwazzjoni, din l-istituzzjoni hija iktar u iktar obbligata tesponi u ssostni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>biżżejjed indizji<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tali li jistabbilixxu li l-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni kienet ġiet adottata taħt l-influwenza jew il-kontroll effettiv tal-awtoritajiet pubbliċi u li, għaldaqstant, din il-miżura hija imputabbli lill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-punti 94 sa 132 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali analizzat l-indizji mressqa mill-Kummissjoni, imbagħad ikkonstatat, fi tmiem din l-analiżi, li l-miżuri kontenzjużi ma setgħux jiġu imputati lill-awtoritajiet Taljani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, billi pproċediet għall-konstatazzjonijiet esposti fil-punti 68 u 69 kif ukoll fil-punti 88 sa 90 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali la injorat il-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 58 sa 62 ta’ din is-sentenza, li tipprovdi li hija l-Kummissjoni li għandha tipprova, abbażi ta’ numru ta’ indizji, li l-miżuri inkwistjoni kienu imputabbli lill-Istat u lanqas, għaldaqstant, ma obbligat lill-Kummissjoni tissodisfa livell ta’ prova ogħla għas-sempliċi raġuni li l-FITD huwa entità privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz ta’ tali konstatazzjonijiet, il-Qorti Ġenerali, minn naħa, sempliċement ħadet nota, kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-punti 87 u 88 tas-sentenza appellata, tad-differenzi oġġettivi li jeżistu bejn sitwazzjoni li fiha l-entità li tagħti l-għajnuna tkun impriża pubblika u dik fejn, bħal fil-każ ineżami, din l-entità, jiġifieri l-FITD, tkun privata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-punti 69, 89 u 90 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali siltet il-konsegwenzi minn dawn id-differenzi oġġettivi, sabiex tippreċiża t-tip ta’ indizji li jippermettu, fil-każ ineżami, li tintwera l-imputabbiltà tal-miżuri kontenzjużi lill-awtoritajiet Taljani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>B’hekk, bil-kontra ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, f’sitwazzjoni li fiha, bħal f’dan il-każ, l-entità li tkun ipprovdiet l-għajnuna jkollha natura privata, l-indizji adatti sabiex juru l-imputabbiltà lill-Istat tal-miżura huma differenti minn dawk rikjesti fl-ipoteżi fejn l-entità li tagħti l-għajnuna tkun impriża pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti Ġenerali ma imponietx standards ta’ prova differenti iżda, bil-kontra, applikat il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 60 ta’ din is-sentenza, li tgħid li l-indizji adatti sabiex juru l-imputabbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna jirriżultaw miċ-ċirkustanzi tal-każ u mill-kuntest li fih tkun ittieħdet din il-miżura, peress li l-assenza ta’ rabta ta’ kapital bejn l-entità kkonċernata u l-Istat għandha, f’dan ir-rigward, rilevanza ċerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa fuq qari żbaljat tal-punt 114 tas-sentenza appellata li huwa bbażat l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-Qorti Ġenerali ssuġġettat l-imputabbiltà lill-awtoritajiet Taljani tal-miżuri kontenzjużi għall-fatt li l-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-intervent tal-FITD inkwistjoni kienu ġew influwenzati minn dawn l-awtoritajiet. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali sempliċement fakkret fl-imsemmi punt li kellhom jiġu eżaminati l-elementi li abbażi tagħhom il-Kummissjoni kienet hija stess qieset, fid-deċiżjoni kontenzjuża, li l-imsemmija awtoritajiet kellhom l-awtorità u l-mezzi sabiex jinfluwenzaw l-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-miżuri kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Bl-istess mod, huwa b’mod żbaljat li l-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 116 tas-sentenza appellata, li, sabiex tistabbilixxi l-imputabbiltà lill-Istat ta’ miżura adottata minn entità privata, il-Kummissjoni għandha tipprova l-impatt tal-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi fuq l-imsemmija miżura. Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 97 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 116, ma eżaminatx jekk l-intervent tal-Bank tal-Italja kellux impatt konkret fuq il-kontenut tal-miżuri kontenzjużi, iżda sempliċement ikkonstatat, minn naħa, li din l-awtorità nazzjonali ma kellha ebda setgħa li tinfluwenza l-kontenut tal-interventi u, min-naħa l-oħra, li l-Bank tal-Italja għandu biss setgħa li jistħarreġ il-konformità tal-imsemmija miżuri mal-qafas regolatorju, għal finijiet ta’ superviżjoni prudenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-punti 117 u 127 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali lanqas ma ddeċidiet li l-konstatazzjoni tal-imputabbiltà tal-miżuri kontenzjużi lill-awtoritajiet Taljani tippreżupponi li l-Kummissjoni tistabbilixxi li l-Bank tal-Italja għandu s-setgħa jordna lill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti jadottaw miżuri ta’ intervent bħall-miżuri kontenzjużi. Fil-fatt, fil-kuntest tal-eżami tal-indizji