2007R0219 — MT — 01.01.2014 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 219/2007

tas-27 ta’ Frar 2007

dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru (SESAR)

(ĠU L 064, 2.3.2007, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008

  L 352

12

31.12.2008

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 721/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014

  L 192

1

1.7.2014




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 219/2007

tas-27 ta’ Frar 2007

dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru (SESAR)



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 171 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Billi:

(1)

Sabiex jinħoloq l-ajru uniku Ewropew, fl-10 ta' Marzu 2004 l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) ( 1 ), ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament dwar il-forniment ta' servizzi) ( 2 ), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament dwar l-ispazju ta' l-arja) ( 3 ), u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabbiltà) ( 4 ).

(2)

Il-proġett għall-immodernizzar tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa, (il-“Proġett SESAR”), huwa l-element teknoloġiku ta' l-ajru uniku Ewropew. Hu jimmira li jagħti lill-Komunità infrastruttura ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru ta' prestazzjoni għolja li ser tippermetti l-iżvilupp tat-trasport bl-ajru sigur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, li jibbenefika bis-sħiħ mill-avvanzi teknoloġiċi ta' programmi bħal GALILEO.

(3)

Wara l-adeżjoni tal-Komunità għall-Eurocontrol, il-Kummissjoni u l-Eurocontrol iffirmaw ftehim kwadru ta' koperazzjoni għall-implimentazzjoni ta' l-ajru uniku Ewropew u għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fil-qasam tal-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru.

(4)

Skond il-linji gwida adottati mill-Kunsill tal-Kompetittività tas-7 ta' Ġunju 2005 dwar it-tħejjija tal-programm Ewropew futur dwar l-ispazju, l-Unjoni Ewropea ser tkun responsabbli sabiex tiżgura d-disponibbiltà u l-kontinwità tas-servizzi operattivi ta' appoġġ għal-linji politiċi tagħha, u ser tikkontribwixxi għall-iżvilupp, it-twaqqif u l-funzjonament ta' infrastruttura Ewropea dwar l-ispazju billi tikkonċentra fuq applikazzjonijiet ibbażati fuq l-ispazju bħala kontribut għall-ksiba tal-linji politiċi tagħha.

(5)

Il-proġett SESAR jimmira lejn l-integrazzjoni u l-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp li qabel kienu qed isiru b'mod imxerred u mhux koordinat fil-Komunità, inklużi r-reġjuni l-aktar remoti u l-aktar esterni tagħha, imsemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

(6)

Il-proġett SESAR, billi jevita d-duplikazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp, mhux ser iwassal għal żieda fil-volum globali tal-kontributi ta' l-utenti ta' l-ajru għall-isforzi fir-riċerka u fl-iżvilupp.

(7)

Il-proġett SESAR jikkonsisti fi tliet fażijiet: fażi ta' definizzjoni; fażi ta' żvilupp u fażi ta' twaqqif.

(8)

Il-fażi ta' definizzjoni tal-proġett SESAR timmira li tiddefinixxi l-passi teknoloġiċi differenti li għandhom jittieħdu, il-prijoritajiet fil-programmi ta' modernizzazzjoni u l-pjanijiet operattivi ta' l-implimentazzjoni. Din hija ko-finanzjata mill-Komunità u mill-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol).

(9)

Il-fażi ta' definizzjoni bdiet f'Ottubru 2005 u qed titwettaq taħt ir-responsabbiltà ta' l-Eurocontrol minn konsorzju ta' impriżi li ġie magħżul wara sejħa pubblika għall-offerti. Din ser tintemm fl-2008 u ser tirriżulta fil-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru. Dan il-pjan ser jiddefinixxi l-programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-kunċetti mmirati, inklużi l-istrateġiji differenti ta' twaqqif.

(10)

Il-fażi ta' definizzjoni ser tiġi segwita bil-fażi ta' żvilupp (2008-2013) li ser tiżviluppa tagħmir, sistemi u standards ġodda, li ser jiżguraw konverġenza lejn sistema kompletament interoperabbli ta' Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru fl-Ewropa.

(11)

Il-fażi ta' żvilupp ser tinbidel fil-fażi ta' twaqqif (2014-2020), li ser tikkonsisti mill-produzzjoni u implimentazzjoni fuq skala kbira ta' l-infrastruttura il-ġdida ta' ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru. L-infrastruttura għandha tkun komposta minn komponenti kompletament armonizzati u interoperabbli li jiggarantixxu attivitajiet tat-trasport bl-ajru ta' prestazzjoni għolja fl-Ewropa.

(12)

B'kont meħud ta' l-għadd ta' atturi li ser ikollhom jiġu involuti f'dan il-proċess u r-riżorsi finanzjarji u l-ħila teknika meħtieġa, hija vitali għar-razzjonalizzazzjoni ta' l-attivitajiet li tiġi stabbilita entità ġuridika li hi kapaċi tiżgura l-ġestjoni tal-fondi assenjati lill-proġett SESAR matul il-fażi ta' żvilupp tiegħu.

(13)

Għalhekk, jeħtieġ li tiġi stabbilita Impriża Konġunta taħt l-Artikolu 171 tat-Trattat sabiex ikun jista' jsir progress konsiderevoli fl-iżvilupp ta' teknoloġiji li jirrigwardaw is-sistemi ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru matul il-fażi ta' żvilupp u sabiex titħejja l-fażi ta' twaqqif.

(14)

Il-kompitu ewlieni ta' l-Impriża Konġunta hu li tmexxi l-attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u validazzjoni tal-proġett SESAR billi tikkombina l-finanzjament mis-settur pubbliku u privat provdut mill-membri tagħha u billi tuża riżorsi tekniċi esterni u b'mod partikolari billi tuża l-esperjenza u l-ħila ta' l-Eurocontrol.

(15)

L-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta taħt il-programm SESAR huma primarjament attivitajiet ta' riċerka u żvilupp. Għalhekk, il-finanzjament Komunitarju għandu jitħallas b'mod partikolari mill-programmi kwadru ta' riċerka u żvilupp tagħha. Jista' jitħallas finanzjament addizzjonali mill-programm tan-Network Trans-Ewropew skond l-Artikolu 4(g) tad-Deċiżjoni 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996, fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport Trans-Ewropew ( 5 ), li tipprovdi l-possibbiltà għall-finanzjament ta' l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp.

