<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑9/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0009</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:483">EU:C:2017:483</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170621">21.6.2017</DATE> – KAWŻA C 9/16</P><P>A</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza Tal-Qorti Tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 562/2006</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 20 u 21</KEYWORD><KEYWORD>Qsim tal-fruntieri interni</KEYWORD><KEYWORD>Verifiki fit-territorju</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza kontrolli sabiex tiġi stabbilita l-identità tal-persuni maqbuda f’żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera komuni mal-Istati l-oħra li huma parti mill-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà ta’ kontroll indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata jew tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi partikolari</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti ċerti miżuri ta’ kontroll tal-persuni fi ħdan stazzjon tal-ferrovija</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑9/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Amtsgericht Kehl (qorti distrettwali ta’ Kehl, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20160107">7 ta’ Jannar 2016</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">A,</HT></P></PLAINTIFS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Staatsanwaltschaft Offenburg,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, E. Regan (Relatur), J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn J. Vláčil u M. Smolek, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn T. Papadopoulou, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Svizzeru, minn R. Balzaretti, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga u G. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 67(2) TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 105, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="182" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU L 182, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 562/2006<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali kontra A, ċittadin Ġermaniż, akkużat bi ksur tal-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar in-narkotiċi kif ukoll li rreżista lill-uffiċjal tal-infurzar tal-liġi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-preambolu tal-Protokoll (Nru 19) dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat ta’ Lisbona (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="290" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 83, p. 290</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Il-partijiet kontraenti għolja,</P><P>waqt li jinnutaw li l-ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni iffirmati minn uħud mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea f’Schengen fl-<DATE ISO="19850614">14 ta’ Ġunju 1985</DATE> u fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE>, kif ukoll il-ftehim relatati u r-regoli adottati fuq il-bażi ta’ dawn il-ftehim, ġew integrati fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea bit-Trattat ta’ Amsterdam tat-<DATE ISO="19971002">2 ta’ Ottubru 1997</DATE>;</P><P>waqt li jixtiequ jippreservaw l-acquis ta’ Schengen, kif ġie żviluppat mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, u jiżviluppaw dan l-acquis sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ l-objettiv li ċ-ċittadini jkollhom spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni;</P><P>[…]</P><P>qablu dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-acquis ta’ Schengen għandu japplika għall-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tas-<DATE ISO="20030416">16 ta’ April 2003</DATE> u ta’ l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-<DATE ISO="20050425">25 ta’ April 2005</DATE>. Il-Kunsill għandu jissostitwixxi l-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-ftehim ta’ Schengen.