28.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/20


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9366 — BPCE/Auchan/Oney Bank)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 217/09)

1.   

Fil-21 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

BPCE SA (“BPCE”, Franza),

—

Auchan Holding SA (“Auchan”, Franza), sussidjarja li hija proprjetà 100 % tal-kumpanija azzjonarja Surumarket SAS (Franza); u

—

Oney Bank S.A. (“Oney Bank”, Franza), bħalissa proprjetà ta’ Auchan.

BPCE u Auchan jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Oney Bank.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

BPCE hija grupp bankarju Franċiż involut fis-setturi ta’ attività li ġejjin: (i) servizzi bankarji għall-konsumatur u servizzi finanzjarji, (ii) servizzi bankarji ta’ finanzjament u investiment u (iii) ġestjoni tal-assi u l-assigurazzjoni;

—

Auchan hija attur ewlieni tad-distribuzzjoni fi Franza u fl-Ewropa;

—

Oney Bank huwa istituzzjoni tal-kreditu li tispeċjalizza fil-kreditu tal-konsumatur, fil-ħruġ tal-kards tal-ħlas u fil-prodotti tal-assigurazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9366 — BPCE/Auchan/Oney Bank

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).