|
23.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/105/PESK
tat-22 ta' Frar 2010
li testendi l-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova (1). Dawk il-miżuri restrittivi ġew mġedda bil-Pożizzjoni Komuni 2009/139/PESK (2) sas-27 ta' Frar 2010. |
|
(2) |
Abbażi ta' eżami mill-ġdid tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar. |
|
(3) |
Bil-għan li jiġi inkoraġġut il-progress fil-kisba ta' ftehim politiku għall-konflitt Transnistrijan, li jiġu indirizzati l-problemi li għad fadal tal-iskejjel li jgħallmu bil-kitba Latina u li tiġi restawrata l-libertà ta' moviment tal-persuni, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu sospiżi sat-30 ta' Settembru 2010. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill ser jirrevedi l-miżuri restrittivi fid-dawl tal-iżviluppi, b'mod partikolari fl-oqsma msemmija hawn fuq. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li japplika mill-ġdid jew ineħħi r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fi kwalunkwe żmien. |
|
(4) |
Madankollu, m'għadx hemm raġunijiet, kif imsemmija fl-Artikolu 1(1)(i) u (ii) tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK biex ċerti persuni jinżammu fuq il-listi stabbiliti fl-Annessi I u II ta' dik il-Pożizzjoni Komuni. Dawk il-listi għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK huma b'dan estiżi sas-27 ta' Frar 2011.
2. Il-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK huma b'dan sospiżi sat-30 ta' Settembru 2010.
3. Il-Kunsill għandu jirrevedi s-sospensjoni tal-miżuri restrittivi u l-listi stabbiliti fl-Annessi I u II tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK qabel it-30 ta' Settembru 2010.
Artikolu 2
1. Il-persuni msemmijin fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew mil-lista stabbilita fl-Anness I għall-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK.
2. Il-persuna msemmija fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni għandha titneħħa mil-lista stabbilita fl-Anness II għall-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS I
Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(i)
|
4. |
MARAKUTSA, Grigory Stepanovich, |
|
10. |
ZAKHAROV, Viktor Pavlovich, |
ANNESS II
Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(ii)
|
1. |
URSKAYA, Galina Vasilyevna. |