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>B’mod partikolari, tagħmel parti mill-imsemmi acquis il-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen, tal-<DATE ISO="19850614">14 ta’ Ġunju 1985</DATE>, bejn il-Gvernijiet tal-Unjoni Ekonomika Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża, dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9), iffirmata f’Schengen (il‑Lussemburgu) fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>KIFS<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li l-Artikolu 2 tagħha huwa dwar il-qsim tal-fruntieri interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) sa (3) tal-KIFS:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-fruntieri interni jistgħu jinqasmu minn kullimkien mingħajr ma jsiru kontrolli fuq persuni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Madankollu, Parti Kontraenti tista’, wara li tikkonsulta mal-Partijiet Kontraenti l-oħra, tiddeċiedi li jsiru kontrolli xierqa fil-fruntieri nazzjonali interni għal perjodu limitat, jekk dan ikun meħtieġ minħabba raġunijiet ta’ politika pubblika jew ta’ sigurtà nazzjonali. Jekk il-politika pubblika jew is-sigurtà nazzjonali tirrikjedi azzjoni mmedjata, il-Parti Kontraenti kkonċernata għandha tieħu l-miżuri meħtieġa u għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn dwar dan kemm jista’ jkun malajr.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-tneħħija ta’ kontrolli fuq persuni fil-fruntieri interni m’għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 22, jew l-eżerċizzju tal-poteri tal-pulizija fit-territorju ta’ Parti Kontraenti mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-liġi ta’ dik il-Parti, jew il-ħtieġa li wieħed iżomm, iġorr u juri permessi u dokumenti stipulati taħt il-liġi ta’ dik il-Parti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-KIFS tħassar b’effett mit-<DATE ISO="20061013">13 ta’ Ottubru 2006</DATE>, konformement mal-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(9) sa (11) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kontroll fuq il-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser l-attività mwettqa fuq fruntiera, skont u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, bħala risposta esklussivament għal xi intenzjoni ta’ qsim jew l-att ta’ qsim ta’ dik il-fruntiera, irrispettivament minn kull konsiderazzjoni oħra, li tikkonsisti f’verifiki fuq il-fruntiera u sorveljanza fuq il-fruntiera;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>verifiki fuq il-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser il-verifiki mwettqa f’punti tal-qsim tal-fruntiera, sabiex ikun żgurat li persuni, il-mezzi tat-trasport tagħhom u l-oġġetti fil-pussess tagħhom jitħallew jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri jew jitilqu minnu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2019" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>sorveljanza fuq il-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser is-sorveljanza tal-fruntieri bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera u s-sorveljanza ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera barra mill-ħinijiet stabbiliti ta’ ftuħ, sabiex persuni ma jitħallewx jevitaw il-verifiki fuq il-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 562/2006 intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Qsim tal-fruntieri interni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Fruntieri interni jistgħu jinqasmu minn kull punt mingħajr ma jsiru verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 ta’ dan ir-regolament intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Verifiki fit-territorju<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>It-tneħħija tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni m’għandhiex taffettwa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ pulizija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri taħt il-liġi nazzjonali, sa fejn l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat ma jkollux effett ekwivalenti għal verifiki fuq il-fruntiera; dan japplika wkoll f’żoni tal-fruntiera. Fit-tifsira tal-ewwel sentenza, l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ pulizija ma jistax, b’mod partikolari, ikun ikkunsidrat ekwivalenti għall-eżerċizzju ta’ kontrolli fuq il-fruntiera meta l-miżuri ta’ pulizija:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>ma jkollhomx bħala objettiv il-kontrolli fuq il-fruntiera;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>ikunu bbażati fuq informazzjoni u esperjenza ġenerali ta’ pulizija dwar theddid possibbli għas-sigurtà pubblika u jkunu mmirati, b’mod partikolari, biex jiġġieldu l-kriminalità trans-konfini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>huma maħsuba u mwettqa b’mod li huwa differenti b’mod ċar minn verifiki sistematiċi fuq persuni fil-fruntieri esterni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iv)</NO.P><TXT>huma mwettqa abbażi ta’ verifiki saltwarji;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-possibbiltà għal Stat Membru li jipprovdi, permezz ta’ liġi, għal obbligu li wieħed ikun fil-pussess jew iġorr miegħu karti u dokumenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-possibbiltà għal Stat Membru li bil-liġi jipprevedi obbligu fuq ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrapportaw il-preżenza tagħhom fit-territorju tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tal-[KIFS].