|
31.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/24 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9262 — ADM/Gleadell Agriculture)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 38/10)
1.
Fit-23 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ADM Arkady Limited (“ADM”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Gleadell Agriculture Limited (“Gleadell”, ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt minn ADM u Invivo Grains. |
ADM takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Gleadell kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— ADM: (i) l-ipproċessar ta’ żrieragħ żejtnin, żrieragħ tal-lift, qamħirrum, zokkor, qamħ u prodotti oħra agrikoli; u (ii) il-manifattura ta’ żjut u xaħmijiet veġetali, proteini veġetali, għalf, qamħirrum, sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, dqiq, bijodiżil, etanol u ikel u ingredjenti oħrajn tal-għalf b’valur miżjud.
— Gleadell: (i) provvista ta’ taħħana, maljeri, għalf kompost, u konsumaturi oħra tal-qamħ; u (ii) esportazzjoni ta’ qmuħ, żrieragħ żejtnija u legumi.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9262 — ADM/Gleadell Agriculture
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).