meqjusa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kontenzjuża sabiex tikkonkludi li l-miżuri kontenzjużi setgħu jiġu imputati lill-Istat Taljan, il-Qorti Ġenerali sempliċement ikkonstatat li l-istedina magħmula mill-Bank tal-Italja lill-FITD u lil BPB sabiex jintlaħaq ftehim ibbilanċjat ma kinitx intiża li tagħti indikazzjonijiet lil dawn il-partijiet u ma kellhiex l-iċken impatt fuq id-deċiżjoni tal-FITD li jintervjeni favur Tercas permezz tal-miżuri kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argumenti tal-Kummissjoni dwar in-natura tal-FITD, għandu jitfakkar, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 128 u 129 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>emanazzjoni tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ġie stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tippermetti lill-individwi jinvokaw dispożizzjonijiet inkundizzjonati u suffiċjentement preċiżi ta’ direttiva mhux trasposta jew mhux trasposta b’mod korrett kontra organi jew entitajiet li huma suġġetti<?PAGE NO="14"?> għall-awtorità jew għall-kontroll tal-Istat li jirriżultaw minn setgħat eċċessivi meta mqabbla ma’ dawk li jirriżultaw mir-regoli applikabbli għar-relazzjonijiet bejn l-individwi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171010">10 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Farrell</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:745">EU:C:2017:745</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, dan il-kunċett ma ġiex żviluppat bil-għan li l-miżuri adottati minn tali organi jew entitajiet jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat u, għalhekk, ma jistgħux jiġu trasposti għall-kwistjoni tal-imputabbiltà lill-Istat ta’ miżuri ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tar-riskju ta’ evażjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-unjoni bankarja, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-argument tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq il-premessa li l-allegat standard ta’ prova iktar rigoruż dwar l-imputabbiltà lill-Istat, li użat il-Qorti Ġenerali, jagħmilha prattikament impossibbli għall-Kummissjoni li turi din l-imputabbiltà fir-rigward tal-miżuri adottati mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti. Issa, minn naħa, mill-punti 65 sa 73 ta’ dik is-sentenza jirriżulta li, fis-sentenza appellata, l-Qorti Ġenerali ma applikatx tali standard ta’ prova iktar rigoruż. Min-naħa l-oħra, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 125 tal-konklużjonijiet tiegħu, anki kieku kellu jitqies li, fil-każ ineżami, il-miżuri kontenzjużi ma humiex imputabbli lill-Istat Taljan, dan il-fatt ma jimplikax li miżura meħuda minn skema ta’ garanzija tad-depożiti qatt ma tista’ tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat u, għaldaqstant, qatt ma tista’ tagħti bidu għall-proċedura ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59. Fil-fatt, tali klassifikazzjoni tibqa’ possibbli, iżda tiddependi mill-karatteristiċi tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti u tal-miżura inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, l-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda t-tieni parti tal-ewwel aggravju, għandu jiġi kkonstatat li din tal-aħħar hija bbażata fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata, peress li, bil-kontra ta’ dak li tallega l-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma naqsitx milli twettaq analiżi globali tal-indizji prodotti minnha sabiex turi li l-intervent tal-FITD kien imputabbli lill-Istat Taljan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, fil-punti 71 sa 82 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali esponiet, fil-qosor, dawn l-indizji kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fil-kuntest tal-eżami tal-portata tal-mandat pubbliku fdat lill-FITD, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 96 sa 105 tas-sentenza appellata, analizzat l-indizji kollha prodotti mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Kien biss wara li wettqet din l-analiżi li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 106 ta’ dik is-sentenza, li intervent volontarju tal-FITD, bħal dak inkwistjoni fil-każ ineżami, sa fejn għandu għan differenti minn dak relatat mar-rimbors tad-depożiti previst fil-kuntest tad-Direttiva 94/19, ma jikkostitwixxix l-implimentazzjoni ta’ mandat pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fil-kuntest tal-eżami tal-awtonomija tal-FITD waqt l-adozzjoni tal-miżuri kontenzjużi, wara li fakkret li l-FITD jaġixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>fl-interess [tal-membri tiegħu]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ebda element ta’ natura organika<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ma jorbot lill-awtoritajiet pubbliċi Taljani, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 114 tas-sentenza appellata, li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>f’dan il-kuntest<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li għandhom jiġu analizzati l-elementi meqjusa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kontenzjuża. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat ukoll, fl-imsemmi punt 114, li kellu jiġi vverifikat jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>l-indizji<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> prodotti mill-Kummissjoni kinux suffiċjenti sabiex juru l-imputabbiltà tal-miżuri kontenzjużi lill-Istat Taljan. Il-Qorti Ġenerali wettqet din il-verifika fil-punti 115 u 131 tas-sentenza appellata, li tinkludi b’mod partikolari, fil-punti 125 sa 127 tal-imsemmija sentenza, l-analiżi tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>kuntest li fih kien ġie adottat l-intervent tal-FITD favur Tercas<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, kif jirriżulta mill-punt 132 tas-sentenza appellata, huwa abbażi tal-analiżi tal-indizji kollha meqjusa mill-Kummissjoni, imqiegħda fil-kuntest tagħhom, u għaldaqstant b’mod konformi mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 60 ta’ din is-sentenza, li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li din l-istituzzjoni kienet wettqet żball ta’ liġi meta qieset, fil-premessa 133 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li hija kienet uriet li l-awtoritajiet Taljani kienu eżerċitaw kontroll pubbliku sostanzjali fid-determinazzjoni tal-intervent tal-FITD favur Tercas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tieni parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda u, għaldaqstant, għandu jiġi miċħud l-ewwel aggravju kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti inkwistjoni kif ukoll id-dritt Taljan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fil-punt 116 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat manifestament il-kontenut tal-Artikolu 96<HT TYPE="ITALIC">ter</HT>(1) tat-TUB, meta ddeċidiet li l-Bank tal-Italja kien stħarreġ biss il-legalità tal-miżuri u mhux jekk kienx xieraq li jittieħdu l-miżuri kontenzjużi. Fil-fatt, sa fejn mill-imsemmija dispożizzjoni jirriżulta li l-Bank tal-Italja jawtorizza l-interventi ta’ appoġġ favur il-banek <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>b’teħid inkunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta’ min ifaddal u l-istabbiltà tas-sistema bankarja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, l-istħarriġ li din l-awtorità pubblika tista’ twettaq imur lil hinn minn sempliċi verifika tal-legalità tal-miżuri kontenzjużi, b’tali mod li hija jkollha tivverifika jekk tali miżuri jissodisfawx l-għanijiet tagħha ta’ politika bankarja u finanzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni ssostni li, fil-punti 153 u 154 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-kontenut tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-FITD, meta ddeċidiet li l-metodu ta’ finanzjament tal-interventi volontarji kien differenti minn dak tal-interventi obbligatorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tippreċiża li l-fatt li l-punt 153 tas-sentenza appellata jibda bl-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>barra minn hekk<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ma jippermettix li jiġi konkluż li l-argumenti inklużi fih huma ta’ natura superfluwa u, konsegwentement, li l-ilmenti diretti kontra dan l-argument huma ineffettivi. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, huwa preċiżament f’dan il-punt li l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tagħha li l-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-FITD mill-membri ta’ dan il-konsorzju huma ta’ natura obbligatorja u jirrappreżentaw, konsegwentement, riżorsi ta’ natura statali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana, BPB, il-FITD u l-Bank tal-Italja jsostnu, prinċipalment, li t-tieni aggravju huwa inammissibbiltà u, sussidjarjament, infondat u, fi kwalunkwe każ, ineffettiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, fil-punti 116 kif ukoll 153 u 154 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat id-dritt nazzjonali u l-fatti inkwistjoni, rispettivament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza li tinsab fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, li l-evalwazzjoni tal-fatti ma tikkostitwixxix, bla ħsara għall-każ ta’ żnaturament tagħhom, kwistjoni ta’ dritt suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għal dak li jirrigwarda l-eżami, fil-kuntest ta’ appell, tal-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tad-dritt nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex kompetenza sabiex tivverifika jekk kienx hemm żnaturament ta’ dan id-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑649/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:835">EU:C:2017:835</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, u bħalma tfakkar fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, l-iżnaturament għandu jirriżulta b’mod manifest mill-atti tal-proċess, mingħajr ma jkun neċessarju li ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-fatti u tal-provi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑649/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:835">EU:C:2017:835</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, għal dak li jirrigwarda l-allegat żnaturament tad-dritt