<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-liġi dwar il-pulizija federali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-Taqsima 1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Dmirijiet u stazzjonar<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, tal-Gesetz über die Bundespolizei (liġi fuq il-pulizija federali), tad-<DATE ISO="19941019">19 ta’ Ottubru 1994</DATE> (BGBl. 1994 I, p. 2978, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>BPolG<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), jinsab l-Artikolu 2 ta’ din il-liġi, li huwa stess huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Protezzjoni tal-fruntieri<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-pulizija federali hija responsabbli mill-protezzjoni tat-territorju federali permezz ta’ sorveljanza mill-pulizija tal-fruntieri (protezzjoni tal-fruntieri) sakemm Land, bi ftehim mal-Istat federali, jissodisfa d-dmirijiet tal-pulizija tal-fruntieri permezz ta’ riżorsi proprji.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-protezzjoni tal-fruntieri tinkludi:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>is-sorveljanza mill-pulizija tal-fruntieri,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-kontroll mill-pulizija tat-traffiku transkonfinali, inkluż</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-verifika tad-dokumenti li jippermettu l-qsim tal-fruntiera u d-dritt tal-qsim tal-fruntiera,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ir-riċerka fil-fruntiera,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-prevenzjoni minn theddid,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>f’żona li testendi sa 30 kilometru lil hinn mill-fruntiera, u mill-fruntiera marittima, f’raġġ ta’ 50 kilometru, il-prevenzjoni ta’ theddid dirett kontra s-sigurtà tal-fruntiera.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>Il-ministeru federali tal-intern huwa awtorizzat, sabiex jiżgura ż-żona tal-fruntiera, li jestendi mill-fruntiera marittima, it-territorju ddefinit fl-ewwel sentenza tal-punt 3 permezz ta’ digriet, bl-approvazzjoni tal-Bundesrat, fejn is-sorveljanza tal-fruntieri fiż-żona kostali Ġermaniża tkun teħtieġ dan. Id-digriet għandu jidentifika b’mod preċiż l-aħħar linja li tiddelimita ż-żona tal-fruntiera estiża. Mill-fruntiera marittima, din il-linja ma għandhiex taqbeż wisa’ ta’ 80 kilometru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit fil-forma ta’ ftehim bil-miktub konkluż bejn il-ministeru federali tal-intern u l-Land ikkonċernat, u ppubblikati fil-<HT TYPE="ITALIC">Bundesanzeiger</HT> [ġurnal uffiċjali Ġermaniż]. Il-ftehim għandu jkopri l-modalitajiet ta’ kooperazzjoni bejn il-pulizija federali u l-pulizija tal-Land.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-pulizija ta’ Land twettaq dmirijiet imsemmija fil-paragrafu 1 bir-riżorsi tagħha stess, bi ftehim mal-Bund, l-eżekuzzjoni ta’ dawn id-dmirijiet tkun irregolata mil-liġi applikabbli għall-pulizija tal-Land.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’din it-Taqsima 1, l-Artikolu 3 ta’ din il-liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Pulizija ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Il-pulizija federali hija responsabbli, fil-bini tal-istazzjonijiet tal-ferrovija federali, li tipprevjeni r-riskji għas-sigurtà pubblika jew għall-ordni pubblika li</P><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>jheddu l-utenti, il-faċilitajiet jew it-tħaddim tal-ferroviji, jew</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>iseħħu waqt it-tħaddim tal-ferroviji jew tal-faċilitajiet ferrovjarji.