(16)

Il-finanzjament Komunitarju għall-Impriża Konġunta għandu, f'dan l-istadju tal-proġett, ikun limitat għall-fażi ta' żvilupp u jsir fil-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju attwali 2007-2013. Madankollu, dan ma jeskludix il-possibbiltà li l-Kunsill jirrivedi l-ambitu, it-tmexxija, il-finanzjament u t-tul ta' żmien ta' l-Impriża Konġunta abbażi tal-progress li jkun sar fil-fażi ta' żvilupp.

(17)

Il-parteċipazzjoni sostanzjali ta' l-industrija hija element essenzjali għall-proġett SESAR. Għalhekk, hu fundamentali li l-baġit pubbliku għall-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR jiġi miżjud b'kontribuzzjonijiet mill-industrija.

(18)

L-Impriża Konġunta għandha tiġi stabbilita qabel it-tmiem tal-fażi ta' definizzjoni sabiex tkun tista' ssegwi l-ħidma tal-fażi ta' definizzjoni u tħejji l-fażi ta' żvilupp sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni rapida tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru.

(19)

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru, inkluż it-trasferiment tiegħu lill-Impriża Konġunta, sabiex tiġi mmodernizzata l-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa, u għandu f'dan il-kuntest jirrivedi wkoll il-finanzjament tal-proġett SESAR u b'mod partikolari l-wegħdiet ta' kontribuzzjonijiet mill-industrija lill-Impriża Konġunta.

(20)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni mal-membri fondaturi, is-sede ta' l-Impriża Konġunta għandha tkun stabbilita fi Brussell.

(21)

L-Impriża Konġunta hija entità mingħajr profitt li ser tiddedika r-riżorsi kollha tagħha għall-ġestjoni ta' programm pubbliku ta' riċerka ta' interess Ewropew. Iż-żewġ membri fondaturi tagħha huma organizzazzjonijiet internazzjonali li jaġixxu f'isem l-Istati Membri rispettivi tagħhom. Din l-entità għalhekk għandha tingħata, safejn ikun possibbli, l-eżenzjoni l-aktar estensiva mit-tassazzjoni mill-Istat ospitanti.

(22)

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 6 ).

(23)

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari bil-progress ta' l-Impriża Konġunta. Din l-informazzjoni għandha ssir permezz ta' evalwazzjonijiet perjodiċi mwettqa mill-Kummissjoni u abbażi tar-rapporti annwali ta' attività ta' l-Impriża Konġunta.

(24)

Ir-regoli għall-organizzazzjoni u l-funzjonament ta' l-Impriża Konġunta għandhom jiġu stabbiliti permezz tat-tfassil ta' l-istatuti ta' l-Impriża Konġunta kif stabbilit fl-Anness.

(25)

Minħabba li t-tariffi fuq ir-rotot jitħallsu kollha mill-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, dawn ta' l-aħħar jikkontribwixxu finanzjarjament għall-isforzi ta' riċerka u żvilupp fis-settur tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru. Għalhekk, dawn għandhom jingħataw rappreżentanza adegwata fi ħdan l-Impriża Konġunta.

(26)

Il-finanzjament pubbliku għall-fażijiet ta' definizzjoni u żvilupp tal-proġett SESAR huwa sostanzjali u l-investimenti f'ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru ta' ġenerazzjoni ġdida għandhom, fil-parti l-kbira, isiru mill-Istati Membri, inklużi korpi maħtura mill-Istati Membri. L-Istati Membri (ta' l-Unjoni Ewropea u/jew l-Eurocontrol) għalhekk għandhom jingħataw aċċess mingħajr ħlas, għal finijiet mhux kummerċjali, għall-konoxxenza li tirriżulta mill-proġett u għandhom ikunu permessi jużaw din il-konoxxenza għall-finijiet tagħhom stess, anke għal sejħiet għall-offerti pubbliċi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Stabbiliment ta' Impriża Konġunta

1.  Sabiex tmexxi l-attivitajiet tal-fażi ta' żvilupp tal-proġett sabiex tiġi mmodernizzata l-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa u sabiex issaħħaħ is-sigurtà, (il-“proġett SESAR”), hija b'dan stabbilita Impriża Konġunta, magħrufa bħala “Impriża” Konġunta SESAR (“l-Impriża Konġunta”).

▼M2

2.  L-Impriża Konġunta għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru 2024. Sabiex jittieħed kont tat-tul ta' żmien ta' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–20) stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) (“il-Programm Qafas Orizzont 2020”) is-sejħiet għal proposti taħt l-Impriża Konġunta għandhom jitnedew mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020. F'każijiet debitament iġġustifikati s-sejħiet għal proposti jistgħu jitnedew sal-31 ta' Diċembru 2021.

▼M2 —————

▼B

4.  L-ambitu, il-finanzjament u tul ta' żmien ta' l-Impriża Konġunta għandhom, fejn ikun il-każ, jiġu riveduti mill-Kunsill abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni skond l-iżvilupp tal-proġett u tal-Pjan Regolatorju ta' l-ATM, b'kont meħud ta' l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 7.

5.  L-għan ta' l-Impriża Konġunta għandu jkun li tiżgura l-modernizzazzjoni tas-sistema Ewropea ta' ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru billi tikkoordina u tikkonċentra l-isforzi rilevanti kollha ta' riċerka u żvilupp fil-Komunità. Hi għandha tkun responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-Pjan Regolatorju ta' l-ATM u b'mod partikolari mit-twettiq tal-kompiti li ġejjin:

— torganizza u tikkoordina l-attivitajiet tal-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR, skond il-Pjan Regolatorju ta' l-ATM, li jirriżultaw mill-fażi ta' definizzjoni tal-proġett amministrat mill-Eurocontrol, billi tikkombina u tamministra taħt struttura unika l-finanzjament tas-settur pubbliku u ta' dak privat;

— tiżgura l-finanzjament meħtieġ għall-attivitajiet tal-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR skond il-Pjan Regolatorju ta' l-ATM;

— tiżgura l-involviment tal-partijiet interessati tas-settur tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa, b'mod partikolari: il-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru, l-utenti ta' l-ispazji ta' l-ajru, l-assoċjazzjonijiet professjonali tal-persunal, l-ajruporti, u l-industrija tal-manifattura, kif ukoll l-istituzzjonijiet xjentifiċi rilevanti jew il-komunità xjentifika rilevanti;

— torganizza l-ħidma teknika ta' riċerka u żvilupp, ta' validazzjoni u studju, li għandha titwettaq taħt l-awtorità tagħha waqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni ta' tali attivitajiet;

▼M2

— tiżgura s-superviżjoni ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp ta' prodotti komuni debitament identifikati fil-Pjan Regolatorju tal-ATM, permezz ta' għotjiet lill-Membri u permezz tal-aktar miżuri xierqa, bħalma huma l-akkwist jew l-għoti ta' għotjiet wara sejħiet għal proposti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm, skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

▼B

6.  L-Impriża Konġunta għandha tkun operattiva sa mhux aktar tard mit-trasferiment tal-Pjan Regolatorju ta' l-ATM lill-Impriża Konġunta.

