<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-316/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0316</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1030">EU:C:2020:1030</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20201217">17.12.2020</DATE> – Kawża C‑316/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il‑Kummissjoni vs Is‑Slovenja (Arkivji tal-BĊE)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: is-Sloven.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 343 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Statut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 39</KEYWORD><KEYWORD>Privileġġi u immunitajiet tal-BĊE</KEYWORD><KEYWORD>Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 2, 18 u 22</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-BĊE</KEYWORD><KEYWORD>Konfiska ta’ dokumenti fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(3) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑316/19,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, imressaq fis‑<DATE ISO="20190416">16 ta’ April 2019</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Flynn u B. Rous Demiri, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P>sostnuta minn:</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)</HT>, irrappreżentat minn K. Kaiser, C. Zilioli, F. Malfrère u A. Šega, bħala aġenti, assistiti minn D. Sarmiento Ramírez‑Escudero, abogado,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tas-Slovenja</HT>, irrappreżentata minn V. Klemenc, A. Grum, N. Pintar Gosenca u K. Rejec Longar, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev, A. Prechal, L. Bay Larsen, N. Piçarra u A. Kumin, Presidenti ta’ Awla, T. von Danwitz, C. Toader, M. Safjan, D. Šváby, P. G. Xuereb (Relatur), L. S. Rossi u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Longar, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20200622">22 ta’ Ġunju 2020</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi wettqet unilateralment il-konfiska ta’ dokumenti marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-Eurosistema fil-bini tal-Banka Slovenije (il-Bank Ċentrali tas-Slovenja) u billi ma kkooperatx lealment mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) f’dan il-qasam, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 343 TFUE, l-Artikolu 39 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="202" PAGE.FIRST="230" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 202, p. 230</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="400" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 400, p. 1</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="059" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, C 59, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), l-Artikoli 2, 18 u 22 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="202" PAGE.FIRST="266" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 202, p. 266</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="400" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 400, p. 1</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="059" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, C 59, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Skond l-Artikolu 282(1) [TFUE], il-[BĊE] flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali għandhom jikkostitwixxu s-[SEBĊ]. Il-BĊE flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkostitwixxu l-Eurosistema.</ALINEA><ALINEA>Is-SEBĊ u l-BĊE għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom u jwettqu l-attivitajiet tagħhom skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u ta’ dan l-Istatut.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ dan il-protokoll jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Is-SEBĊ tkun regolata mill-korpi deċiżjonali tal-BĊE li fihom jittieħdu d-deċiżjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 9.2 tal-imsemmi protokoll jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-BĊE għandha tiżgura li l-kompiti mogħtija lis-SEBĊ taħt l-Artikolu 127(2), (3) u (5) [TFUE] imsemmi jitwettqu bl-attivitajiet tiegħu stess, konformement ma’ dan l-Istatut, jew permezz tal-banek ċentrali nazzjonali konformement ma’ l-Artikoli 12.1 u 14.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9.3 tal-istess protokoll:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Skond l-Artikolu 129(1) [TFUE], il-korpi deċiżjonali tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom ikunu l-Kunsill Regolatorju u l-Bord Eżekuttiv.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 10.1 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Skond l-Artikolu 283(1) [TFUE], il-Kunsill Regolatorju għandu jiġbor fih il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 14.3 ta’ dan il-protokoll huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-banek ċentrali nazzjonali huma parti integrali mis-SEBĊ u għandhom jaġixxu skond il-linji direttivi u l-istruzzjonijiet tal-BĊE. Il-Kunsill Regolatorju għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiżgura li l-linji direttivi u l-istruzzjonijiet tal-BĊE jiġu mħarsa, u għandu jirrikjedi li tingħatalu kull informazzjoni li tkun tinħtieġ.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 39 tal-imsemmi protokoll jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-BĊE għandu jgawdi fit-territorji ta’ l-Istati Membri, dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li jkunu meħtieġa għall-qadi ta’ d-dmirijiet tiegħu, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-[Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet].<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-preambolu tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>FILWAQT LI KKUNSIDRAW li, skond l-Artikolu 343 [TFUE] u l-Artikolu 191 [EA], l-Unjoni Ewropea u l-[Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika] għandhom igawdu fit-territorji ta’ l-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan il-protokoll jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-postijiet u l-bini ta’ l-Unjoni ikunu invjolabbli. Ikunu eżenti minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi ta’ l-Unjoni ma jkunu suġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmi protokoll jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-arkivji ta’ l-Unjoni ikunu invjolabbli.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 18 tal-istess protokoll:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni għandhom, bl-għan li jiġi applikat dan il-Protokoll, jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet responsabbli ta’ l-Istati Membri involuti.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Dan il-Protokoll għandu jkun japplika wkoll għall-[BĊE], għall-membri ta’ l-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll [dwar is-SEBĊ u l-BĊE].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Mix-xahar ta’ Frar 2015, il-Bank Ċentrali tas-Slovenja u l-awtoritajiet Sloveni tal-infurzar tal-liġi (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>awtoritajiet Sloveni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) kellhom skambji dwar investigazzjoni mmexxija minn dawn tal-aħħar u li kienet tirrigwarda ċerti membri tal-persunal ta’ dan il-bank ċentrali, fosthom il-Gvernatur li kien fil-kariga (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Gvernatur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), li kienu s-suġġett ta’ suspetti ta’ abbuż ta’ poter u ta’ funzjonijiet uffiċjali fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni, fl‑2013, ta’ bank Sloven. Fil-kuntest ta’ dawn l-iskambji, il-Bank Ċentrali tas-Slovenja bagħat lill-awtoritajiet Sloveni, fuq talba ta’ dawn<?PAGE NO="4"?> tal-aħħar, ċerta informazzjoni u ċerti dokumenti, li ma kinux marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema. L-awtoritajiet Sloveni qiesu, madankollu, li l-Bank Ċentrali tas-Slovenja ma kienx ipprovda l-informazzjoni u d-dokumenti kollha mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>, abbażi ta’ żewġ digrieti tal-Okrožno sodišče v Ljubljani (il-Qorti Reġjonali ta’ Ljubljana, is-Slovenja), tat‑30 ta’ Ġunju u tas‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>, l-awtoritajiet Sloveni wettqu, fil-kuntest tal-investigazzjoni msemmija iktar ’il fuq, tfittxija u konfiska ta’ dokumenti fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għalkemm il-Bank Ċentrali tas-Slovenja sostna li dawn il-miżuri kienu jikkonċernaw l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>arkivji tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, protetti mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, li għalihom l-awtoritajiet Sloveni ma kellux ikollhom aċċess mingħajr il-kunsens espliċitu tal-BĊE, dawn tal-aħħar komplew b’din it-tfittxija u b’din il-konfiska ta’ dokumenti mingħajr ma involvew lill-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-awtoritajiet Sloveni kkonfiskaw, minbarra dokumenti fiżiċi, dokumenti elettroniċi mis-server informatiku tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja, kif ukoll il-kompjuters personali tal-persuni ssuspettati. Id-dokumenti kkonfiskati, li kienu fil-pussess tal-Gvernatur, kienu jinkludu l-komunikazzjonijiet kollha mwettqa permezz tal-kont tal-posta elettronika tiegħu, id-dokumenti elettroniċi kollha li kienu jinsabu fuq il-post tax-xogħol tiegħu u fuq il-laptop tiegħu, fir-rigward tal-perijodu bejn l‑2012 u l‑2014, indipendentement mill-kontenut tagħhom, kif ukoll dokumenti relatati ma’ dan il-perijodu u li kienu jinsabu fl-uffiċċju tal-Gvernatur. L-awtoritajiet Sloveni kkonfiskaw ukoll id-dokumenti elettroniċi kollha li kienu rreġistrati fuq is-server informatiku tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja, li jikkonċernaw il-Gvernatur, għall-imsemmi perijodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-istess jum, il-President tal-BĊE, f’ittra indirizzata lill-awtoritajiet Sloveni, ikkontesta formalment il-konfiska ta’ dokumenti mwettqa minn dawn tal-aħħar, billi invoka l-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-BĊE. B’mod partikolari, huwa lmenta dwar il-fatt li dawn l-awtoritajiet ma kienu għamlu xejn sabiex tinstab soluzzjoni li tippermetti li jiġi kkonċiljat it-twettiq tal-investigazzjoni mmexxija minnhom u l-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-iskambji sussegwenti bejn il-BĊE u l-awtoritajiet Sloveni, dawn tal-aħħar informaw lill-BĊE, fis‑<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>, li kien biss wara li jiġu rċevuti d-dokumenti kkonfiskati li kienu ser jiġu eżaminati l-oġġezzjonijiet eventwali relatati mal-privileġġi u mal-immunitajiet tal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160726">26 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-BĊE ppropona lill-awtoritajiet Sloveni li jiftiehmu fuq metodoloġija għall-finijiet tal-identifikazzjoni tad-dokumenti kkonfiskati li jappartjenu għall-arkivji tiegħu, b’mod li dawn id-dokumenti jkunu jistgħu jiġu esklużi minn evalwazzjoni immedjata matul l-investigazzjoni u b’mod li l-BĊE jingħata l-possibbiltà li jiddetermina jekk kellhiex titneħħa l-protezzjoni fir-rigward tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160727">27 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Prosekutur tal-Istat inkarigat mill-kawża (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Prosekutur tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) informa lill-BĊE li huwa kien iqis li din il-proposta kienet tikkostitwixxi ndħil fl-investigazzjoni inkwistjoni. Madankollu, huwa wera li kien lest li jeżamina ulterjorment it-tħassib espress mill-BĊE u ddikjara li kien lest li jiltaqa’ mar-rappreżentanti ta’ dan tal-aħħar fl-aħħar tax-xahar ta’ Awwissu 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160805">5 ta’ Awwissu 2016</DATE>, il-BĊE ppreżenta rikors kontra ż-żewġ digrieti tal-Okrožno sodišče v Ljubljani (il-Qorti Reġjonali ta’ Ljubljana) imsemmija fil-punt 15 ta’ din is-sentenza quddiem l-Upravno sodišče (il-Qorti Amministrattiva, is-Slovenja), li ġie miċħud minn din tal-aħħar permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20160809">9 ta’ Awwissu 2016</DATE>. L-appell ippreżentat mill-BĊE kontra din id-deċiżjoni ġie miċħud, fil‑<DATE ISO="20161011">11 ta’ Ottubru 2016</DATE>, mill-Vrhovno sodišče (il-Qorti Suprema, is-Slovenja).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160816">16 ta’ Awwissu 2016</DATE>, il-Prosekutur tal-Istat informa lill-BĊE li kien iddeċieda li jipposponi ż-żamma tal-laqgħa prevista mar-rappreżentanti ta’ dan tal-aħħar, filwaqt li indika li kien ta istruzzjonijiet lill-pulizija Slovena sabiex ma teżaminax id-dokumenti kkonfiskati sakemm huwa ma jkunx ħa pożizzjoni definittiva dwar il-kwistjoni tal-kooperazzjoni mal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, il-Prosekutur tal-Istat indika lill-BĊE li l-investigaturi kienu ser jibdew bil-konservazzjoni tad-data elettronika kkonfiskata, konformement maż-Zakon o kazenskem postopku (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali), mis‑17 ta’ Novembru ta’ wara, u li r-rappreżentant tal-BĊE kien mistieden jipparteċipa f’din il-proċedura ta’ konservazzjoni, li kienet tinvolvi l-ħolqien ta’ kopji ta’ din id-data. Fil‑<DATE ISO="20161111">11 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-President tal-BĊE aċċetta din l-istedina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura ta’ konservazzjoni kienet ippjanata għal bejn is‑17 ta’ Novembru u l‑<DATE ISO="20161224">24 ta’ Diċembru 2016</DATE> u l-laqgħa bejn il-BĊE u l-Prosekutur tal-Istat kienet prevista għat‑18 ta’ Novembru tal-istess sena, il-BĊE ressaq, fis‑<DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, talba għal miżuri provviżorji quddiem l-Okrožno sodišče v Ljubljani (il-Qorti Reġjonali ta’ Ljubljana), sabiex tiġi ordnata s-sospensjoni ta’ din il-proċedura ta’ konservazzjoni tad-dokumenti elettroniċi kkonfiskati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas‑<DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>, l-Okrožno sodišče v Ljubljani (il-Qorti Reġjonali ta’ Ljubljana) ċaħdet din it-talba. Skont din il-qorti, id-data u d-dokumenti kkonfiskati mill-awtoritajiet Sloveni ma kinux jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>arkivji tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> protetti mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-proċedura ta’ konservazzjoni tad-data elettronika kkonfiskata mill-awtoritajiet Sloveni saret bejn is‑17 ta’ Novembru u l‑<DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>. Ir-rappreżentant tal-BĊE, li kien preżenti matul din il-proċedura, invoka espressament ksur tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>arkivji tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170117">17 ta’ Jannar 2017</DATE>, il-BĊE ppreżenta rikors kostituzzjonali kontra d-digriet imsemmi fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, billi invoka drittijiet proċedurali fundamentali stabbiliti fl-Ustava Republike Slovenije (il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja), b’mod partikolari d-dritt għal qorti legali. Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors kostituzzjonali, il-BĊE enfasizza li huwa qies li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiġi adita b’talba għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet. Fid‑<DATE ISO="20180419">19 ta’ April 2018</DATE>, l-Ustavno sodišče (il-Qorti Kostituzzjonali, is-Slovenja) ċaħdet dan ir-rikors, minħabba li l-BĊE ma kellux id-drittijiet proċedurali fundamentali li huwa kien qiegħed invoka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tal‑<DATE ISO="20170515">15 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-Prosekutur tal-Istat informa lir-rappreżentant tal-BĊE li l-pulizija Slovena issa kienet fil-proċess li teżamina d-dokumenti kkonfiskati u li huwa kien ta istruzzjonijiet lil din tal-aħħar sabiex tneħħi mill-fajl, minn naħa, id-dokumenti kollha uffiċjalment u formalment maħruġa mill-BĊE u, min-naħa l-oħra, il-posta elettronika kollha mibgħuta mill-BĊE, inkwantu speditur, u rċevuta mill-Bank Ċentrali tas-Slovenja, inkwantu destinatarju. Il-Prosekutur tal-Istat ippropona lill-BĊE li jeżamina dawn id-dokumenti, bla ħsara għall-kunsens tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja, sabiex huwa jkun jista’ jesprimi ruħu dwar il-possibbiltà ta’ preġudizzju għall-kompiti u għall-funzjonijiet tiegħu li jirriżulta mill-użu tal-imsemmija dokumenti għall-finijiet tal-investigazzjoni u ta’ proċedura kriminali. Huwa enfasizza li, fil-preżenza ta’ tali preġudizzju, huwa jitlob li l-kawża tiġi ttrattata <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> jew li jiġi ordnat li l-eżami tal-mertu tal-kawża jibqa’ kunfidenzjali. Il-Prosekutur tal-Istat ikkonkluda billi ddikjara li kien lest li jikkunsidra l-proposti u s-suġġerimenti tal-BĊE, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe talba intiża sabiex l-investigazzjoni tiġi pprojbita jew sabiex tinkiseb ir-restituzzjoni tad-dokumenti kkonfiskati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-risposta tiegħu tad‑<DATE ISO="20170529">29 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-BĊE ppropona li ż-żewġ partijiet jiltaqgħu sabiex jiddiskutu iktar dwar kooperazzjoni reċiproka sabiex tiġi żgurata l-invjolabbiltà tal-arkivji tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Waqt laqgħa tat‑<DATE ISO="20170612">12 ta’ Ġunju 2017</DATE> mal-Prosekutur tal-Istat, il-BĊE enfasizza li huwa kien tal-opinjoni li l-arkivji tiegħu kienu jinkludu, l-ewwel, id-dokumenti mfassla minnu stess fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, it-tieni, il-komunikazzjonijiet bejnu u l-banek ċentrali nazzjonali li kienu neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ jew tal-Eurosistema u, it-tielet, id-dokumenti mfassla minn dawn il-banek ċentrali intiżi għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ jew tal-Eurosistema. Huwa sostna wkoll li, qabel ma tali dokumenti jkunu jistgħu jintużaw fil-kuntest ta’ proċedura kriminali mmexxija minn awtoritajiet nazzjonali, huwa kellu jneħħi l-protezzjoni li jibbenefikaw minnha dawn id-dokumenti. Il-BĊE madankollu indika li huwa ma kienx ser jopponi ruħu għal tali tneħħija jekk din tkun fl-interess tal-proċedura mmexxija mill-awtoritajiet nazzjonali u jekk ma tmurx kontra l-interessi tiegħu stess, protetti mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalkemm il-Prosekutur tal-Istat u l-BĊE la qablu dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>arkivji tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, u lanqas dwar il-kontenut tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali, huma qablu li jkomplu d-diskussjoni dwar il-kooperazzjoni futura tagħhom u qablu li l-BĊE kellu, fl-istadju sussegwenti, jipprepara proposta ta’ kriterji ta’ identifikazzjoni tad-dokumenti koperti minn dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE>, il-BĊE bagħat lill-Prosekutur tal-Istat il-proposta tiegħu dwar l-identifikazzjoni tad-dokumenti li kienu jagħmlu parti mill-arkivji tal-BĊE. F’dan ir-rigward, huwa ssuġġerixxa li għandhom jiġu identifikati, fl-ewwel lok, id-dokumenti li joriġinaw minnu stess u d-dokumenti li huwa kien bagħat lill-Bank Ċentrali tas-Slovenja jew lill-persunal ta’ dan tal-aħħar u, fit-tieni lok, id-dokumenti li l-Bank Ċentrali tas-Slovenja kien ipprepara fil-kuntest tat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ jew tal-Eurosistema. Barra minn hekk, il-BĊE ppropona li l-pulizija Slovena tagħti lura lill-Bank Ċentrali tas-Slovenja d-dokumenti kollha li hija ma kinitx tqis bħala rilevanti