European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5908

5.11.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12173 - AMPHENOL / COMMSCOPE (CONNECTIVITY AND CABLE SOLUTIONS))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5908)

1.   

Fl-24 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Amphenol Corporation (“Amphenol”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

CommScope Technologies LLC (“CommScope Technologies”, l-Istati Uniti tal-Amerka), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn CommScope Holding Company, Inc (l-Istati Uniti tal-Amerka).

Amphenol se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ CommScope Technologies kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Amphenol hija manifattur u fornitur globali ta’ konnetturi, sistemi ta’ interkonnessjoni, sensuri, prodotti bbażati fuq sensuri, antenni u kejbils speċjalizzati,

—

Commscope Technologies tipprovdi konnettività bil-fibra u bir-ram u soluzzjonijiet bil-kejbil (infrastruttura avvanzata) liċ-ċentri tad-data, lill-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni, lin-networks bil-kejbil, lin-networks tal-broadband residenzjali u lill-intrapriżi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12173 – AMPHENOL / COMMSCOPE (CONNECTIVITY AND CABLE SOLUTIONS)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5908/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)