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’din l-istess Taqsima 1, l-Artikolu 12 tal-BPolG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Prosekuzzjoni ta’ reati kriminali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jistabbilixxi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Il-pulizija federali tiżgura d-dmirijiet tal-pulizija fil-qasam tal-prosekuzzjoni kriminali (Artikoli 161 u 163 tal-kodiċi ta’ proċedura kriminali) sa fejn hemm reat allegat [Artikolu 12(2) tal-kodiċi kriminali] li</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>jikkonċerna s-sigurtà tal-fruntiera jew l-eżekuzzjoni ta’ kompiti msemmija fl-Artikolu 2,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>huwa s-suġġett ta’ prosekuzzjoni konformement mad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar passaport, tal-liġi dwar ir-residenza jew tal-liġi dwar l-ażil, sa fejn dan ir-reat twettaq bil-qsim tal-fruntiera jew b’relazzjoni diretta ma’ dan il-qsim tal-fruntiera,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>għandu jippermetti qsim tal-fruntiera permezz ta’ espedjenti, theddid, vjolenzi jew b’mod illegali ieħor, sa fejn dan ir-reat jiġi stabbilit matul kontroll tat-traffiku transkonfinali,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>jippermetti li oġġett jaqsam il-fruntiera mingħajr awtorizzazzjoni amministrattiva bħala element li jikkostitwixxi id-dispożizzjoni kriminali, sakemm il-pulizija federali, permezz jew taħt din il-liġi, ma ngħatax il-kontroll tal-projbizzjoni tad-dħul,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-Taqsima 2 tal-BPolG, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Setgħat<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, il-Parti 1 tas-Subtaqsima 2, tinkludi l-Artikolu 22 ta’ din il-liġi, li huwa stess huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Interrogatorju u dmir ta’ informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>, li fil-paragrafi 1 u 1a jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-pulizija federali tista’ tinterroga persuna jekk fatti li jissuġġerixxu li din il-persuna tista’ tipprovdi informazzjoni rilevanti għat-twettiq ta’ dmir mill-pulizija federali. Għall-finijiet tal-interrogazzjoni, il-persuna tista’ tiġi arrestata. Meta mitluba, il-persuna għandha tissottometti, għal eżami, id-dokumenti ta’ identità li hija għandha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.001A"><NO.PARAG>1a)</NO.PARAG><ALINEA>Bil-għan ta’ prevenzjoni jew li ttemm id-dħul illegali fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-pulizija federali tista’, fil-ferroviji u f’faċilità tal-ferrovija tal-Istat federali (Artikolu 3), sa fejn huwa raġonevoli li wieħed jassumi, fuq il-bażi tal-għarfien tas-sitwazzjoni jew tal-esperjenza tal-pulizija tal-fruntieri, li dan l-apparat sejjer jintuża għal dħul illegali, kif ukoll f’faċilità li sservi għat-trasport bl-ajru jew f’faċilità ta’ ajruport ċivili (Artikolu 4) internazzjonali, twaqqaf għal żmien qasir u tipproċedi bl-interrogazzjoni ta’ kwalunkwe persuna u teħtieġ li din tal-aħħar tipprovdi, għal skopijiet ta’ kontroll, id-dokumenti ta’ identità li hija ġġorr magħha jew id-dokumenti neċessarji għall-qsim tal-fruntiera u li teżamina l-oġġetti li huma fil-pussess tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-istess Parti 1 tas-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 2, hemm l-Artikolu 23 ta’ din il-liġi, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Identifikazzjoni u kontroll tal-karti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, liema paragrafi 1 u 3 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-pulizija federali tista’ tikkontrolla l-identità ta’ persuna</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>sabiex jiġi evitat perikolu,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>matul il-kontroll mill-pulizija tat-traffiku transkonfinali,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>f’żona li testendi sa 30 kilometru lil hinn mill-fruntiera għall-prevenzjoni jew sabiex tevita kull dħul mhux awtorizzat fit-territorju federali jew għall-prevenzjoni ta’ reati kriminali fis-sens tal-punti 1 sa 4 tal-Artikolu 12(1),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>meta l-persuna tinsab f’bini tal-pulizija federali [Artikolu 1(3)], faċilità jew f’bini tal-ferrovija federali (Artikolu 3), fil-faċilitajiet tal-ajruport intiżi għat-traffiku tal-ajru (Artikolu 4), fis-sede ta’ korp kostituzzjonali jew ta’ ministeru federali (Artikolu 5), f’punt ta’ qsim tal-fruntiera (Artikolu 61) jew fil-viċinanza immedjata ta’ dawn il-faċilitajiet u li l-fatti jissuġġerixxu li jistgħu jitwettqu reati kriminali li permezz tagħhom persuni f’dawn il-faċilitajiet jew ħdejn dawn il-faċilitajiet jew dawn l-istess faċilitajiet huma direttament mhedda, u li l-kontroll tal-identità huwa neċessarju minħabba l-perikolu preżenti jew indikazzjonijiet dwar il-persuna, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>għall-protezzjoni tad-dritt privat.