għall-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Waqt laqgħa li saret fit‑<DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE>, il-Prosekutur tal-Istat informa lill-BĊE li l-pulizija Slovena kienet temmet l-eżami tad-dokumenti kkonfiskati u li huwa kien qiegħed jistenna, fil-ħarifa, rapport li jippreżenta l-konklużjonijiet finali ta’ din tal-aħħar. Filwaqt li kkonferma li għad hemm diverġenzi dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>arkivji tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, huwa osserva li d-dokumenti kollha li ma humiex rilevanti għall-investigazzjoni ser jinqerdu jew jintbagħtu lura lill-persuna li mingħandha kienu ġew ikkonfiskati. Huwa ddikjara wkoll li l-BĊE kien ser ikollu l-possibbiltà li jeżamina d-dokumenti kollha li jissodisfaw il-kriterji li huwa kien ippropona fl-ittra elettronika tiegħu tal‑<DATE ISO="20170515">15 ta’ Mejju 2017</DATE>, imsemmija fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, ladarba l-pulizija Slovena tkun stabbilixxiet ir-rapport finali tagħha. Madankollu, sabiex jiġi evitat li l-BĊE jindaħal fil-proċeduri pendenti, id-dokumenti użati għal dan ir-rapport finali kienu ser jiġu kkomunikati lill-BĊE biss wara li dawn jintbagħtu mill-pulizija Slovena lill-Uffiċċju tal-Prosekutur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20161209">9 ta’ Diċembru 2016</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra lir-Repubblika tas-Slovenja, fil-kuntest tal-proċedura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>EU Pilot<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fejn esprimiet id-dubji tagħha dwar l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 2 u 22 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, fir-rigward tal-konfiska ta’ dokumenti mwettqa fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>. Ir-Repubblika tas-Slovenja wieġbet għal din l-ittra permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20170123">23 ta’ Jannar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika tas-Slovenja, li fiha enfasizzat li, billi wettqet it-tfittxija u l-konfiska ta’ dokumenti fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tosserva l-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-BĊE, bi ksur tal-Artikolu 343 TFUE, tal-Artikolu 39 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE kif ukoll tal-Artikoli 2 u 22 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet. Hija informat lir-Repubblika tas-Slovenja wkoll li hija kienet tqis li l-awtoritajiet Sloveni ma kellhomx diskussjonijiet kostruttivi dwar din il-kwistjoni mal-BĊE, kuntrarjament għal dak li jeżiġi l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE u fl-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tas-Slovenja wieġbet għal din l-ittra ta’ intimazzjoni permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, li fiha enfasizzat li d-dokumenti kkonfiskati ma setgħux jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>arkivji tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li qieset li t-tweġiba mogħtija mir-Repubblika tas-Slovenja ma kinitx sodisfaċenti, il-Kummissjoni ħarġet, fl‑<DATE ISO="20180720">20 ta’ Lulju 2018</DATE>, opinjoni motivata, li fiha stiednet lir-Repubblika tas-Slovenja tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma’ din l-opinjoni f’terminu ta’ xahrejn minn meta tirċievi l-imsemmija opinjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil‑11 ta’ Settembru ta’ wara, ir-Repubblika tas-Slovenja, fit-tweġiba tagħha għall-istess opinjoni motivata, ikkontestat in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20190723">23 ta’ Lulju 2019</DATE>, il-BĊE ġie awtorizzat jintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-BĊE</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-BĊE, issostni li, billi wettqet unilateralment il-konfiska ta’ dokumenti marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja, ir-Repubblika tas-Slovenja kisret il-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-BĊE u, konsegwentement, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 343 TFUE, l-Artikolu 39 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, l-Artikoli 2, 18 u 22 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet kif ukoll l-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>arkivji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li jinsab fl-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, minkejja li ma ġiex iddefinit f’dan il-protokoll, jinkludi d-dokumenti kollha li jappartjenu lil istituzzjoni tal-Unjoni jew li huma miżmuma minnha, ikun xi jkun il-mezz użat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-privileġġi u l-immunitajiet irrikonoxxuti minn dan il-protokoll huma biss ta’ natura funzjonali sa fejn dawn huma intiżi li jevitaw li jkun hemm ostakolu għall-funzjonament u għall-indipendenza tal-Unjoni. Issa, fid-dawl tal-istruttura istituzzjonali partikolari tas-SEBĊ u tal-Eurosistema, l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika mhux biss għad-dokumenti miżmuma mill-BĊE, iżda wkoll għad-dokumenti miżmuma mill-banek ċentrali nazzjonali li jagħmlu parti mis-SEBĊ u mill-Eurosistema, bħall-Bank Ċentrali tas-Slovenja, sa fejn dawn id-dokumenti jirrigwardaw it-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ jew tal-Eurosistema, kemm jekk ġejjin mill-BĊE jew mill-banek ċentrali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>L-ewwel, mill-Artikolu 282(1) TFUE u mill-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE jirriżulta li, minn naħa, is-SEBĊ hija komposta mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro jikkostitwixxu l-Eurosistema, li l-banek ċentrali nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>huma parti integrali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> minnha, konformement mal-Artikolu 14.3 ta’ dan il-protokoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>It-tieni, l-istruttura speċifika tas-SEBĊ u tal-Eurosistema toħloq inevitabbilment rabta mill-qrib bejn il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali. B’mod partikolari, mill-Artikolu 282(2) TFUE u mill-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE jirriżulta li s-SEBĊ hija mmexxija mill-korpi deċiżjonali tal-BĊE,<?PAGE NO="8"?> inkluż mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE li, skont l-Artikolu 283(1) TFUE u l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, il-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma membri tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tielet, it-Trattat FUE jagħti kompiti lill-BĊE, lis-SEBĊ u lill-Eurosistema. F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 9.2 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE jirriżulta li l-kompiti mogħtija lis-SEBĊ għandhom jitwettqu jew mill-BĊE stess jew mill-banek ċentrali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-banek ċentrali nazzjonali u l-gvernaturi tagħhom jipparteċipaw direttament fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BĊE kif ukoll fl-implimentazzjoni u fl-eżekuzzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet. Il-funzjonament tas-sistema stabbilita b’dan il-mod jeħtieġ l-iskambju ta’ dokumenti fi ħdan is-SEBĊ u l-Eurosistema, kif ukoll bejn il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali, sabiex jiġu adottati d-deċiżjonijiet neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema, kif ukoll għall-implimentazzjoni u għall-eżekuzzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet mill-banek ċentrali nazzjonali. Sabiex jiġi evitat kull preġudizzju għall-funzjonament tajjeb u għall-indipendenza tal-BĊE, kif ukoll tas-SEBĊ u tal-Eurosistema kollha kemm huma, il-livell ta’ protezzjoni għandu konsegwentement ikun identiku għad-dokumenti kollha stabbiliti għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema. Għaldaqstant, dawn id-dokumenti kollha għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>arkivji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, anki jekk ikunu miżmuma minn bank ċentrali nazzjonali jew jinsabu fil-bini tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, huwa stabbilit li, waqt it-tfittxija li saret fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE> fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja, l-awtoritajiet Sloveni kkonfiskaw dokumenti li jagħmlu parti mill-arkivji tal-Unjoni. Ċertament, il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni preċiża dwar in-natura tad-dokumenti li jagħmlu parti mill-arkivji tal-Unjoni li ġew ikkonfiskati f’din l-okkażjoni. Madankollu, is-sempliċi fatt li l-materjal informatiku tal-persuni ssuspettati kif ukoll id-dokumenti msemmija fil-punt 17 ta’ din is-sentenza kollha ġew ikkonfiskati jfisser li xi dokumenti li jagħmlu parti mill-arkivji tal-Unjoni neċessarjament ġew ikkonfiskati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-prinċipju tal-invjolabbiltà ta’ dawn l-arkivji jimplika li l-awtoritajiet nazzjonali jista’ jkollhom aċċess għalihom biss bil-kunsens minn qabel tal-BĊE jew, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-BĊE u dawn l-awtoritajiet, bl-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Issa, f’dan il-każ, it-tfittxija u l-konfiska tad-dokumenti kkonċernati twettqu b’mod unilaterali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tas-Slovenja tirribatti li hija ma kisritx il-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li kemm mid-dritt internazzjonali kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-valuri fundamentali tal-Unjoni, bħall-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ftuħ u tal-Istat tad-dritt, jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>privileġġi u immunitajiet<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> għandu jiġi interpretat b’mod strett u li, mhux talli ma huwiex ta’ natura assoluta, iżda l-eżerċizzju ta’ dawn il-privileġġi u l-immunitajiet huwa limitat funzjonalment għall-portata neċessarja sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet tagħha kif ukoll sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dawn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-għan tas-sistema tal-privileġġi u tal-immunitajiet tad-dritt internazzjonali huwa li jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, li jkunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>f’pożizzjoni dgħajfa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> meta mqabbla mal-Istati Membri fundaturi tagħhom. Issa, fid-dawl tal-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni u tan-natura partikolari tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet tagħha ma humiex f’pożizzjoni bħal din meta mqabbla mal-Istati Membri. Għaldaqstant, l-arkivji tal-Unjoni, inklużi dawk tal-BĊE, jibbenefikaw minn protezzjoni inqas wiesgħa milli fil-kuntest tas-sistema tal-privileġġi u tal-immunitajiet tad-dritt internazzjonali, u dan jimmilita favur interpretazzjoni stretta tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li l-immunità funzjonali tal-organizzazzjonijiet internazzjonali hija ta’ interess pubbliku leġittimu, din ma hijiex assoluta u għandha tiġi rrikonċiljata ma’ interessi pubbliċi oħra. Fl-Unjoni, il-prinċipju tal-Istat tad-dritt jipprevali fuq il-privileġġi u l-immunitajiet tagħha. Issa,<?PAGE NO="9"?