|
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1576
tas-6 ta' Lulju 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta' ċerti prattiċi enoloġiċi u r-Regolament (KE) Nru 436/2009 fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' dawn il-prattiċi fir-reġistri tal-qasam tal-inbid
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75(2), (3)(g) u 147(3)(e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (2), il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati huma stabbiliti fl-Anness IA ta' dak ir-Regolament. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) adottat riżoluzzjonijiet li jippermettu tliet prattiki enoloġiċi ġodda. Sabiex jitqies il-progress tekniku u biex il-produtturi mill-Unjoni jingħataw l-istess possibiltajiet bħal dawk disponibbli għall-produtturi minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li dawn il-prattiċi enoloġiċi ġodda jiġu awtorizzati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet tal-użu ddefiniti mill-OIV. |
|
(2) |
Ċerti prattiċi enoloġiċi huma partikolarment esposti għar-riskju ta' użu qarrieqi u għandhom jiġu reġistrati fir-reġistri skont l-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 (3). Għal din ir-raġuni, it-tliet prattiki enoloġiċi ġodda, jiġifieri t-trattament tal-inbejjed bl-użu ta' teknoloġija tal-membrana flimkien mal-karbonju attivat, l-użu ta' kopolimeri polivinilimidażol-polivinilpirrolidon u l-użu ta' klorur tal-fidda, fejn iż-żewġ sustanzi tal-aħħar qed jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar, għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistri. |
|
(3) |
Għalhekk ir-Regolamenti (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 436/2009 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 606/2009
L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 436/2009
Fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 436/2009 għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
“(x) |
trattament bl-użu ta' teknoloġija tal-membrana flimkien ma' karbonju attivat; |
|
(y) |
l-użu ta' kopolimeri polivinilimidażol-polivinilpirrolidon; |
|
(z) |
l-użu ta' klorur tal-fidda.” |
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f'dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta' tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15).
ANNESS
L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-tabella, jiżdiedu r-ringieli 53, 54 u 55 li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||
|
(2) |
Għandhom jiżdiedu l-Appendiċijiet 19, 20 u 21 li ġejjin: “Appendiċi 19 Ir-rekwiżiti għat-trattament tal-inbejjed bl-użu tat-teknoloġija tal-membrana flimkien mal-karbonju attivat biex jitnaqqas l-eċċess tal-4-etilfenol u l-4-etilgwajakol, L-għan ta' dan it-trattament huwa li jitnaqqas il-kontenut tal-4-etilfenol u l-4-etilgwajakol ta' oriġini mikrobjali li jikkostitwixxi difetti organolettiċi u jostor l-aromi tal-inbid. Ir-rekwiżiti:
“Appendiċi 20 Ir-rekwiżiti għall-kopolimeri polivinilimidażol-polivinilpirrolidon (PVI/PVP) L-iskop tal-użu ta' PVI/PVP huwa li jiġu evitati difetti kkaġunati minn kontenuti għolja wisq ta' metall u biex jitnaqqsu konċentrazzjonijiet għoljin u mhux mixtieqa ta' metalli. Ir-rekwiżiti:
“Appendiċi 21 Ir-rekwiżiti għall-klorur tal-fidda Il-klorur tal-fidda jintuża għat-trattament tal-inbejjed biex titneħħa l-fermentazzjoni u l-irwejjaħ anormali relatata mal-ħażna (ikkawżati minn reazzjonijiet ta' tnaqqis ikkaratterizzati mill-preżenza ta' sulfur tal-idroġenu u tat-tjoli). Ir-rekwiżiti:
|