nazzjonali, għandu jiġi rrilevat li, fil-punt 116 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali fakkret li, skont l-Artikolu 96<HT TYPE="ITALIC">ter</HT>(1)(d) tat-TUB, il-Bank tal-Italja jawtorizza l-interventi tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>b’teħid inkunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta’ min ifaddal u l-istabbiltà tas-sistema bankarja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Issa, il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tippermetti li jitqies li l-Bank tal-Italja huwa awtorizzat, bħal fil-każ tal-awtoritajiet l-oħra inkarigati wkoll mill-protezzjoni tal-interessi pubbliċi, jistħarreġ l-interventi tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti fid-dawl tal-qafas regolatorju fis-seħħ, sabiex jissalvagwardja l-imsemmija interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, fil-punt 116 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali fakkret il-qafas regolatorju li jagħmel parti minnu l-Artikolu 96<HT TYPE="ITALIC">ter</HT>(1)(d) tat-TUB, li fid-dawl tiegħu din id-dispożizzjoni għandha, fil-fehma tagħha, tiġi interpretata. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 5 tat-TUB, il-Bank tal-Italja jeżerċita funzjonijiet ta’ superviżjoni prudenzjali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>b’teħid inkunsiderazzjoni tat-tmexxija soda u prudenti tal-istabbilimenti suġġetti għas-superviżjoni tiegħu, tal-istabbiltà globali, tal-effiċjenza u tal-kompetittività tas-sistema finanzjarja u tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Bl-istess mod, mill-imsemmi punt 116 tas-sentenza appellata jirriżulta li, skont l-Artikolu 19 tat-TUB, il-Bank tal-Italja jawtorizza ċertu numru ta’ deċiżjonijiet importanti tal-banek, bħall-akkwisti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, bil-kontra ta’ dak li tallega l-Kummissjoni, mill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>b’teħid inkunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta’ min ifaddal u l-istabbiltà tas-sistema bankarja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, li tinsab fl-Artikolu 96t<HT TYPE="ITALIC">er</HT>(1)(d) tat-TUB, ma jirriżultax b’mod manifest li l-Bank tal-Italja għandu jistħarreġ jekk kienx xieraq li jittieħdu l-miżuri adottati mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti, bħall-miżuri kontenzjużi, b’tali mod li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 116 tas-sentenza appellata, żnaturat din id-dispożizzjoni meta ddeċidiet li l-Bank tal-Italja jistħarreġ biss il-konformità tal-miżuri ta’ intervent mal-qafas regolatorju, għall-finijiet ta’ superviżjoni prudenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-allegat żnaturament tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-FITD, għandu jiġi rrilevat li l-argumenti tal-Kummissjoni huma bbażati fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata, sa fejn, bil-kontra ta’ dak li ssostni din l-istituzzjoni, il-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx, fil-punti 153 u 154 ta’ din is-sentenza, li l-metodu ta’ finanzjament tal-interventi volontarji kien differenti minn dak tal-interventi obbligatorji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, fil-kuntest tal-eżami tal-allegata natura obbligatorja tal-kontribuzzjonijiet użati mill-FITD sabiex iwettaq l-intervent inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 153 tas-sentenza appellata sempliċement tikkonstata, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 177 tal-konklużjonijiet tiegħu, li b’differenza mir-riżorsi neċessarji għall-funzjonament tal-konsorzju, l-imsemmija kontribuzzjonijiet kienu meqjusa li huma antiċipi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>imħallsa mill-membri lill-FITD, li kien jiġġestixxihom f’isimhom bħala mandatarju<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-punt 154 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, għal dak li jirrigwarda l-interventi volontarji, huwa l-obbligu ta’ kontribuzzjoni għall-intervent, u mhux il-metodu ta’ finanzjament tal-kontribuzzjonijiet, li joriġina minn dispożizzjoni statutorja ta’ natura privata, peress li l-Qorti Ġenerali enfasizzat li l-obbligu ta’ intervent joriġina minn dispożizzjoni leġiżlattiva meta l-FITD huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>speċifikament inkarigat mill-Istat sabiex jiġġestixxi l-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri abbażi tal-garanzija legali tad-depożiti<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat, mingħajr ma hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Peress li ma ntlaqa’ l-ebda wieħed miż-żewġ aggravji invokati mill-Kummissjoni insostenn tal-appell tagħha, hemm lok li dan l-appell jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti deċiżjoni dwar l-ispejjeż. L-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, jipprevedi li l-parti li titlef hija kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni tilfet l-appell hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż kif mitlub mir-Repubblika Taljana, BPB, il-FITD u l-Bank tal-Italja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>