7.  Is-sede ta' l-Impriża Konġunta għandha tkun stabbilita fi Brussell.

▼M1

Artikolu 2

Status ġuridiku

L-Impriża Konġunta għandha tkun korp Komunitarju u jkollha personalità ġuridika. F’kull Stat Membru, hija għandha tgawdi il-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva possibbli li tkun mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi ta’ dak l-Istat. Hija tista’ wkoll, b’mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tista’ tkun ukoll parti fi proċedimenti legali.

▼M1

Artikolu 2a

Persunal

1.  Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli li jiġu adottati konġuntement mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal tal-Impriża Konġunta u għad-Direttur Eżekuttiv tagħha.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2) tal-Istatuti tagħha, l-Impriża Konġunta tkun tista’ teżerċita s-setgħat konferiti lill-awtorità tal-ħatramir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u konferiti lill-awtorità mogħtija s-setgħa li tikkonkludi kuntratti mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-persunal tagħha.

3.  Il-Bord Amministrattiv, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta r-regoli implimentattivi adatti msemmija fl-Artikolu 110(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

4.  Ir-riżorsi umani tal-persunal għandhom jiġu determinati fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Impriża Konġunta li jiġi ppreżentat fil-baġit annwali.

▼M2

5.  Il-persunal tal-Impriża Konġunta għandu jkun magħmul minn aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali. Il-perijodu totali tal-ingaġġ ma għandux, fl-ebda każ, ikun itwal mit-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta.

▼M1

6.  L-ispejjeż kollha relatati mal-persunal għandhom jitħallsu mill-Impriża Konġunta.

Artikolu 2b

Privileġġi u immunitajiet

1.  Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Impriża Konġunta u, sa fejn dawn ikunu suġġetti għar-regoli msemmijin fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2a, għall-persunal tagħha u għad-Direttur Eżekuttiv tagħha. Safejn ikunu kkonċernati t-taxxi u d-dazji doganali, il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Impriża Konġunta mill-15 ta’ Ottubru 2008.

2.  Għandu jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn l-Impriża Konġunta u l-Belġju dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jiġi provdut mill-Belġju lill-Impriża Konġunta.

Artikolu 2c

Responsabbiltà

1.  Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Impriża Konġunta għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim jew għall-kuntratt in kwistjoni.

2.  Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta għandha, konformement mal-prinċipji ġenerali li huma komuni fir-rigward tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkawżata mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu.

3.  Kwalunkwe pagament li jsir mill-Impriża Konġunta fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafu 1 u 2 u l-infiq u l-ispejjeż li ġġarrab f’konnessjoni ma’ dan għandhom jiġu kkunsidrati bħala nfiq tal-Impriża Konġunta u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi tal-Impriża Konġunta.

4.  L-Impriża Konġunta għandha tkun unikament responsabbli sabiex tissoddisfa l-obbligi tagħha.

Artikolu 2d

Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-liġi applikabbli

1.  Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni:

(a) fir-rigward ta’ kwalunkwe disputa bejn il-membri li tirrelata mal-materja ta’ dan ir-Regolament u/jew tal-Istatuti msemmija fl-Artikolu 3;

(b) taħt kull klawsola ta’ arbitraġġ fi strumenti ta’ ftehim u f’kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta;

(ċ) f’azzjonijiet li jinġiebu kontra l-Impriża Konġunta, li jinkludu deċiżjonijiet meħuda mil-korpi tagħha, taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat;

(d) fir-rigward ta’ disputi relatati ma’ kumpens għall-ħsara kkawżata mill-persunal tal-Impriża Konġunta fiit-twettiq ta’ dmirijietu.

2.  Fir-rigward ta’ kull materja li mhijiex koperta minn dan ir-Regolament jew minn xi att ieħor tal-liġi Komunitarja, għandha tapplika l-liġi tal-Istat ta’ fejn tinsab is-sede tal-Impriża Konġunta.

▼B

Artikolu 3

Statuti ta' l-Impriża Konġunta

L-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta, kif stabbiliti fl-Anness ma' dan ir-Regolament, jikkostitwixxu parti integrali minnu u huma b'dan adottati.

Artikolu 4

Sorsi ta' finanzjament

1.  Il-finanzjament ta' l-Impriża Konġunta għandu jiġi mill-kontribuzzjonijiet mill-membri tagħha, inklużi imprizi privati, skond l-Artikoli 1 u 12 ta' l-Istatuti.

▼M2

2.  Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014–20, inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-EFTA, imħallsa mill-approprjazzjonijiet baġitarji allokati għall-Programm Qafas Orizzont 2020 għandha tkun ta' EUR 585 000 000 miljun.

L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' ftehim ġenerali u ftehimiet annwali ta' implimentazzjoni finanzjarja, li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, u l-Impriża Konġunta. L-arranġamenti għandhom jinkludu l-forniment tad-data meħtieġa biex tiġi żgurata li l-Kummissjoni tkun tista' twettaq l-obbligi tagħha ta' disseminazzjoni u rappurtar; inkluż fuq il-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi ta' disseminazzjoni oħrajn tal-Programm Qafas Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni u dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta' sejħiet għal proposti tal-Impriża Konġunta ukoll fuq il-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi ta' disseminazzjoni oħrajn tal-Programm Qafas Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni.