> l-investigazzjoni kif ukoll is-sentenza indipendenti u imparzjali tar-reati kriminali, li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>premessa fundamentali tal-Istat tad-dritt<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Kieku l-awtoritajiet Sloveni kellhom jitolbu l-kunsens minn qabel tal-BĊE qabel ma bdew it-tfittxija li huma wettqu f’dan il-każ, din l-indipendenza ma kinitx tiġi żgurata, peress li l-Gvernatur huwa marbut mill-qrib mal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li l-privileġġi u l-immunitajiet previsti fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet huma żgurati lill-Unjoni biss sa fejn huwa neċessarju sabiex jiġi evitat ostakolu għall-funzjonament u għall-indipendenza tagħha, l-oneru tal-prova tal-eżistenza ta’ tali ostakolu huwa fuq l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata. Madankollu, il-Kummissjoni u l-BĊE ma wrewx li l-konfiska ta’ dokumenti mwettqa mill-awtoritajiet Sloveni kienet, eventwalment, effettivament ostakolat b’xi mod il-funzjonament ta’ dan tal-aħħar jew ikkompromettiet il-politika ekonomika u monetarja tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>arkivji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> għandu wkoll jiġi interpretat b’mod strett u li d-dokumenti kkonfiskati mill-awtoritajiet Sloveni fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja ma kinux jagħmlu parti mill-arkivji tal-BĊE. F’dan ir-rigward, l-ewwel, hija ssostni li, f’dan il-każ, hija rilevanti l-leġiżlazzjoni dwar l-immunità tal-arkivji fid-dritt internazzjonali, b’mod partikolari dik applikabbli għar-relazzjonijiet konsulari u diplomatiċi. Issa, skont il-ġurisprudenza ta’ qrati internazzjonali u nazzjonali, id-dokumenti li jappartjenu lill-persuna li tibbenefika mill-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji jew li huma miżmuma minn din il-persuna biss jistgħu jitqiesu li jagħmlu parti mill-arkivji, u mhux dawk li jintbagħtu lil terz minn tali persuna jew li huma miżmuma minn terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>It-tieni, l-għan tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet huwa li jiżgura l-indipendenza tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk, il-BĊE biss jista’ jgawdi mill-privileġġi u mill-immunitajiet previsti minn dan il-protokoll bħala istituzzjoni tal-Unjoni, u mhux is-SEBĊ u l-banek ċentrali nazzjonali, bħala parti integrali tas-SEBĊ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>It-tielet, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni difiża mill-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-arkivji tal-Unjoni jistgħu jinsabu fil-kompjuters tal-membri tal-persunal u tal-uffiċjali nazzjonali kollha li huma membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew li jaħdmu taħt id-direzzjoni tagħhom, inklużi l-ministri tal-Istati Membri li jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tal-Istati Membri li jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-membri tal-persunal kollha li jaħdmu fil-kumitati u fl-aġenziji tal-Unjoni, li fil-prattika twassal għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>sitwazzjonijiet assurdi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> li fihom id-dokumenti kollha fil-pussess tal-gvern nazzjonali u tal-ministri tiegħu, tal-Kap tal-Istat u ta’ amministrazzjonijiet sħaħ tal-Istat jitqiesu bħala arkivji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Ir-raba’, huwa impossibbli li tiġi implimentata l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>arkivji tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> proposta mill-Kummissjoni, fid-dritt u fil-fatt, peress li dan jimpedixxi jew jostakola b’mod qawwi kwalunkwe investigazzjoni kriminali fis-settur pubbliku tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni wkoll li, anki jekk jitqies li d-dokumenti kkonfiskati mill-awtoritajiet Sloveni fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja jagħmlu parti mill-arkivji tal-BĊE, dan il-fatt ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi kkonstatat li hija kisret il-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>L-ewwel, l-obbligu li l-arkivji jiġu identifikati b’mod ċar u li jiġu protetti jaqa’ fuq dak li jinvoka l-prinċipju tal-invjolabbiltà tagħhom. Peress li, f’dan il-każ, il-BĊE naqas milli jidentifika b’mod adegwat l-arkivji tiegħu u ma pproteġihomx bil-mod debitu, ma huwiex possibbli li jiġi implimentat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>arkivji tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> adottat minnu, minħabba li tali impossibbiltà bl-ebda mod ma hija marbuta mal-mod kif twettqet l-investigazzjoni kriminali fis-Slovenja. Barra minn hekk, huwa preċiżament minħabba l-assenza ta’ separazzjoni fiżika u ta’ indikazzjoni fil-forma t-tajba u debita tal-arkivji tal-Unjoni li l-awtoritajiet Sloveni ma kellhomx għażla oħra ħlief li jikkonfiskaw il-beni u d-dokumenti kollha kkonċernati sabiex jiksbu l-informazzjoni mfittxija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>It-tieni, l-għan tal-investigazzjoni mmexxija mill-awtoritajiet Sloveni ma kienx li jinkiser il-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-BĊE u wisq inqas li jiġi ppreġudikat it-twettiq tal-missjoni u l-indipendenza tiegħu. Għalhekk, l-investigazzjoni nazzjonali, li saret konformement mad-dritt nazzjonali u ma’ deċiżjonijiet ġudizzjarji nazzjonali, ma kisritx dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>It-tielet, is-sens wiesa’, adottat mill-Kummissjoni u mill-BĊE, tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>arkivji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fil-prattika jimplika ostakolu totali għall-investigazzjoni kriminali sal-punt li jwassal għal impunità tal-persuni ssuspettati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Ir-raba’, l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija meħtieġa biss, b’applikazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, fil-każ fejn l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jixtiequ jadottaw miżuri ta’ restrizzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja fir-rigward ta’ beni jew assi tal-Unjoni. Mill-banda l-oħra, l-Artikolu 2 ta’ dan il-protokoll, bħall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jeħtieġx tali awtorizzazzjoni, sa fejn l-awtoritajiet Sloveni ma pprovawx jiksbu dokumenti li jappartjenu lil istituzzjonijiet tal-Unjoni jew li jinsabu fil-pussess tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni ppreċiżat li, minkejja li, fir-rikors tagħha, hija tirreferi kemm għat-tfittxija kif ukoll għall-konfiska ta’ dokumenti mwettqa mill-awtoritajiet Sloveni fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>, dan ir-rikors jirrigwarda biss, fir-realtà, din il-konfiska ta’ dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li, billi pproċedew b’mod unilaterali b’konfiska ta’ dokumenti fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>, l-awtoritajiet Sloveni kisru l-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-Unjoni. Konsegwentement, għandu jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, jekk id-dokumenti kkonfiskati mill-awtoritajiet Sloveni f’din l-okkażjoni kinux jinkludu dokumenti li jagħmlu parti mill-arkivji tal-BĊE u, jekk dan kien il-każ, fit-tieni lok, jekk il-konfiska ta’ dawn id-dokumenti kkostitwixxietx ksur tal-prinċipju tal-invjolabbiltà ta’ dawn l-arkivji.