|
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1001
tal-25 ta' Ġunju 2015
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008 (2) persuna waħda u tmien entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-entrati li jikkonċernaw sitt entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, għandhom jiġu emendati. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008 tal-25 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ara paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
1.
L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.|
I. |
Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran A. PERSUNI
B. ENTITAJIET
|
|
III. |
Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) B. ENTITAJIET
|
2.
L-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.|
I. |
Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran. B. ENTITAJIET
|