|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
620 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Novembru 2005
li temenda d-Deċiżjoni 2003/322/KE dwar it-tmigħ ta’ ċerti tjur nekrofaġi b’ċertu materjal ta’ kategorija 1
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4521)
(It-testi bil-lingwa Spanjola, Griega, Franċiża, Taljana u Portugiża biss huma awtentiċi)
(2005/830/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għal konsum tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 (2) (d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/322/KE tat-12 ta’ Mejju 2003 li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tmigħ ta’ ċerti għasafar nekrofaġi b’ċerti materjali tal-kategorja 1 (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-tmigħ ta’ ċerti speċi fil-periklu jew protetti ta’ l-għasafar nekrofaġi minn ċerti Stati Membri. |
|
(2) |
Fi qbil ma’dik id-Deċiżjoni u sabiex jinżamm ir-riskju mit-tixrid ta’ l-Enċefalopatija Sponġiformi li Tinxtered (TSE), il-karkassi ta’ l-annimali bovini, ovini u kaprini maħsuba biex jintużaw għat-tmigħ għandhom jiġu ttestjati għat-TSE u joħorġu b’riżultat negattiv qabel ma jintużaw. |
|
(3) |
Sabiex titjieb id-disponnibilità ta' l-għalf għall-ispeċi fil-perikolu jew protetti, huwa xieraq li jitqabblu r-rekwiżiti għall-ittestjar għall-karkassi użati għall-għalf bi speċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (3), waqt li jiġu llimitati l-proporzjonijiet tal-karkassi ovini u kaprini li jridu jiġu kkampjunati. |
|
(4) |
Il-projbizzjoni dwar l-użu tal-karkassi ttestjati għat-TSE b’riżultat pożittiv għall-għalf għandha tibqa’. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2003/322/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2003/322/KE, Parti B (3) (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“b) |
jrid jiġi żgurat li l-karkassi ta’ l-annimali bovini u ta’ mill-inqas 4 % tal-karkassi ta’ l-annimali ovini u kaprini maħsuba biex jintużaw għat-tmigħ huma ttestjati qabel l-użu u joħorġu b’riżultat negattiv, fil-programm ta’ monitoraġġ tat-TSE mwettaq skond l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru. 999/2001; u” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Diċembru 2005.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta’ Novembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1 Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2005 (ĠU L 66, ta' l-12.3.2005, p. 10).
(2) ĠU L 117, 13.5.2003, p. 32. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/455/KE (ĠU L 156, tat-30.4.2004, p. 45). verżjoni kkoreġuta ĠU L 202, 7.6.2004, p. 31).
(3) ĠU L 147, ta' l-31.5.2001, p. 1. Regolament kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 932/2005 (ĠU L 163, 23.6.2005, p. 1).