|
1.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 289/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9741 — Ines Kaindl/Peter Kaindl/M Kaindl)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 289/05)
1.
Fl-20 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SWISS KRONO Holding AG (“SWISS KRONO”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Ines Kaindl, |
|
— |
Kronospan Group (“Kronospan”, l-Awstrija), ikkontrollata minn Peter Kaindl, |
|
— |
M. Kaindl OG (“M Kaindl”, l-Awstrija). |
Ines Kaindl takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ M. Kaindle OG kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ wirt.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SWISS KRONO: attiva fil-produzzjoni ta’ materjali b’bażi ta’ injam bħal bordijiet, pavimenti laminati u laminati dekorattivi. |
|
— |
Kronospan: attiva fil-produzzjoni ta’ materjali b’bażi ta’ injam bħal bordijiet, pavimenti laminati u laminati dekorattivi. |
|
— |
M. Kaindl: attiva fil-produzzjoni ta’ materjali b’bażi ta’ injam bħal bordijiet, pavimenti laminati u laminati dekorattivi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9741 — Ines Kaindl/Peter Kaindl/M. Kaindl
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).