▼M1

Il-ftehim ġenerali għandu jipprovdi għad-dritt li l-Kummissjoni jkollha li topponi l-użu tal-kontribut Komunitarju għal finijiet li hija tħoss imorru kontra l-prinċipji tal-programmi Komunitarji msemmija hawn fuq jew kontra r-Regolament Finanzjarju tagħha jew għaliex dan ikun ta’ ħsara għall-interessi tal-Komunità. F’każ li l-Kummissjoni topponi, il-kontribut Komunitarju ma jistax jintuża mill-Impriża Konġunta għal dawn il-finijiet.

▼M2

3.  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta għandhom jintemmu mal-iskadenza tal-qafas finanzjarju 2014–20 sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni.

▼M1

Artikolu 4a

Regoli finanzjarji

▼M2

1.  Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta għandhom jiġu addottati mill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Huma ma għandhomx jonqsu milli jsegwu r-Regolament Finanzjarju qafas sakemm dan ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Impriża Konġunta u l-Kummissjoni ma tkunx tat il-kunsens tagħha minn qabel.

▼M2 —————

▼M1

Artikolu 4b

Kwittanza

Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena “n” tal-Impriża Konġunta għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni tal-Kunsill qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena “n + 2”. Il-Bord Amministrattiv, fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta, għandu jipprovdi għall-proċedura li tiġi segwita fl-għoti tal-kwittanza b’kont meħud tal-karatteristiċi partikolari li jirriżultaw min-natura tal-Impriża Konġunta bħala sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat u speċjalment mill-kontribut għall-baġit mis-settur privat.

▼B

Artikolu 5

Kumitat

1.  Il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 (“il-Kumitat”), għandu jkun mgħarraf fuq bażi regolari dwar il-ħidma ta' l-Impriża Konġunta. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-proġett SESAR bħala punt fuq l-aġenda tal-laqgħat tal-Kumitat.

▼M2

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Bord Amministrattiv.

▼M2 —————

▼M2

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Bord Amministrattiv fir-rigward ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw modifiki sinifikanti tal-Pjan Regolatorju tal-ATM għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 6(2).

Artikolu 6

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ajru Uniku stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 549/2004. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet paragrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 7

Evalwazzjoni interim u rapport

Sat-30 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta' esperti indipendenti, evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-riżultati miksuba mill-Impriża Konġunta, b'enfasi partikolari fuq l-impatt u l-effettività ta' dawn ir-riżultati konkreti miksuba f'dak il-perijodu partikolari, f'konformità mal-Pjan Regolatorju tal-ATM. L-evalwazzjoni għandha tkopri wkoll il-metodi operattivi, kif ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-Impriża Konġunta. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2017. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni dettaljata u fl-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

▼B

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

STATUTI TA' L-IMPRIŻA KONĠUNTA

Artikolu 1

Membri

1.  Dawn li ġejjin għandhom ikunu membri fondaturi ta' l-Impriża Konġunta:

— il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”);

— l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru (“Eurocontrol”), rappreżentata mill-Aġenzija tagħha.

2.  Dawn li ġejjin jistgħu jsiru membri ta' l-Impriża Konġunta:

— il-Bank Ewropew ta' l-Investiment;

— kwalunkwe impriża jew korp, pubbliċi jew privati, oħrajn inklużi dawk minn pajjiżi terzi li kkonkludew mill-anqas ftehim wieħed mal-Komunità Ewropea fil-qasam tat-trasport bl-ajru.

3.  Kwalunkwe talba għall-adeżjoni skond dan il-paragrafu għandha tiġi indirizzata lid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jittrasmettiha lill-Bord Amministrattiv. Il-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedi jekk jawtorizzax in-negozjati. Jekk l-awtorizzazzjoni tingħata, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnegozja l-kondizzjonijiet ta' adeżjoni u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dispożizzjonijiet dwar il-kontributi finanzjarji u r-rappreżentanza fi ħdan il-Bord Amministrattiv. L-abbozz ta' ftehim għandu jiġi ppreżentat lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni skond l-Artikolu 5(1)(d).

4.  Fid-deċiżjoni dwar jekk jiġux awtorizzati negozjati dwar l-adeżjoni, ma' impriża jew korp pubbliku jew privat, il-Bord Amministrattiv għandu b'mod partikolari jieħu kont tal-kriterji li ġejjin:

— il-konoxxenza u l-esperjenza dokumentati fil-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru u/jew fil-manifattura ta' tagħmir u/jew fis-servizzi għall-użu fil-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru,

— il-kontribuzzjoni prevedibbli mill-impriża jew korp għall-eżekuzzjoni tal-Pjan Regolatorju ta' l-ATM,

— is-solidità finanzjarja ta' l-impriża jew tal-korp,

— konflitti potenzjali ta' interess.

5.  Is-sħubija fl-Impriża Konġunta ma tistax tiġi ttrasferita lil parti terza mingħajr il-kunsens minn qabel u unanimu, tal-Bord Amministrattiv.

Artikolu 2

Organi ta' l-Impriża Konġunta

L-organi ta' l-Impriża Konġunta għandhom ikunu l-Bord Amministrattiv u d-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 3

Kompożizzjoni u Presidenza tal-Bord Amministrattiv

1.  Il-Bord Amministrattiv għandu jkun kompost minn:

(a) rappreżentant minn kull wieħed mill-membri ta' l-Impriża Konġunta;

(b) rappreżentant tal-militar;

(ċ) rappreżentant ta' l-utenti ċivili ta' l-ispazju ta' l-ajru, maħtur mill-organizzazzjoni rappreżentattiva tagħhom fil-livell Ewropew;

(d) rappreżentant tal-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, maħtur mill-organizzazzjoni rappreżentattiva tagħhom fil-livell Ewropew;

(e) rappreżentant tal-manifatturi tat-tagħmir, maħtur mill-organizzazzjoni rappreżentattiva tagħhom fil-livell Ewropew;

(f) rappreżentant ta' l-ajruporti, maħtur mill-organizzazzjoni rappreżentattiva tagħhom fil-livell Ewropew;

(g) rappreżentant mill-korpi li jirrappreżentaw il-persunal fis-settur tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru, maħtur mill-organizzazzjoni rappreżentattiva tagħhom fil-livell Ewropew;

(h) rappreżentant ta' l-istituzzjonijiet xjentifiċi rilevanti jew tal-komunità xjentifika rilevanti, maħtur mill-organizzazzjoni rappreżentattiva tagħhom fil-livell Ewropew.