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>Għal skopijiet ta’ identifikazzjoni, il-pulizija federali tista’ tieħu l-miżuri neċessarji. Hija b’mod partikolari tista’ twaqqaf il-persuna kkonċernata, tinterrogaha dwar l-identità tagħha u teżiġi li tgħaddi d-dokumenti ta’ identità tagħha sabiex jiġu eżaminati. Matul il-kontroll tal-pulizija tat-traffiku tal-fruntiera, il-pulizija federali tista’ wkoll teżiġi li l-persuna kkonċernata tipprovdi d-dokumenti li jawtorizzaw il-qsim tal-fruntiera. Il-persuna kkonċernata tista’ tiġi arrestata u tittieħed l-għassa tal-pulizija jekk l-identità tagħha jew id-dritt tagħha li taqsam il-fruntiera ma jistgħux jiġu stabbiliti b’mod ieħor jew biss wara diffikultajiet serji. Fil-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ sentenza, il-persuna kkonċernata kif ukoll l-oġġetti li ġġorr jistgħu jiġu mfittxija sabiex jinstabu elementi sabiex tiġi stabbilita l-identità tagħha.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Kodiċi Kriminali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 113(1) sa (3) tal-iStrafgesetzbuch (kodiċi kriminali, BGBl. 1998 I, p. 3322), meta uffiċjal pubbliku jew suldat tal-forzi armati Ġermaniżi li huwa inkarigat mill-implementazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti, tas-sentenzi, tad-deċiżjonijiet tal-qrati jew tad-digrieti, iwettaq tali azzjoni bħala parti mis-servizz tiegħu, kull persuna li tirreżisti dan, bil-forza jew bit-theddida ta’ vjolenza, jew ta’ attakk fiżiku, huwa punibbli b’piena ta’ priġunerija sa tliet snin jew multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu 113, l-att ma jkunx punibbli jekk l-azzjoni fil-kuntest tas-servizz ma kinitx legali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140401">1 ta’ April 2014</DATE>, A mexa fuq il-Pont de l’Europe (pont tal-Ewropa) minn Strasbourg (Franza) lejn Kehl (il-Ġermanja), u immedjatament baqa’ sejjer lejn l-istazzjon tad-Deutsche Bahn AG, li jinsab madwar 500 metru ’il bogħod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Żewġ uffiċjali tal-pulizija federali tal-Ġermanja li kienu għassa rawh mill-fetħa li tinsab quddiem l-istazzjon. Abbażi tal-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG, dawn l-uffiċjali ssuġġettaw lil A għal kontroll tal-identità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li A oppona għal dan b’vjolenza, huwa kien akkużat li rreżista lil uffiċjal tal-infurzar tal-liġi skont l-Artikolu 113(1) tal-kodiċi kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Amtsgericht Kehl (qorti distrettwali ta’ Kehl, il-Ġermanja) ikkunsidrat li l-att ta’ reżistenza lil uffiċjal tal-infurzar tal-liġi kien ikkonfermat u li A kellu jiġi ssanzjonat, sa fejn l-atti tal-uffiċjali tal-pulizija effettwati fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom kienu legali. Din il-qorti tqis li, fid-dawl tal-punt 3 tal-Artikolu 23(1) jew tal-Artikolu 22(1a) tal-BPolG, il-kontroll tal-identità ta’ A minn uffiċjali tal-pulizija federali kienet legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju madankollu għandha dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mad-dritt tal-Unjoni, li għandu jiġi applikat bi prijorità. F’dan ir-rigward hija għalhekk tirreferi għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Skont din il-qorti, jekk dawn id-dubji kienu fondati, it-tentattiv ta’ A li jevita bil-vjolenza milli jistabbilixxi l-identità tiegħu ma tkunx punibbli fis-sens tal-Artikolu 113 tal-kodiċi kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Amtsgericht Kehl (qorti distrettwali ta’ Kehl) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 67(2) TFUE u l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 […], jew regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni […], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istat Membru inkwistjoni s-setgħa li jiċċekjaw, f’żona ta’ mhux iktar minn 30 km mill-fruntiera tal-art ta’ dan l-Istat Membru mal-Istati li huma parti mill-[KIFS], l-identità ta’ kwalunkwe persuna, irrispettivament mill-aġir tagħha u miċ-ċirkustanzi speċifiċi, għall-prevenzjoni jew għall-waqfien ta’ dħul illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jew għall-prevenzjoni ta’ ċerti atti kriminali diretti kontra s-sigurtà jew il-protezzjoni tal-fruntiera jew imwettqa b’rabta mal-qsim tal-fruntiera, fl-assenza ta’ introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntiera interna rilevanti skont l-Artikoli [23] <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> [tar-Regolament Nru 562/2006]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 67(2) TFUE u l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 […], jew regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni […], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istat Membru inkwistjoni s-setgħa li jwaqqfu fil-qasir lil<?PAGE NO="8"?