|
12.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/447/PESK
tal-11 ta’ Awwissu 2010
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta’ Lulju 2003, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/537/PESK (1) li taħtar lis-Sur Marc OTTE bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “ir-RSUE”) għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani. |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Frar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/107/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sal-31 ta’ Awwissu 2010. |
|
(3) |
Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż sat-28 ta’ Frar 2011 jew sakemm il-Kunsill jiddeċiedi, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (minn hawn ‘il quddiem “ir-RGħ”), li funzjonijiet adatti korrispondenti għal dawk skont id-Deċiżjoni 2010/107/PESK ġew stabbiliti fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u jtemm il-mandat. |
|
(4) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/107/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea Il-mandat tas-Sur Marc OTTE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2011 jew sakemm il-Kunsill jiddeċiedi, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli, li funzjonijiet adatti korrispondenti għal dawk skont id-Deċiżjoni attwali ġew stabbiliti fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u jtemm il-mandat.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Finanzjament 1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2010 għandu jkun ta’ EUR 730 000. 2. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sat-28 ta’ Frar 2011 għandu jkun ta’ EUR 585 000. 3. In-nefqa għandha tiġi amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. 4. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għan-nefqa kollha.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE