|
7.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10708 — CURA / OCG / DEUTSCHE EUROSHOP JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 221/07)
1.
Fit-30 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KG CURA Vermögensverwaltung GmbH & ampCo (“CURA”, il-Ġermanja), |
|
— |
Oaktree Capital Group, LLC (“OCG”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Deutsche EuroShop AG (“Deutsche EuroShop”, il-Ġermanja). |
CURA u OCG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Deutsche EuroShop.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-23 ta’ Mejju 2022.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CURA: attiva fil-proprjetà immobbli fis-setturi tax-xiri, tal-uffiċċji, tat-traffiku, tal-lukandi, residenzjali u industrijali prinċipalment fl-Ewropa, |
|
— |
OCG: attiva f’fondi ta’ investiment alternattivi u mhux tradizzjonali madwar id-dinja, |
|
— |
Deutsche EuroShop: attiva fl-investimenti u l-ġestjoni tal-investimenti fiċ-ċentri tax-xiri fl-Ewropa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10708 — CURA / OCG / DEUTSCHE EUROSHOP JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).