2.  Il-Bord Amministrattiv għandu jkun presedut mir-rappreżentant tal-Komunità.

Artikolu 4

Votazzjoni fil-Bord Amministrattiv

1.  Ir-rappreżentanti msemmija fil-punti (a) u (ċ) ta' l-Artikolu 3(1) għandhom ikollhom id-dritt tal-vot.

2.  Il-membri ta' l-Impriża Konġunta għandhom ikollhom numru ta' voti fi proporzjon għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-fondi ta' l-Impriża Konġunta. Madankollu, minkejja l-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, il-Komunità u l-Eurocontrol għandhom ikollhom mhux anqas minn 25 % kull wieħed min-numru totali ta' voti u r-rappreżentant ta' l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru msemmi fil-punt (ċ) ta' l-Artikolu 3(1) għandu jkollu mill-anqas 10 % min-numru totali ta' voti.

3.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv għandhom jiġu adottati b'maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa sakemm ma jiġix previst diversament f'dawn l-Istatuti.

4.  Jekk il-voti jinqasmu b'mod indaqs, il-Komunità għandha jkollha l-vot deċiżiv.

5.  Kwalunkwe deċiżjoni fir-rigward ta' l-adeżjoni ta' membri ġodda (fis-sens ta' l-Artikolu 1(2)), tal-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, ta' emendi proposti għal dawn l-Istatuti, il-proposti għall-Kummissjoni dwar it-tul ta' żmien ta' l-Impriża Konġunta, tax-xoljiment ta' l-Impriża Konġunta jew tad-deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 23 għandha teħtieġ l-il-vot pożittiv tar-rappreżentant tal-Komunità fuq il-Bord Amministrattiv.

6.  Id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-adozzjoni tal-Pjan Regolatorju ta' l-ATM u l-modifiki tiegħu għandhom jeħtieġu l-voti pożittivi tal-membri fondaturi. Minkejja l-paragrafu 1, tali deċiżjonijiet m'għandhomx jittieħdu fejn ir-rappreżentanti msemmija fil-punti (ċ), (d), (f), u (g) ta' l-Artikolu 3(1) ikunu unanimament opposti.

Artikolu 5

Responsabbiltajiet tal-Bord Amministrattiv

1.  B’mod partikolari, il-Bord Amministrattiv għandu jkollu r-responsabbiltajiet li ġejjin:

(a) jadotta l-Pjan Regolatorju ta' l-ATM approvat mill-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament u japprova kwalunkwe proposta għall-modifika tiegħu;

(b) jagħti linji gwida u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR u jeżerċita kontroll ġenerali fuq l-implimentazzjoni tiegħu;

(ċ) japprova l-programm ta' ħidma u l-programmi annwali ta' ħidma ta' l-Impriża Konġunta msemmijin fl-Artikolu 16(1) kif ukoll il-baġit annwali, inkluż il-pjan ta' stabbiliment tal-persunal;

(d) jawtorizza n-negozjati u jiddeċiedi dwar l-adeżjoni ta' membri ġodda u dwar il-ftehim relatati kif imsemmija fl-Artikolu 1(3);

(e) jissorvelja l-esekuzzjoni tal-ftehim bejn il-membri u l-Impriża Konġunta;

(f) jaħtar u jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv u japprova l-iskema ta' l-organizzazzjoni; ►M1   u jissorvelja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv; ◄

(g) jiddeċiedi dwar l-ammonti u l-proċeduri għall-pagament tal-kontributi finanzjarji tal-membri u l-evalwazzjoni tal-kontributi mhux finanzjarji;

(h) jadotta r- ►M1  regoli finanzjarji ◄ ta’ l-Impriża Konġunta;

(i) japprova l-kontijiet u l-karta tal-bilanċ annwali;

(j) jadotta r-rapport annwali dwar il-progress tal-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu msemmi fl-Artikolu 16(2);

(k) jiddeċiedi dwar proposti lill-Kummissjoni dwar l-estensjoni u x-xoljiment ta' l-Impriża Konġunta;

(l) jistabbilixxi proċeduri għall-għoti ta' drittijiet ta' aċċess għall-assi tanġibbli u intanġibbli li jkunu l-proprjetà ta' l-Impriża Konġunta u t-trasferiment ta' tali assi;

▼M2

(m) jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti jew l-għotjiet u kwalunkwe ftehim ieħor meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM, inklużi l-proċeduri speċifiċi biex jiġu evitati konflitti ta' interess;

(n) jiddeċiedi dwar proposti lill-Kummissjoni biex temenda l-istatuti;

▼B

(o) jeżerċita tali poteri oħrajn u jwettaq tali funzjonijiet oħrajn, inkluż l-istabbiliment ta' korpi sussidjarji, kif jista' jkun meħtieġ għall-finijiet tal-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR;

(p) jadotta l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 8.

2.  Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu li għandhom jiżguraw li l-proċedimenti tiegħu jimxu bla xkiel u b'mod effiċjenti, b'mod partikolari fil-każ ta' espansjoni sinifikanti fl-isħubija. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu wkoll id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

▼M2

(a) il-Bord Amministrattiv għandu jiltaqa' mill-inqas tliet darbiet fis-sena. Għandhom jissejħu laqgħat straordinarji jew fuq it-talba ta' terz tal-membri tal-Bord Amministrattiv li jirrappreżentaw mill-anqas 30 % tad-drittijiet tal-vot, jew fuq talba tal-Kummissjoni jew tad-Direttur Eżekuttiv;

▼B

(b) il-laqgħat għandhom normalment isiru fis-sede ta' l-Impriża Konġunta;

(ċ) sakemm ma jiġix deċiż diversament f'każijiet partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipparteċipa fil-laqgħat;

(d) proċeduri speċifiċi għall-identifikazjoni u l-evitar ta' konflitti ta' interess.

Artikolu 6

Evitar ta' konflitti ta' interess

▼M2

1.  Il-membri tal-Impriża Konġunta jew tal-Bord Amministrattiv u l-Impriża Konġunta mhumiex permessi jipparteċipaw fit-tħejjija, l-evalwazzjoni jew il-proċedura tal-għoti tal-appoġġ finanzjarju mill-Impriża Konġunta, b'mod partikolari wara sejħiet għal offerti jew sejħiet għal proposti jekk jippossjedu, jirrappreżentaw jew ikollhom ftehimiet ma' korpi li huma kandidati potenzjali jew applikanti.