> kwalunkwe persuna fuq ferrovija jew fil-bini tal-istazzjonijiet tal-ferrovija ta’ dan l-Istat Membru, għall-prevenzjoni jew għall-waqfien ta’ dħul illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, u jagħmlulha mistoqsijiet u jitolbu lil din il-persuna tipproduċi għall-iskopijiet ta’ ċċekkjar id-dokumenti ta’ identità jew id-dokumenti għall-qsim tal-fruntiera li qed iġġorr magħha u li jispezzjonaw l-oġġetti li hija qed iġġorr, jekk, abbażi ta’ fatti magħrufa jew abbażi tal-esperjenza tal-pulizija fil-fruntieri, jista’ jiġi preżunt li tali ferroviji jew bini tal-istazzjonijiet tal-ferrovija jintużaw għal dħul illegali u li tali dħul isir minn Stat li huwa parti mill-[KIFS], fl-assenza ta’ introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntiera interna rilevanti skont l-Artikoli 23 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> [tar-Regolament Nru 562/2006]?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż jeċċepixxi l-inammissibbiltà tad-domandi preliminari billi matul is-seduta sostna li, anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv lid-domandi magħmula u jekk, għaldaqstant, il-kontroll inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien imur kontra l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006, tali risposta ma tkoprix il-legalità tal-azzjoni tal-pulizija Ġermaniża. Konsegwentement, skont dan il-gvern, id-domandi magħmula huma irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad li l-qorti tar-rinviju tindika fid-deċiżjoni preliminari tagħha li hija teħtieġ risposta għad-domandi magħmula sabiex tkun tista’ tiddeċiedi jekk għandhiex tissanzjona lill-akkużat talli rreżista lil uffiċjal tal-infurzar tal-liġi, taħt id-dritt nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari l-Artikolu 113(1) tal-kodiċi kriminali. Din il-qorti titlaq minn interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li tgħid, li f’każijiet fejn il-kontroll tal-identità inkwistjoni seħħew mingħajr bażi legali, minħabba l-fatt li d-dispożizzjonijiet nazzjonali invokati mill-uffiċjal tal-infurzar tal-liġi huma kkunsidrati kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni, l-akkużat ma setax jiġi ssanzjonat peress li rreżista lil uffiċjal tal-infurzar tal-liġi taħt l-Artikolu 113(1) tal-kodiċi kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest legali u fattwali li tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li fir-rigward tagħhom ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika l-eżattezza, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għal domanda magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk ikun jidher b’mod evidenti li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Regie Networks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Budějovický Budvar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑478/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:521">EU:C:2009:521</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja hija meħtieġa li tqis bħala stabbiliti, minkejja d-dubji li ntwerew f’dan ir-rigward mill-Gvern Ġermaniż, iċ-ċirkustanzi fattwali u legali hekk kif deskritti mill-qorti tar-rinviju. Issa, fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi eskluż li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 67 TFUE kif ukoll tal-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 tkun ta’ natura tali li tippermetti lill-qorti tar-rinviju ssolvi l-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi ddikjarata ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 67(2) TFUE, kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lid-dipartimenti tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat is-setgħa li jikkontrollaw l-identità ta’ kull persuna, f’żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera terrestri ta’ dan l-Istat Membru ma’ Stati oħra li huma parti mill-KIFS, bil-għan ta’ prevenzjoni jew li ttemm id-dħul jew ir-residenza illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jew bil-għan li tipprevjeni ċerti reati diretti kontra s-sigurtà tal-fruntiera jew l-implementazzjoni tal-protezzjoni tal-fruntiera jew imwettqa b’rabta mal-qsim tal-fruntiera, indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata u tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi partikolari, mingħajr ma kien hemm għaldaqstant introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontrolli fil-fruntiera interna kkonċernata, skont l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament Nru 562/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jitfakkar li l-Artikolu 67(2) TFUE, li jaqa’ taħt it-Titolu V tat-Trattat FUE dwar l-ispazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja, jipprevedi li l-Unjoni għandha tiżgura l-assenza ta’ kontrolli ta’ persuni fuq fruntieri interni. L-Artikolu 77(1)(a) TFUE jistabbilixxi li l-Unjoni għandha tiżviluppa politika intiża li tiżgura l-assenza ta’ kull kontroll ta’ persuni, indipendentement min-nazzjonalità tagħhom, meta huma jaqsmu dawn il-fruntieri (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-premessa 1 tar-Regolament Nru 562/2006, it-tneħħija ta’ kontrolli fuq fruntieri interni tagħmel parti mill-għan tal-Unjoni, stabbilit fl-Artikolu 26 TFUE, intiż li jistabbilixxi żona mingħajr fruntieri interni fejn ikun żgurat il-moviment liberu tal-persuni (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament jiddisponi li l-fruntieri interni jistgħu jinqasmu f’kull post mingħajr ma jsiru kontrolli fil-fruntieri fuq il-persuni, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom. Skont l-Artikolu 2(10) tal-imsemmi regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>verifiki fuq il-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tfisser il-verifiki mwettqa f’punti tal-qsim tal-fruntiera, sabiex ikun żgurat li persuni jitħallew jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri jew jitilqu minnu (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-Artikolu 72 TFUE jipprevedi li t-Titolu V tat-Trattat FUE ma jippreġudikax ir-responsabbiltajiet li għandhom l-Istati Membri għaż-żamma tal-ordni pubbliku u l-protezzjoni tas-sigurtà interna (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006 jiddisponi li t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma tippreġudikax l-eżerċizzju tas-setgħat tal-pulizija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru skont id-dritt nazzjonali, sa fejn l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat ma għandux effett ekwivalenti għal dak tal-verifiki fil-fruntieri, u li dan japplika wkoll għaż-żoni tal-fruntiera (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont it-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, l-eżerċizzju tal-poteri tal-pulizija ma jistax, b’mod partikolari, jitqies li huwa ekwivalenti għall-eżerċizzju tal-verifiki fil-fruntieri meta l-miżuri tal-pulizija ma jkollhomx l-għan tal-kontroll tal-fruntiera, meta jkunu bbażati fuq informazzjoni ġenerali u l-esperjenza tas-servizzi tal-pulizija dwar theddid eventwali għas-sigurtà pubblika u jkunu intiżi, b’mod partikolari, sabiex jiġġieldu kontra l-kriminalità transkonfinali, meta jkunu fformulati u implementati b’mod kjarament distint mill-verifiki sistematiċi tal-persuni li jsiru fil-fruntieri esterni u, meta jsiru abbażi ta’ verifiki li jsiru improvviżament (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-possibbiltà għal Stat Membru li jipprevedi obbligu ta’ detenzjoni u ta’ żamma ta’ karti u ta’ dokumenti fid-dritt nazzjonali tiegħu ma hijiex, skont l-Artikolu 21(c) tar-Regolament Nru 562/2006, effettwata mit-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006, għandha tiġi żgurata bl-implementazzjoni u bl-osservanza ta’ qafas regolamentari li jiggarantixxi li l-eżerċizzju prattiku tas-setgħa li jitwettqu kontrolli ta’ identità ma jkunx jista’ jkollu effett ekwivalenti għal dak ta’ verifiki fil-fruntieri (ara f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fil-preżenza ta’ indizji tal-eżistenza ta’ effett ekwivalenti għal dak tal-verifiki fil-fruntieri, il-konformità ta’ dawn il-kontrolli mal-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006 għandha tiġi żgurata mill-preċiżjonijiet u mil-limitazzjonijiet inklużi fil-kuntest tal-eżerċizzju prattiku tal-poteri tal-pulizija li jgawdu minnhom l-Istati Membri, li għandu jkun ta’ natura li jevita tali effett ekwivalenti (ara, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti setgħa lill-awtoritajiet tal-pulizija sabiex jagħmlu kontrolli ta’ identità, setgħa li hija, minn naħa, limitata għaż-żona tal-fruntiera tal-Istat Membru ma’ Stati Membri oħra u, min-naħa l-oħra, indipendenti mill-aġir tal-persuna kkontrollata u miċ-ċirkustanzi partikolari li joħolqu riskju ta’ preġudizzju għall-ordni pubbliku, għandha b’mod partikolari tidderieġi s-setgħa