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>arkivji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni, l-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Sabiex jiġi vverifikat jekk, kif issostni l-Kummissjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja naqsitx milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dan l-artikolu, għandha l-ewwel nett tiġi ddeterminata l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>arkivji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Preliminarjament, fir-rigward tal-argument tar-Repubblika tas-Slovenja li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>arkivji<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> għandu jiġi interpretat b’riferiment għad-dritt internazzjonali, għandu jitfakkar li, b’differenza minn trattati internazzjonali ordinarji, it-trattati dwar l-Unjoni Ewropea stabbilixxew ordinament ġuridiku tagħha stess, integrat fis-sistema legali tal-Istati Membri fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn it-trattati (digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900713">13 ta’ Lulju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Zwartveld <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/88‑IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:315">EU:C:1990:315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>arkivji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, differenti minn dak li jista’ jintuża mill-organizzazzjonijiet u mill-qrati internazzjonali jew mid-dritt tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li tali kunċett, minħabba n-natura awtonoma tiegħu, għandu jinftiehem billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kliem tiegħu, fid-dawl tal-kuntest u tal-għan li għandu jintlaħaq mid-dispożizzjoni li fiha jintuża dan il-kunċett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Junqueras Vies</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑502/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1115">EU:C:2019:1115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>arkivji<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> ġeneralment tirreferi għal sett ta’ dokumenti irrispettivament mid-data tagħhom, mill-forma tagħhom u mill-mezz materjali tagħhom, miżmuma minn persuna fl-eżerċizzju tal-attività tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dritt tal-Unjoni, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>arkivji<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> ġiet iddefinita f’kuntest differenti minn dak tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, jiġifieri fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 tal‑<DATE ISO="19830201">1 ta’ Frar 1983</DATE> dwar il-ftuħ għall-pubbliku ta’ l-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea ta’ l-Energija Atomika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 3), bħala d-dokumenti kollha ta’ kull tip, irrispettivament mill-forma tagħhom u mill-mezz materjali tagħhom, li huma prodotti jew irċevuti minn waħda mill-istituzzjonijiet, wieħed mill-korpi jew wieħed mill-organi, minn wieħed mir-rappreżentanti tagħhom jew minn wieħed mill-aġenti tagħhom fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom u li jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ dawn il-komunitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Din id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>arkivji<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> hija rilevanti għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet. Fil-fatt, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan il-protokoll ma tipprekludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali definizzjoni u dan it-teħid inkunsiderazzjoni jgħin sabiex il-portata ta’ dan il-kunċett tinftiehem b’mod koerenti fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan li għandu jintlaħaq mill-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-privileġġi u l-immunitajiet, irrikonoxxuti lill-Unjoni mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, huma ta’ natura funzjonali sa fejn dawn huma intiżi sabiex jiġi evitat li jkun hemm ostakolu għall-funzjonament u għall-indipendenza tal-Unjoni (digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900713">13 ta’ Lulju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Zwartveld <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/88‑IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:315">EU:C:1990:315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200618">18 ta’ Ġunju 2020</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs RQ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑831/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:481">EU:C:2020:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-Unjoni jista’ b’mod partikolari jiġi eċċepit minn istituzzjoni tal-Unjoni sabiex jiġi prekluż l-iżvelar ta’ informazzjoni li tinsab fid-dokumenti li jinsabu fl-arkivji tal-istituzzjoni kkonċernata meta tali żvelar ikun jista’ jostakola l-funzjonament u l-indipendenza ta’ din l-istituzzjoni, b’mod partikolari billi jikkomprometti t-twettiq tal-kompiti fdati lilha (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901206">6 ta’ Diċembru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Zwartveld <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/88‑IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:440">EU:C:1990:440</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Dan l-għan ta’ protezzjoni jikkonferma li l-arkivji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet neċessarjament ikopru kull dokument relatat mal-attivitajiet tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tagħha jew mat-twettiq tal-kompiti ta’ dawn l-entitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>arkivji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, fis-sens tal-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, għandu jinftiehem bħala d-dokumenti kollha ta’ kull tip, irrispettivament mid-data tagħhom, mill-forma tagħhom u mill-mezz materjali tagħhom, li huma prodotti jew irċevuti mill-istituzzjonijiet, mill-korpi u mill-organi tal-Unjoni jew mir-rappreżentanti tagħhom u mill-aġenti tagħhom fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom u li jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ dawn l-entitajiet jew huma relatati mat-twettiq tal-kompiti ta’ dawn l-entitajiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-portata tal-arkivji tal-BĊE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Peress li l-BĊE huwa istituzzjoni tal-Unjoni, mill-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, kif interpretat fil-punt preċedenti u moqri flimkien mal-Artikolu 343 TFUE, mal-Artikolu 39 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE u mal-Artikolu 22 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, jirriżulta li l-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-Unjoni japplika għall-arkivji tal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ddeterminat jekk dokumenti li jinsabu fil-pussess mhux tal-BĊE, iżda ta’ bank ċentrali nazzjonali jistgħux ukoll jitqiesu bħala li jagħmlu parti mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>arkivji tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi kkunsidrat li, hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tagħha, l-arkivji tal-Unjoni ma għandhomx neċessarjament jinżammu fil-bini tal-istituzzjoni, tal-korp jew tal-organu kkonċernat, għaliex inkella l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet u dak tal-Artikolu 1 ta’ dan il-protokoll, li jipprevedi l-invjolabbiltà tal-postijiet u tal-bini tal-Unjoni, jitħalltu sal-punt li dan l-Artikolu 2 jitlef l-effett utli tiegħu. Minn dan isegwi li l-imsemmi Artikolu 2 ikopri l-arkivji ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, bħall-BĊE, li jinsabu f’postijiet oħra minbarra dawk tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li mill-Artikolu 282(1) TFUE kif ukoll mill-Artikoli 1 u 14.3 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE jirriżulta li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri jikkostitwixxu s-SEBĊ, peress li dawn il-banek ċentrali nazzjonali jifformaw parti integrali minn din is-sistema. Minn dan jirriżulta, barra minn hekk, li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, inkluż il-Bank Ċentrali tas-Slovenja, li jikkostitwixxu l-Eurosistema, imexxu l-politika monetarja tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 127(1) u tal-Artikolu 282(2) TFUE, l-għan prinċipali tas-SEBĊ huwa li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet, kif ifakkar l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE. Għal dan l-għan, l-Artikolu 127(2) TFUE jipprevedi li l-kompiti fundamentali li jaqgħu taħt is-SEBĊ jinkludu b’mod partikolari dak li tiġi ddefinita u implimentata l-politika monetarja tal-Unjoni. Tali kompiti huma għalhekk ir-responsabbiltà, permezz tas-SEBĊ, mhux biss tal-BĊE, iżda wkoll tal-banek ċentrali nazzjonali, u dan jitlob kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, konformement mal-Artikolu 129(1) u mal-Artikolu 282(2) TFUE kif ukoll mal-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, is-SEBĊ hija mmexxija mill-korpi deċiżjonali tal-BĊE, inkluż mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE. L-Artikolu 283(1) TFUE kif ukoll l-Artikolu 10.1 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE jipprevedu li l-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma membri tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE. Dawn il-gvernaturi, fosthom dak tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja, konsegwentement jipparteċipaw fl-adozzjoni tad-deċiżjonijiet neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mal-Artikolu 9.2 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, il-kompiti fdati lis-SEBĊ għandhom jitwettqu jew mill-BĊE nnifsu jew mill-banek ċentrali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li s-SEBĊ tirrappreżenta kostruzzjoni ġuridika oriġinali fid-dritt tal-Unjoni li tassoċja u toħloq kooperazzjoni mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet nazzjonali, jiġifieri l-banek ċentrali nazzjonali, u istituzzjoni tal-Unjoni, jiġifieri l-BĊE, u li fi ħdanha tipprevali struttura differenti u distinzjoni inqas ċara bejn l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u l-ordinamenti ġuridiċi interni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Rimšēvičs u BĊE vs Il‑Latvja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑202/18 u C‑238/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:139">EU:C:2019:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’din is-sistema integrata ħafna, mixtieqa mill-awturi tat-Trattati għas-SEBĊ, il-banek ċentrali nazzjonali, kif ukoll il-gvernaturi tagħhom, għandhom status ibridu, peress li, filwaqt li dawn ċertament jikkostitwixxu awtoritajiet nazzjonali, dawn l-awtoritajiet jaġixxu fil-kuntest tas-SEBĊ, li, kif ġie rrilevat fil-punt 79 ta’ din is-sentenza, huwa kkostitwit minn dawn il-banek nazzjonali ċentrali u mill-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tagħha, sabiex is-SEBĊ u l-Eurosistema jiffunzjonaw u jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod korrett, jeħtieġ li jeżistu kooperazzjoni mill-qrib u skambju kostanti ta’ informazzjoni bejn il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali li jipparteċipaw fiha, li neċessarjament jimplika li d-dokumenti marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema jinsabu fil-pussess mhux biss tal-BĊE, iżda wkoll tal-banek ċentrali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li tali dokumenti huma koperti mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>arkivji tal-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> anki jekk ikunu miżmuma minn banek ċentrali nazzjonali, u mhux mill-BĊE nnifsu. Fil-fatt, fid-dawl tan-natura funzjonali li għandha tiġi rrikonoxxuta lill-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-Unjoni,<?PAGE NO="13"?