|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6800 |
8.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11703 – NOVO HOLDINGS / KKR / SYLVAN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6800)
1.
Fil-31 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Novo Holdings A/S (“Novo Holdings”, id-Danimarka), ikkontrollata minn Novo Nordisk Foundation (id-Danimarka), |
|
— |
KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Sylvan International Biotechnology Co Ltd (“Sylvan”, iċ-Ċina), li bħalissa hija kkontrollata biss minn KKR. |
Novo Holdings u KKR se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Sylvan.
Il-konċentrazzjoni se sseħħ permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Novo Holdings hija kumpanija azzjonarja u ta’ investiment li hija responsabbli għall-ġestjoni tal-assi ta’ Novo Nordisk Foundation, permezz ta’ investimenti strateġiċi fix-xjenzi tal-ħajja, is-saħħa planetarja u oqsma relatati u permezz ta’ investimenti ta’ natura finanzjarja u ta’ kapital ta’ riskju f’portafoll wiesa’ ta’ kumpaniji. |
|
— |
KKR hija ditta ta’ investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi kif ukoll soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Sylvan huma dawn li ġejjin: Sylvan hija attiva prinċipalment fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ żerriegħa (ġenetika propagata) għall-faqqiegħ li jittiekel.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11703 – NOVO HOLDINGS / KKR / SYLVAN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6800/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)