|
23.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10325 – KRONOSPAN / PFLEIDERER POLSKA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 87/03)
1.
Fil-15 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Kronospan Holdings P.L.C (“Kronospan”, Ċipru), |
|
— |
Pfleiderer Polska sp. z.o.o (“Pfleiderer Polska”, il-Polonja), li tappartjeni għall-Pfleiderer Group. |
Kronospan takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Pfleiderer Polska kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Kronospan hija manifattur u fornitur ta’ pannelli b’bażi ta’ injam u l-prodotti ta’ valur miżjud ulterjuri tagħhom ipproċessati. B’mod partikolari, Kronospan timmanifattura u tiddistribwixxi pannelli tal-partiċelli mhux maħduma u miksija (flimkien imsejħa particle board, PB), pannelli ta’ densità medja (medium-density fibreboard, MDF), pannelli ta’ densità għolja (high-density fibreboard, HDF) inkluż HDF irqaq u vverniċjati HDF (thin-HDF, T-HDF u lacquered-HDF, L-HDF), uċuħ tax-xogħol (elementi/komponenti postforming, flimkien il-Komponenti), pavimenti laminati, laminati dekorattivi, u pannelli b’filamenti orjentati, |
|
— |
Pfleiderer Polska hija manifattur u fornitur ta’ firxa ta’ prodotti tal-injam maħdum u prodotti lesti tal-wiċċ, jiġifieri PB, T-HDF u L-HDF u l-Komponenti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10325 – KRONOSPAN / PFLEIDERER POLSKA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).