▼B

2.  Il-membri ta' l-Impriża Konġunta u l-parteċipanti fil-Bord Amministrattiv għandhom jiżvelaw kwalunkwe interess personali jew korporattiv dirett jew indirett fir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni fuq l-aġenda. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-membri tal-persunal fir-rigward tal-kompiti li jiġu assenjati lilhom.

3.  Abbażi ta' l-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 2, il-Bord Amministrattiv jista' jiddeċiedi li jeskludi membri, parteċipanti jew membri tal-persunal minn deċiżjonijiet jew kompiti fejn x'aktarx jirriżulta konflitt ta' interess. Huma ma jkollhomx aċċess għal informazzjoni relatata ma' l-oqsma meqjusa suġġetti għall-konflitti potenzjali ta' interess.

Artikolu 7

Direttur Eżekuttiv

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum ta' l-Impriża Konġunta u huwa r-rappreżentant legali tagħha. ►M1   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita, fir-rigward tal-personal, is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 2a(2) tar-Regolament (KE) Nru 219/2007. ◄

▼M2

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Impriża Konġunta skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

Għall-iskop li jiġi konkluż il-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-Impriża Konġunta għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord Amministrattiv.

Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sal-aħħar ta' dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Impriża Konġunta.

Il-Bord Amministrattiv, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba waħda għal mhux aktar minn ħames snin.

Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fi tmiem il-perijodu globali.

Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

▼B

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'indipendenza sħiħa fil-limiti tal-poteri assenjati lilu.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddirieġi l-esekuzzjoni tal-proġett SESAR fil-linji gwida stabbiliti mill-Bord Amministrattiv li lejh huwa għandu jkun responsabbli. Huwa għandu jipprovdi lill-Bord Amministrattiv bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu b'mod partikolari:

▼M1

(a) jimpjega, imexxi u jissorvelja l-personal tal-Impriża Konġunta, inkluż il-personal imsemmi fl-Artikolu 8;

▼B

(b) jorganizza, imexxi u jissorvelja l-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta;

(ċ) jippreżenta lill-Bord Amministrattiv il-proposti tiegħu dwar il-iskema ta' l-organizzazzjoni;

(d) ifassal u jaġġorna regolarment il-programm ta' ħidma globali u dak annwali ta' l-Impriża Konġunta, inkluż estimu dwar l-ispejjeż tal-programm, u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv;

(e) ifassal, skond ir- ►M1  Regoli finanzjarji ◄ , l-abbozz tal-baġit annwali, inkluż il-pjan ta' stabbiliment tal-persunal, u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv;

(f) jiżgura li jitwettqu l-obbligi ta' l-Impriża Konġunta, fir-rigward tal-kuntratti u l-ftehim li hija tikkonkludi;

(g) jiżgura li l-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta jitwettqu b'indipendenza sħiħa u mingħajr kwalunkwe konflitt ta' interess;

(h) ifassal ir-rapport annwali dwar il-progress tal-proġett SESAR u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, u tali rapporti oħrajn li jistgħu jintalbu mill-Bord Amministrattiv, u jippreżentahom lil dan ta' l-aħħar;

(i) jippreżenta l-kontijiet annwali u l-karta tal-bilanċ lill-Bord Amministrattiv;

(j) jippreżenta lill-Bord Amministrattiv kwalunkwe proposta li tinvolvi tibdiliet fit-tfassil tal-proġett SESAR.

▼M1

Artikolu 7a

Il-funzjoni tal-verifika interna

Il-funzjonijiet mogħtija permezz tal-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju lill-awditur intern tal-Kummissjoni għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Bord Amministrattiv, li għandu jagħmel il-provvedimenti adegwati, b’kont meħud tad-daqs u l-ambitu tal-Impriża Konġunta.

▼M1

Artikolu 8

Sekondar ta’ personal mal-Impriża Konġunta

Kwalunkwe membru tal-Impriża Konġunta jista’ jipproponi lid-Direttur Eżekuttiv sabiex jiġu sekondati membri tal-personal tiegħu mal-Impriża Konġunta konformement mal-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim rilevanti msemmi fl-Artikolu 1(3) ta’ dawn l-Istatuti. Il-personal issekondat mal-Impriża Konġunta għandu jaġixxi b’indipendenza assoluta taħt is-superviżjoni tad-Direttur Eżekuttiv.

▼B

Artikolu 9

Ftehim

▼M2

1.  Sabiex twettaq il-kompiti definiti fl-Artikolu 1(5) ta' dan ir-Regolament, l-Impriża Konġunta tista' tikkonkludi ftehimiet speċifiċi mal-membri tagħha u tagħtihom għotjiet, f'konformità mar-regolamenti finanzjarji applikabbli.

▼B

2.  Ir-rwol u l-kontribut ta' l-Eurocontrol għandu jiġi definit fi ftehim ma' l-Impriża Konġunta. Dan il-ftehim għandu:

(a) jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u għall-użu tar-riżultati tal-fażi ta' definizzjoni lill-Impriża Konġunta;

(b) jiddeskrivi l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' l-Eurocontrol fl-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju ta' l-ATM taħt l-awtorità ta' l-Impriża Konġunta, bħal:

(i) l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u validazzjoni skond il-programm ta' ħidma ta' l-Impriża Konġunta;

(ii) il-koordinazzjoni ta' l-iżviluppi komuni għas-sistema futura taħt ir-responsabbiltà ta' l-Eurocontrol;

(iii) il-proposta, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 1(5) ta' dan ir-Regolament, ta' emendi possibbli għall-Pjan Regolatorju ta' l-ATM;

(iv) l-aġġornament ta' l-indikaturi ta' konverġenza (il-pjan Ewropew ta' konverġenza u implimentazzjoni, il-pjan lokali ta' konverġenza u implimentazzjoni);

(v) il-koperazzjoni ma' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili.

3.  Il-ftehim kollha mal-membri għandhom jinkludu dispożizzjonijiet adatti li għandhom jevitaw kwalunkwe konflitt possibbli ta' interess għall-membri fit-twettiq tal-kompiti taħt il-ftehim imsemmija.