> kif tfakkar fil-punt 73 ta’ din is-sentenza, dan il-prinċipju jitlef l-effett utli tiegħu jekk ma jipproteġix id-dokumenti maħruġa mill-BĊE jew mill-banek ċentrali nazzjonali u li huma skambjati bejn dawn l-entitajiet għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argumenti l-oħra invokati mir-Repubblika tas-Slovenja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>L-ewwel, fir-rigward tal-argument tar-Repubblika tas-Slovenja li l-komunikazzjoni ta’ dokument lil parti terza tfisser, fid-dritt internazzjonali, li dan id-dokument ma jistax jibqa’ jitqies bħala li jagħmel parti mill-arkivji tal-Istat li wettaq tali komunikazzjoni, hemm lok li jiġi rrilevat li, fid-dawl tal-kooperazzjoni mill-qrib u tar-rabtiet strutturali eżistenti bejn il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali fil-kuntest tas-sistema integrata li tikkostitwixxi s-SEBĊ, dawn tal-aħħar ma jistgħux, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tagħha, jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>terzi<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> fir-rigward tal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>It-tieni, fir-rigward tal-argument tar-Repubblika tas-Slovenja riprodott fil-punt 58 ta’ din is-sentenza, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, fir-rigward tad-dokumenti marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>arkivji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, kif esposta fil-punt 85 ta’ din is-sentenza, hija bbażata fuq ir-relazzjonijiet partikolarment mill-qrib li jeżistu bejn il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali u li huma deskritti fil-punti 83 u 84 tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>It-tielet, l-ebda punt ta’ fatt jew ta’ liġi ma jippermetti li jitqies li tali interpretazzjoni tista’ toħloq għall-awtoritajiet ta’ Stat Membru li jixtiequ jwettqu, fil-kuntest ta’ proċedura mwettqa fuq livell nazzjonali u abbażi tad-dritt ta’ dan l-Istat Membru, il-konfiska ta’ dokumenti fil-bini ta’ bank ċentrali problemi insurmontabbli, b’tali mod li tali konfiska ma tistax tkun limitata għad-dokumenti li ma humiex marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ksur tal-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-BĊE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-konfiska ta’ dokumenti mwettqa mill-awtoritajiet Sloveni, fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>, fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja, kinitx tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-BĊE, għandu jiġi rrilevat li tali ksur jista’ jiġi kkonstatat biss jekk, minn naħa, id-deċiżjoni unilaterali, minn awtoritajiet nazzjonali, li titwettaq il-konfiska ta’ dokumenti li jappartjenu għall-arkivji tal-Unjoni tista’ tikkostitwixxi tali ksur u, min-naħa l-oħra, jekk id-dokumenti kkonfiskati f’dan il-każ fil-fatt kienu jinkludu dokumenti li għandhom jitqiesu bħala li jagħmlu parti mill-arkivji tal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, kif issostni l-Kummissjoni fir-rikors tagħha, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>invjolabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, fis-sens tal-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, jimplika protezzjoni kontra kull indħil unilaterali tal-Istati Membri. Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 67 u 68 tal-konklużjonijiet tagħha, dan huwa kkonfermat mill-fatt li dan il-kunċett, li jinsab ukoll fl-Artikolu 1 tal-protokoll, huwa deskritt bħala protezzjoni kontra kull miżura ta’ tfittxija, ta’ rekwiżizzjoni, ta’ konfiska u ta’ esproprjazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-konfiska unilaterali, minn awtoritajiet nazzjonali, ta’ dokumenti li jappartjenu għall-arkivji tal-Unjoni għandha tiġi kkunsidrata li tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tal-invjolabbiltà ta’ dawn l-arkivji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita dwar l-oneru tal-prova fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, hija l-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi l-eżistenza tal-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Hija għandha tkun dik li tipproduċi lill-Qorti tal-Ġustizzja l-provi neċessarji sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tivverifika l-eżistenza ta’ dan in-nuqqas, mingħajr ma tista’ tibbaża ruħha fuq kwalunkwe preżunzjoni (ara, b’mod<?PAGE NO="14"?> partikolari, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060427">27 ta’ April 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:253">EU:C:2006:253</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Baktirja Xylella fastidiosa)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:676">EU:C:2019:676</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li hija ma kellhiex informazzjoni preċiża dwar in-natura tad-dokumenti kkonfiskati mill-awtoritajiet Sloveni fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>, b’tali mod li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tistabbilixxi jekk parti minn dawn id-dokumenti kellhomx jitqiesu bħala li jagħmlu parti mill-arkivji tal-Unjoni. Waqt is-seduta, il-Kummissjoni spjegat, f’dan ir-rigward, mingħajr ma ġiet kontradetta mir-Repubblika tas-Slovenja, li l-imsemmija dokumenti kienu għadhom fil-pussess tal-awtoritajiet Sloveni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, kif ġie rrilevat fil-punt 17 ta’ din is-sentenza, id-dokumenti kkonfiskati mill-awtoritajiet Sloveni kienu jinkludu l-komunikazzjonijiet kollha mwettqa permezz tal-kont tal-posta elettronika tal-Gvernatur, id-dokumenti elettroniċi kollha li kienu jinsabu fuq il-post tax-xogħol u fuq il-laptop ta’ dan tal-aħħar, fir-rigward tal-perijodu bejn l‑2012 u l‑2014, indipendentement mill-kontenut tagħhom, kif ukoll dokumenti relatati mal-istess perijodu u li kienu jinsabu fl-uffiċċju tal-Gvernatur. L-awtoritajiet Sloveni kkonfiskaw ukoll id-dokumenti elettroniċi kollha li kienu jinsabu fuq is-server informatiku tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja, li jikkonċernaw il-Gvernatur, għall-perijodu bejn l‑2012 u l‑2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl, minn naħa, tan-numru kbir ta’ dokumenti hekk ikkonfiskati u, min-naħa l-oħra, tal-funzjonijiet li huwa mitlub jeżerċita l-Gvernatur ta’ bank ċentrali nazzjonali, bħall-Bank Ċentrali tas-Slovenja, fil-kuntest tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u, konsegwentement, fil-kuntest ukoll tas-SEBĊ u tal-Eurosistema, id-dokumenti kkonfiskati mill-awtoritajiet Sloveni neċessarjament inkludew dokumenti li jagħmlu parti mill-arkivji tal-BĊE. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li r-Repubblika tas-Slovenja ma tallegax li d-dokumenti kkonfiskati huma esklużivament dokumenti li ma jappartjenux għal din il-kategorija ta’ dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jista’ jitqies li huwa stabbilit li l-materjal u d-dokumenti kkonfiskati mill-awtoritajiet Sloveni fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE> inkludew dokumenti li jagħmlu parti mill-arkivji tal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Issa, peress li l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet jipprevedi espressament li l-arkivji tal-Unjoni huma invjolabbli, l-awtoritajiet Sloveni, meta kkonfiskaw tali dokumenti b’mod unilaterali, kisru l-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argumenti invokati mir-Repubblika Slovakka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>L-ewwel, għalkemm il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni ċertament huma ta’ natura funzjonali, kif tfakkar fil-punt 73 ta’ din is-sentenza, dan ma jfissirx li l-istituzzjoni kkonċernata jew, fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, il-Kummissjoni, ikollha tipprova li l-iżvelar ta’ ċerti dokumenti jimplika ostakolu għall-funzjonament u għall-indipendenza tal-Unjoni sabiex il-konfiska ta’ dawn id-dokumenti, imwettqa b’mod unilaterali mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, tkun tista’ titqies li hija illegali. Fil-fatt, tali interpretazzjoni tmur manifestament kontra kemm il-kliem kif ukoll l-għan tal-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>[l]-arkivji ta’ l-Unjoni ikunu invjolabbli<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Ċertament, il-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-Unjoni ma jfissirx li d-dokumenti li jinsabu f’dawn l-arkivji huma, f’kull każ, inaċċessibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fid-dawl tan-natura funzjonali tagħhom, il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni ma