|
25.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 133/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 568/2007
ta’ l-24 ta’ Mejju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 996/97 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwota ta' tariffa ta' l-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta' annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0206 29 91
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/97 (2) dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwota ta' tariffa ta' importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta' annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0206 29 91 |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli ġestiti permezz ta' sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (3) japplika għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-perjodi tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni li jibdew mill-1 ta' Jannar 2007. |
|
(3) |
Għall-kwantitajiet li joriġinaw minn u li jiġu mill-Arġentina, kif imsemmi fl-Artikolu 1(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 996/97, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandu japplika, mill-1 ta' Lulju 2007, għal-liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 996/97, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Għall-kwantitajiet li joriġinaw minn u li jiġu minn pajjiżi terzi minbarra l-Arġentina, kif imsemmi fl-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 996/97, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 dwar l-applikazzjonijiet ta' liċenzji għall-importazzjoni, l-istatus ta' l-applikanti u tal-ħruġ tal-liċenzji għandhom japplikaw. Il-Kapitoli I u II tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom għalhekk japplikaw għal-liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa f'konformità mar-Regolament Nru 996/97, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stabbiliti f'dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Jeħtieġ li, kulfejn dan ikun adegwat, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 996/97 jinġiebu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. Dak ir-Regolament, b'mod partikolari, jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 996/97 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 996/97 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 5 (2), jitħassar it-tieni subparagrafu. |
|
(4) |
L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 7 Sabiex jikkwalifika għall-arranġamenti ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(3)(b), l-applikazzjoni tal-liċenzja mressqa mill-applikant tista' tirrelata sa massimu ta' 80 tunnellata.” |
|
(5) |
L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 8 1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 7 jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel għaxart ijiem ta' kull perjodu tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni. 2. Sa mhux aktar tard mill-16:00, ħin ta' Brussell, fis-seba' ġurnata ta' ħidma wara d-data ta' l-għeluq għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali għal kull pajjiż ta' l-oriġini koperta mill-applikazzjonijiet. 3. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jinħarġu mis-seba' u mhux aktar tard mis-sittax-il ġurnata ta' ħidma wara l-aħħar tal-perjodu għan-notifiki msemmija fil-paragrafu 2.” |
|
(6) |
L-Artikolu 9 jitħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tieghu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26).
(3) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).