4.  Ir-rappreżentanti tal-membri ta' l-Impriża Konġunta m'għandhomx jipparteċipaw f'deliberazzjonijiet ta' l-Impriża Konġunta relatati ma' negozjati dwar il-konklużjoni tal-ftehim tagħhom stess imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jiġu miċħuda aċċess għad-dokumentazzjoni dwar dawn id-deliberazzjonijiet.

▼M2

Artikolu 10

Kuntratti u għotjiet

1.  Minkejja l-Artikolu 9, l-Impriża Konġunta tista' tikkonkludi kuntratti ta' servizz u ta' forniment jew ftehimiet dwar għotjiet ma' impriżi jew ma' konsorzju ta' impriżi, b'mod partikolari sabiex twettaq il-kompiti previsti fl-Artikolu 1(5) ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Impriża Konġunta għandha tiżgura li l-kuntratti u l-ftehimiet dwar għotjiet imsemmija fil-paragrafu 1 jipprovdu għad-dritt tal-Kummissjoni li twettaq kontrolli sabiex tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

3.  Il-kuntratti u l-ftehimiet dwar għotjiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet xierqa kollha relatati mad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 18. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe konflitt ta' interessi, il-membri involuti fid-definizzjoni ta' ħidma li tkun soġġetta għal proċedura ta' akkwist jew ta' għotja, inkluż il-persunal tagħhom li jkun sekondat skont l-Artikolu 8, ma jistgħux jieħdu sehem fit-twettiq ta' dik il-ħidma.

▼B

Artikolu 11

Gruppi ta' ħidma

1.  Sabiex jitwettqu l-kompiti previsti fl-Artikolu 1(5) ta' dan ir-Regolament, l-Impriża Konġunta tista' tistabbilixxi numru limitat ta' gruppi ta' ħidma sabiex iwettqu attivitajiet li ma jkunux diġà qegħdin jitwettqu x'imkien ieħor. Dawn il-gruppi għandhom jibbażaw il-ħidma fuq il-ħila ta' professjonisti u għandhom jaħdmu b'mod trasparenti.

2.  L-esperti li jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma m'għandhomx jappartjenu għall-persunal ta' l-Impriża Konġunta.

3.  Il-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu preseduti minn rappreżentant ta' l-Impriża Konġunta.

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.  Id-dħul ta' l-Impriża Konġunta għandu jiġi mis-sorsi identifikati fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

2.  Sabiex tinbeda l-ħidma ta' l-Impriża Konġunta, il-membri fondaturi għandhom iħallsu kontribuzzjoni inizjali minima ta' EUR 10 miljuni fi żmien perjodu ta' sena waħda mill-istabbiliment ta' l-Impriża Konġunta.

▼M2

3.  Il-membri msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 1(2) għandhom jimpenjaw ruħhom li jħallsu kontribuzzjoni inizjali minima ta' EUR 10 miljuni fi żmien perijodu ta' sena waħda minn meta l-adeżjoni tagħhom mal-Impriża Konġunta tiġi aċċettata. Dan l-ammont għandu jitnaqqas għal EUR ħames miljuni għal membri li jingħaqdu mal-Impriża Konġunta fi żmien 24 xahar mill-kostituzzjoni tagħha jew wara sejħa għal sħubija ġdida.

▼B

Fil-każ ta' impriżi, li jissottoskrivu individwalment jew kollettivament, li jistgħu jitqiesu bħala intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju fit-tifsira tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ( 8 ), dan l-ammont għandu jitnaqqas għal EUR 250 000 irrispettivament minn meta dawn isiru membri. Il-membri ġodda jistgħu jingħataw l-għażla li jħallsu l-kontribuzzjoni inizjali f'diversi pagamenti, matul perjodu li għandu jiġi miftiehem u stabbilit fil-ftehim tagħhom kif imsemmija fl-Artikolu 1(3).

4.  Il-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedi dwar l-ammonti li għandhom isiru disponibbli minn kull membru fi proporzjon għall-kontribuzzjonijiet li dan ikun aċċetta li jħallas u għandu jistabbilixxi l-iskadenza sa meta l-membri għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom.

5.  Huma possibbli kontributi mhux finanzjarji ħlief fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Dawn għandhom ikunu suġġetti għal evalwazzjoni tal-valur tagħhom u ta' l-utilità tagħhom għat-twettiq tal-kompiti ta' l-Impriża Konġunta u għandhom jiġu speċifikati fil-ftehim tagħhom imsemmi fl-Artikolu 1(3).

6.  Kwalunkwe membru ta' l-Impriża Konġunta li jonqos milli jwettaq l-impenji tiegħu rigward il-kontributi mhux finanzjarji jew ma jagħmilx disponibbli l-ammont dovut fil-limitu ta' żmien preskritt għandu jiġi skwalifikat, għal sitt xhur wara l-iskadenza ta' dan il-limitu ta' żmien, milli jivvota fil-Bord Amministrattiv sa tali żmien li l-obbligi tiegħu jkunu twettqu. Ma' l-iskadenza ta' dan il-perjodu ta' sitt xhur, jekk l-obbligi jkunu għadhom ma twettqux, l-isħubija għandha tiġi revokata.

Artikolu 13

Dħul

1.  Id-dħul kollu ta' l-Impriża Konġunta għandu jiġi applikat għall-promozzjoni tal-kompiti definiti fl-Artikolu 1(5) ta' dan ir-Regolament. Suġġett għall-Artikolu 25, ma għandu jsir l-ebda pagament permezz ta' diviżjoni ta' kwalunkwe dħul żejjed fuq l-infiq lill-membri ta' l-Impriża Konġunta.

▼M2

2.  Kull imgħax mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri tal-Impriża Konġunta għandu jitqies bħala dħul tal-Impriża Komuni.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 15

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.  Is-sena finanzjarja għandha tikkorrispondi għas-sena kalendarja.

▼M1

2.  Kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-membri stimi tal-ispejjeż tal-proġett SESAR kif approvat mill-Bord Amministrattiv. Il-Bord Amministrattiv, fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta, għandu jipprovdi għall-proċedura li għandha tiġi segwita meta jintbagħtu l-istimi tal-ispejjeż.

▼B

3.  Il-membri għandhom minnufih jikkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv il-kummenti tagħhom dwar l-estimi ta' l-ispejjeż tal-proġett, u b'mod partikolari dwar l-estimi tad-dħul u l-infiq għas-sena ta' wara.