jippermettux lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiksru l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali mal-awtoritajiet nazzjonali (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900713">13 ta’ Lulju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Zwartveld <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/88‑IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:315">EU:C:1990:315</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Sabiex ikollhom aċċess għad-dokumenti li jinsabu fl-arkivji tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jeħtieġu l-kunsens tal-istituzzjoni kkonċernata jew, fil-każ ta’ rifjut ta’ aċċess, deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-qorti tal-Unjoni li tobbliga lil din l-istituzzjoni li tagħti aċċess għall-arkivji tagħha. Fil-fatt, ma jkunx jagħmel sens li l-aċċess għal tali dokumenti ma jkunx suġġett għall-kunsens tal-istituzzjoni kkonċernata jew għall-awtorizzazzjoni tal-qorti tal-Unjoni fil-każ fejn l-awtoritajiet nazzjonali jagħżlu li jipproċedu unilateralment, peress li tali ftehim jew tali awtorizzazzjoni jippermettu li tiġi żgurata l-funzjoni tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-Unjoni, jiġifieri li jiġi evitat li jinħoloq ostakolu inġustifikat għall-funzjonament u għall-indipendenza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>It-tieni, huwa ċertament minnu li, kif issostni r-Repubblika tas-Slovenja, l-immunità funzjonali tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, minkejja li tikkostitwixxi interess pubbliku leġittimu, ma hijiex assoluta u għandha tiġi rrikonċiljata mad-drittijiet u mal-interessi pubbliċi l-oħra, b’mod partikolari mal-prinċipju tal-Istat tad-dritt u, b’mod iktar speċifiku, man-neċessità li tiġi żgurata l-investigazzjoni kif ukoll is-sentenza indipendenti u imparzjali tar-reati kriminali u li tiġi evitata l-impunità tal-persuni suġġetti għal investigazzjonijiet kriminali, b’mod partikolari tal-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali, li huma vvantaġġati b’mod qawwi minħabba r-rabta mill-qrib li għandhom mal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Madankollu, minbarra l-fatt li l-eżistenza ta’ privileġġi u ta’ immunitajiet favur organizzazzjonijiet internazzjonali u l-istituzzjonijiet tagħhom fiha nnifisha ma tmurx kontra l-prinċipju tal-Istat tad-dritt, l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet jipprekludi, bħala prinċipju, il-konfiska ta’ dokumenti mill-awtorità ta’ Stat Membru peress li dawn id-dokumenti jagħmlu parti mill-arkivji tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet ikkonċernati ma tawx il-kunsens tagħhom għal tali konfiska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-interpretazzjoni tar-regoli tal-Unjoni kkonċernati fis-sens li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru ma għandhomx id-dritt li jwettqu unilateralment, fil-bini ta’ bank ċentrali nazzjonali, il-konfiska ta’ dokumenti li jappartjenu għall-arkivji tal-BĊE, la twassal sabiex tingħata impunità lill-persuni kkonċernati mill-investigazzjoni kriminali u lanqas sabiex tirrendi indebitament diffiċli, jew saħansitra impossibbli t-twettiq ta’ investigazzjonijiet kriminali fit-territorju tal-Istati Membri. Fil-fatt, anki jekk il-konfiska unilaterali, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, ta’ dokumenti li jinsabu fl-arkivji tal-Unjoni hija eskluża mid-dritt tal-Unjoni, għandu jitfakkar li dawn l-awtoritajiet għandhom il-possibbiltà li jitolbu lill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata sabiex din tneħħi l-invjolabbiltà tad-dokumenti kkonċernati, bil-kundizzjonijiet fejn applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-protezzjoni tal-arkivji tal-Unjoni, prevista fl-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, bl-ebda mod ma tipprekludi l-konfiska, mill-awtoritajiet nazzjonali, fil-bini ta’ bank ċentrali ta’ Stat Membru, ta’ dokumenti li ma jappartjenux għall-arkivji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Ċertament, ma jistax jiġi kompletament eskluż li n-neċessità li l-BĊE jintalab iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ Stat Membru dokumenti li jappartjenu għall-arkivji tiegħu, iżda li huma miżmuma minn bank ċentrali nazzjonali, jista’ jkollha konsegwenzi negattivi fuq investigazzjoni kriminali mmexxija mill-awtoritajiet nazzjonali, f’dak li jikkonċerna l-aċċess ta’ dawn l-awtoritajiet għal dokumenti oħra miżmuma wkoll minn dan il-bank ċentrali nazzjonali li ma jappartjenux għall-arkivji tal-BĊE, iżda li jistgħu jkunu rilevanti għall-investigazzjoni kkonċernata. Madankollu, f’dan il-każ, kif irrilevat, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali, fil-punt 81 tal-konklużjonijiet tagħha, ma jidhirx li l-konfiska ta’ dokumenti li l-awtoritajiet Sloveni wettqu fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE> kienet teħtieġ element ta’ sorpriża, peress li dawn l-awtoritajiet kienu diġà talbu lill-Bank Ċentrali tas-Slovenja, diversi drabi, għal informazzjoni dwar l-investigazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>It-tielet, ma jistax jintlaqa’ l-argument li ma hemmx ksur tal-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-Unjoni minħabba l-fatt li, fost id-dokumenti kkonfiskati, dawk li jagħmlu parti mill-arkivji tal-BĊE ma humiex rilevanti għat-trattazzjoni tal-kawża kriminali pendenti fis-Slovenja, sa fejn, kif jirriżulta mill-punt 104 ta’ din is-sentenza, il-ksur ta’ dan il-prinċipju għandu jiġi stabbilit ladarba, indipendentement mill-għan imfittex mill-konfiska, l-elementi sostantivi li jikkostitwixxu l-protezzjoni mogħtija mill-imsemmi prinċipju jkunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Ir-raba’, ir-Repubblika tas-Slovenja ma tistax, sabiex tiġġustifika l-ksur tal-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-Unjoni, tinvoka obbligu tal-BĊE li jidentifika l-arkivji tiegħu b’mod ċar u li jieħu miżuri sabiex jipproteġihom. Il-protezzjoni mogħtija lill-arkivji mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ma tippreżumix identifikazzjoni ċara u preliminari tad-dokumenti li jappartjenu għal dawn l-arkivji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-ewwel ilment tal-Kummissjoni għandu jintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni lment, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni lment tagħha, il-Kummissjoni, sostnuta mill-BĊE, issostni li r-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ kooperazzjoni leali skont l-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet u l-Artikolu 4(3) TUE. Essenzjalment, il-Kummissjoni takkuża lill-awtoritajiet Sloveni li ma kkoperawx biżżejjed mal-BĊE, kemm qabel kif ukoll wara t-tfittxija u l-konfiska ta’ dokumenti mwettqa minn dawn l-awtoritajiet, sabiex jikkonċiljaw il-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-BĊE u l-investigazzjoni mmexxija fuq livell nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali kien jeżiġi, min-naħa tal-awtoritajiet Sloveni, li huma jikkooperaw mal-BĊE, l-ewwel, sabiex jiddeterminaw liema kienu d-dokumenti protetti mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet u dawk li ma kinux, it-tieni, sabiex jidentifikaw, fost id-dokumenti protetti, dawk li setgħu jkunu rilevanti għall-investigazzjoni kriminali nazzjonali u, it-tielet, sabiex il-BĊE jkun jista’ jiddeċiedi, fil-każ tad-dokumenti li kienu potenzjalment rilevanti, jekk il-protezzjoni kellhiex titneħħa jew jekk, għall-kuntrarju, din ma kellhiex titneħħa għal raġunijiet relatati mal-funzjonament u mal-indipendenza tal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Issa, fil-perijodu qabel it-tfittxija u l-konfiska ta’ dokumenti, l-awtoritajiet Sloveni ma stabbilixxew l-ebda djalogu mal-BĊE jew mal-Bank Ċentrali tas-Slovenja fir-rigward tal-mod kif għandu jiġi ppreżervat il-prinċipju tal-invjolabbiltà tal-arkivji tal-Unjoni. Fir-rigward tal-perijodu ta’ wara t-tfittxija u l-konfiska ta’ dokumenti, l-awtoritajiet Sloveni, minn naħa, komplew jiċħdu l-interpretazzjoni li d-dokumenti miżmuma mill-banek ċentrali nazzjonali setgħu jikkostitwixxu arkivji tal-BĊE u, min-naħa l-oħra, irrifjutaw li jidħlu f’diskussjonijiet kostruttivi għall-finijiet tal-protezzjoni tad-dokumenti li jappartjenu għal din il-kategorija li ġew ikkonfiskati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li hija ma naqsitx mit-twettiq tal-obbligu tagħha ta’ kooperazzjoni leali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>L-ewwel, l-awtoritajiet Sloveni ma ppreġudikaw la l-arkivji tal-BĊE u lanqas il-funzjonament u l-indipendenza tiegħu. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 4(3) TUE ma jistax jiġi interpretat b’tali mod li jipprevedi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>obbligu indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> fuq l-Istati Membri, li jmur lil hinn mill-obbligi li jistgħu jkunu imposti fuqhom taħt tali dispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>It-tieni, il-Prosekutur tal-Istat talab, matul l-investigazzjoni kollha, li d-dokumenti kkonfiskati jiġu ttrattati b’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>prekawzjoni kbira<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, sabiex dawn ikunu aċċessibbli għall-iżgħar numru possibbli ta’ investigaturi u sabiex ir-riskju ta’ żvelar jitnaqqas għall-minimu. Il-Prosekutur tal-Istat barra minn hekk ippermetta lir-rappreżentanti tal-BĊE, minkejja li dan ma huwiex previst fid-dritt nazzjonali, li jkunu preżenti matul il-proċedura ta’ konservazzjoni ta’ dawn id-dokumenti. Huwa kien ikun ukoll lest li jippermetti li dawk id-dokumenti kkonfiskati li, skont il-BĊE, kienu jagħmlu parti mill-arkivji tiegħu, jiġu kkonsultati minn dan tal-aħħar wara l-investigazzjoni, fil-bini tal-Uffiċċju tal-Prosekutur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-BĊE wieġeb għat-talba tal-Prosekutur tal-Istat sabiex jippreżenta l-kriterji li jippermettu li jiġu identifikati, fost id-dokumenti kkonfiskati mill-awtoritajiet Sloveni, dawk li, skont il-BĊE, kienu jagħmlu parti mill-arkivji tiegħu, biss fit‑<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE>, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>b’dewmien kunsiderevoli<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>It-tielet, anki jekk jitqies li r-Repubblika tas-Slovenja ma daħlitx f’diskussjoni kostruttiva mal-BĊE, il-Kummissjoni ma wrietx li dan il-fatt qiegħed f’periklu l-istabbiliment ta’ unjoni ekonomika u monetarja u ż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, mill-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw il-portata u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191031">31 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑395/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:918">EU:C:2019:918</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Skont l-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, li jippreċiża f’dan ir-rigward il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jevitaw kwalunkwe kunflitt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-protokoll (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081021">21 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Marra</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑200/07 u C‑201/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:579">EU:C:2008:579</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-perijodu ta’ qabel il-konfiska tad-dokumenti mwettqa mill-awtoritajiet Sloveni, fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>, fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja, għandu jiġi kkonstatat li, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 94 tal-konklużjonijiet tagħha, it-tieni lment imqajjem mill-Kummissjoni jikkoinċidi mal-ewwel wieħed sa fejn huwa jirrigwarda l-istess aġir. Fil-fatt, permezz tal-ewwel ilment, il-Kummissjoni preċiżament tikkritika lill-awtoritajiet Sloveni li wettqu b’mod unilaterali, u, konsegwentement, mingħajr konsultazzjoni mal-BĊE minn qabel, il-konfiska ta’ dokumenti fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ġenerali ta’ kooperazzjoni leali li jirriżulta mill-Artikolu 4(3) TUE huwa differenti minn nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi speċifiċi li fihom dan iseħħ. Għaldaqstant, dan ma jistax jiġi kkonstatat ħlief sa fejn jirrigwarda aġir differenti minn dak li jikkostitwixxi l-ksur ta’ dawn l-obbligi speċifiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060530">30 ta’ Mejju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑459/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:345">EU:C:2006:345</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0169">169</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0171">171</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fir-rigward tal-perijodu ta’ qabel il-konfiska tad-dokumenti mwettqa fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>, ma hemmx lok li jiġi kkonstatat nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi ġenerali previsti fl-Artikolu 4(3) TUE u fl-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE differenti min-nuqqas diġà kkonstatat tal-obbligi iktar speċifiċi li r-Repubblika tas-Slovenja kienet obbligata twettaq skont l-Artikolu 2 ta’ dan il-protokoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-perijodu ta’ wara l-konfiska tad-dokumenti, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punti preċedenti ta’ din is-sentenza, din il-konfiska tikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-Unjoni, peress li d-dokumenti kkonfiskati kienu neċessarjament jinkludu dokumenti marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Issa, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali previst fl-Artikolu 4(3) TUE, l-Istati Membri huma obbligati li jħassru l-konsegwenzi illegali ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni u li tali obbligu huwa impost, fil-kuntest tal-kompetenzi tiegħu, fuq kull korp tal-Istat Membru kkonċernat (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190627">27 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Belgisch Syndicaat van Chiropraxie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑597/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:544">EU:C:2019:544</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Ċertament, min-natura tiegħu stess, l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali huwa ta’ natura reċiproka (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031016">16 ta’ Ottubru 2003</DATE>, L‑<NAME.CASE>Irlanda vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑339/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:545">EU:C:2003:545</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, huwa l-BĊE li għandu jagħti l-assistenza tiegħu lill-awtoritajiet Sloveni sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jirrimedjaw, sa fejn ikun possibbli, il-konsegwenzi illegali tal-konfiska tad-dokumenti li huma kienu wettqu fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex il-BĊE jkun jista’ jikkoopera b’mod utli mal-awtoritajiet Sloveni f’dan ir-rigward, kien indispensabbli li dawn tal-aħħar jippermettu lill-BĊE jidentifika, fost id-dokumenti kkonfiskati fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>, dawk marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema. Issa, huwa stabbilit li, fi tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, l-awtoritajiet Sloveni ma kinux ippermettew lill-BĊE li jipproċedi b’tali identifikazzjoni. Huwa stabbilit wkoll li, f’din id-data, l-awtoritajiet Sloveni ma kinux irritornaw dawn id-dokumenti lill-Bank Ċentrali tas-Slovenja, minkejja li, waqt is-seduta, ir-Repubblika tas-Slovenja ppreċiżat li tali dokumenti ma humiex rilevanti għall-kawża kriminali pendenti f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-BĊE ma kienx f’pożizzjoni li jipprovdi spjegazzjoni konvinċenti sabiex jiġġustifika d-dewmien li bih huwa wieġeb għat-talba tal-Prosekutur tal-Istat sabiex jipproponilu kriterji li jippermettu li jiġu identifikati d-dokumenti minn dawk ikkonfiskati mill-awtoritajiet Sloveni li, fil-fehma tiegħu, kienu jagħmlu parti mill-arkivji tiegħu. Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, anki wara li rċevew din il-proposta, l-awtoritajiet Sloveni ma ħadux miżuri sabiex jippermettu lill-BĊE jidentifika d-dokumenti marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema li kienu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet Sloveni fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE> fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja. Huwa wkoll stabbilit li dawn l-awtoritajiet ma aċċettawx it-talba tal-BĊE, ippreżentata fir-risposta tiegħu tat‑<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE> u li akkumpanjat il-proposta tiegħu ta’ kriterji li jippermettu l-identifikazzjoni tad-dokumenti li jagħmlu parti mill-arkivji tiegħu, li jagħtu lura lill-Bank Ċentrali tas-Slovenja d-dokumenti kollha li huma qiesu li huma irrilevanti għall-investigazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li l-awtoritajiet Sloveni ħadu miżuri sabiex jiżguraw iż-żamma tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti kkonfiskati fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE> fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja ma jqigħedx f’dubju l-konklużjoni li dawn l-awtoritajiet naqsu, f’dan il-każ, mill-obbligu tagħhom ta’ kooperazzjoni leali mal-BĊE. L-istess japplika għall-fatt, enfasizzat mir-Repubblika tas-Slovenja, li l-investigazzjoni mmexxija mill-awtoritajiet Sloveni ma kinitx tali li tipperikola l-istabbiliment ta’ unjoni ekonomika u monetarja u ż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet fl-Unjoni, peress li dan il-fatt ma għandux effett fuq id-dmir tal-awtoritajiet Sloveni, konformement ma’ dak li tfakkar fil-punt 124 ta’ din is-sentenza, li jħassru l-konsegwenzi illegali tal-ksur tal-arkivji tal-BĊE li huma wettqu bil-konfiska ta’ dokumenti mwettqa fis‑<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fir-rigward tal-perijodu ta’ wara l-konfiska inkwistjoni, l-awtoritajiet Sloveni naqsu milli jwettqu l-obbligu tagħhom ta’ kooperazzjoni leali mal-BĊE u li, għalhekk, it-tieni lment tal-Kummissjoni għandu jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi kkonstatat li, billi wettqet unilateralment il-konfiska ta’ dokumenti marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema fil-bini tal-Bank Ċentrali tas-Slovenja u, fir-rigward tal-perijodu ta’ wara din il-konfiska, billi ma kkooperatx lealment mal-BĊE f’dan il-qasam, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 343 TFUE, l-Artikolu 39 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, l-Artikoli 2, 18 u 22 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet kif ukoll l-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Peress li r-Repubblika tas-Slovenja tilfet, hemm lok li din tiġi kkundannata għall-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Konsegwentement, il-BĊE għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi wettqet unilateralment il-konfiska ta’ dokumenti marbuta mat-twettiq tal-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Eurosistema fil-bini tal-Banka Slovenije (il-Bank Ċentrali tas-Slovenja) u, fir-rigward tal-perijodu ta’ wara din il-konfiska, billi ma kkooperatx lealment mal-Bank Ċentrali Ewropew f’dan il-qasam, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 343 TFUE, l-Artikolu 39 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-Artikoli 2, 18 u 22 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 4(3) TUE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>