▼M1

4.  Abbażi tal-istimi tal-ispejjeż tal-proġett approvati, u b’kont meħud tal-kummenti riċevuti mill-membri, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-abbozz tal-baġit għas-sena ta’ wara u jippreżentah lill-Bord Amministrattiv għall-adozzjoni. Il-Bord Amministrattiv għandu, fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta, jipprovdi għall-proċedura li għandha tiġi segwita meta jippreżenta l-abbozz tal-baġit.

▼B

5.  Fi żmien xahrejn mit-tmiem ta' kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta l-kontijiet annwali u l-karta tal-bilanċ għas-sena ta' qabel lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej. Il-verifika li tkun saret mill-Qorti ta' l-Awdituri għandha tkun ibbażata fuq records u titwettaq fil-post.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta l-kontijiet annwali u l-karta tal-bilanċ, flimkien mar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni minn maġġoranza ta' 75 % tal-voti mitfugħa. Id-Direttur Eżekuttiv huwa intitolat u, jekk mitlub mill-Bord Amministrattiv, obbligat jikkummenta dwar ir-rapport.

7.  Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tibgħat ir-rapport tagħha lill-membri ta' l-Impriża Konġunta.

Artikolu 16

Il-programm ta' ħidma u rapporti

▼M2

1.  L-Impriża Konġunta għandha tfassal il-programm ta' ħidma tagħha abbażi tal-qafas finanzjarju msemmi fl-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament u abbażi ta' prinċipji ta' ġestjoni u kontabbiltà tajbin li jistabbilixxu riżultati tanġibbli u miri ċari. Dan għandu jikkonsisti fi:

▼B

(a) programm ta' ħidma globali, diviż f'perjodi ta' sitta u tletin xahar;

(b) programmi ta' ħidma annwali stabbiliti kull sena li jiddeskrivu l-attivitajiet, l-iskeda ta' żmien u l-ispejjeż ta' l-Impriża Konġunta matul dan il-perjodu.

2.  Ir-rapport annwali għandu juri l-progress tal-proġett SESAR, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-iskeda ta' żmien, l-ispejjeż u l-prestazzjoni ta' dan il-proġett.

▼M2

Artikolu 17

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.  L-Impriża Konġunta għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta xi azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' verifiki effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa ħażin u, fejn japplika, permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u ta' deterrent.

2.  Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u benefiċjarji ta' għotjiet ġenerali fuq il-post, kuntratturi u sottokuntratturi li jkunu rċevew il-fondi tal-Unjoni.

3.  L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“OLAF”) għandu jkun awtorizzat li jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi direttament jew indirettament ikkonċernati minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 9 ) bil-għan li tistabbilixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' xi ftehim dwar għotjiet jew xi deċiżjoni jew xi kuntratt illi jikkonċerna finanzjament mill-Unjoni.

4.  Mingħajr preġudizzju għas-subparagrafi 1, 2 u 3, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet għal għotjiet, deċiżjonijiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex jagħmlu tali awditi, verifiki fuq il-post u spezzjonijiet.

▼B

Artikolu 18

Drittijiet ta' proprjetà

L-Impriża Konġunta għandha tkun proprjetarja ta' l-assi kollha tanġibbli u intanġibbli li jkunu nħolqu mill-Impriża Konġunta jew ġew trasferiti lilha għall-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR skond il-ftehim imsemmija fl-Artikoli 1(3) u 9, konklużi mill-Impriża Konġunta. L-Impriża Konġunta tista' tagħti d-drittijiet ta' aċċess għall-konoxxenza li tirriżulta mill-proġett, b'mod partikolari lill-membri tagħha kif ukoll lill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u/jew lill-Eurocontrol għall-finijiet tagħhom stess u għal finijiet mhux kummerċjali.

▼M1

Artikolu 19

Trasparenza

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 10 ) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta SESAR.

2.  L-Impriża Konġunta SESAR għandha, sal-1 ta’ Lulju 2009, tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.  Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta Sesar taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ azzjoni miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

▼B

Artikolu 20

Miżuri kontra l-frodi

1.  Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u atti illegali oħrajn, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ( 11 ).

2.  L-Impriża Konġunta għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej rigward investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ( 12 ) u għandha minnufih tippubblika d-dispożizzjonijiet adatti applikabbli għall-impjegati kollha ta' l-Impriża Konġunta.

3.  Il-Qorti ta' l-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk meħtieġ, iwettqu kontrolli fil-post fost dawk li jirċievu finanzjament mill-Impriża Konġunta u fost l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu.

▼M1

Artikolu 21

Assigurazzjoni

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipproponi lill-Bord Amministrattiv sabiex jipprovdi għal kwalunkwe assigurazzjoni meħtieġa u l-Impriża Konġunta għandha tipprovdi għal tali assigurazzjoni kif rikjest mill-Bord Amministrattiv.

▼B

Artikolu 22

Kunfidenzjalità

L-Impriża Konġunta għandha tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva, li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħha jista' jkun ta' dannu għall-interessi tal-partijiet kontraenti. Hija għandha tapplika l-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà definiti u implimentati mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà ( 13 ).

Artikolu 23

Trasferiment ta' assi tanġibbli u intanġibbli mill-Impriża Konġunta

Ma' l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, it-trasferiment mill-Impriża Konġunta lil korp ieħor ta' l-assi kollha tanġibbli u intanġibbli, jew ta' parti minnhom, li jkunu l-proprjetà tagħha, għandu jkollu l-kunsens tal-Bord Amministrattiv.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 25

Ix-xoljiment ta' l-Impriża Konġunta

Għall-fini tat-twettiq tal-proċedimenti involuti fl-istralċ ta' l-Impriża Konġunta, il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar stralċjarju wieħed jew aktar, li għandu jikkonforma mad-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv.

Artikolu 26

Il-liġi applikabbli

Il-liġi ta' l-Istat fejn tkun stabbilita s-sede ta' l-Impriża Konġunta għandha tapplika fi kwalunkwe kwistjoni li ma tku nx koperta minn dawn l-Istatuti.



( 1 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

( 2 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

( 3 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

( 4 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

( 5 ) ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

( 6 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–20) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

( 8 ) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

( 9 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

( 10 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

( 11 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

( 12 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

( 13 ) ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/952/KE (ĠU L 175 M, 29.6.2006, p. 316).