diskrezzjonali li għandhom dawn l-awtoritajiet fl-applikazzjoni fil-prattika tal-imsemmija setgħa (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li, iktar ma jeżistu indizji tal-eżistenza tal-possibbiltà ta’ effett ekwivalenti, fis-sens tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006, li jidher mill-għan imħaddan mill-kontrolli mwettqa f’żona tal-fruntiera, tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dawn il-kontrolli u tal-eżistenza ta’ distinzjoni bejn il-bażi tal-imsemmija kontrolli u dik ta’ kontrolli mwettqa fil-kumplament tat-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, iktar għandhom ikunu stretti u jkunu strettament osservati l-preċiżjonijiet u l-limitazzjonijiet li jikkundizzjonaw l-eżerċizzju mill-Istati Membri tal-poteri ta’ pulizija tagħhom f’żona tal-fruntiera, sabiex ma jiġix ippreġudikat it-twettiq tal-għan tat-tneħħija ta’ kontrolli fuq fruntieri interni stabbilit fl-Artikolu 3(2) TUE, fl-Artikolu 26(2) TFUE u fl-Artikolu 67(1) TFUE u previst fl-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 562/2006 (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-kuntest meħtieġ għandu jkun suffiċjentement preċiż u fid-dettall sabiex kemm in-neċessità tal-kontrolli kif ukoll il-miżuri ta’ kontrolli konkretament awtorizzati jkunu jistgħu huma stess ikunu suġġetti għal kontrolli (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward ta’ kontrolli bħal dawk previsti fil-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG, li jikkostitwixxu d-dispożizzjoni msemmija mill-qorti tar-rinviju fl-ewwel domanda tagħha, għandu jiġi kkonstatat li dawn il-kontrolli jseħħu mhux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>fil-fruntieri<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jew mal-qsim tal-fruntiera, iżda fit-territorju nazzjonali. Barra minn hekk, jirriżulta mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-kontroll inkwistjoni fil-kawża prinċipali seħħ fl-istazzjon tad-Deutsche Bahn, ta’ Kehl, li tinsab madwar 500 metru mill-fruntiera interna bejn il-Ġermanja u Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Dawn il-kontrolli għalhekk jikkostitwixxu verifiki fit-territorju ta’ Stat Membru, imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 562/2006 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jikkonċerna l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża li tipprevedi l-kontrolli fl-Artikolu 23(1) sa (3) tal-BPolG, mill-informazzjoni pprovduta lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li l-għanijiet imfittxija mill-kontrolli previsti f’din id-dispożizzjoni huma differenti fir-rigward ta’ ċerti punti essenzjali mill-verifiki fil-fruntieri fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 562/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li skont din l-aħħar dispożizzjoni, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>verifiki fuq il-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ifissru l-verifiki mwettqa f’punti tal-qsim tal-fruntiera, sabiex ikun żgurat li persuni jistgħu jiġu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri jew jitilqu minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, il-kontrolli ta’ identità u ta’ karti previst fil-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG ma humiex biss maħsuba sabiex jipprevjenu jew iwaqqfu dħul illegali fit-territorju tal-Ġermanja, iżda wkoll biex jipprevjenu r-reati msemmija fil-punti (1) sa (4) tal-Artikolu 12(1) tal-BPolG. Skont id-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din id-dispożizzjoni b’mod partikolari tapplika għar-reati diretti kontra s-sigurtà tal-fruntiera kif ukoll dawk li allegatament huma imwettqa mill-qsim tal-fruntiera u li huma kontra d-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar passaport, tal-liġi dwar ir-residenza jew tal-liġi dwar l-ażil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-fatt li l-kontrolli bbażati fuq il-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG huma intiżi għall-prevenzjoni jew għall-waqfien ta’ dħul illegali fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jew għall-prevenzjoni ta’ ċerti atti kriminali diretti kontra s-sigurtà tal-fruntiera jew l-eżekuzzjoni tal-missjoni tal-pulizija federali, meta l-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru°562/2006 ma jħaddanx espliċitament dan l-għan, ma jimplikax l-eżistenza ta’ għan ta’ kontroll fil-fruntieri kuntrarjament għal dan l-Artikolu 21(a)(i) (ara, b’analoġija, sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn naħa, l-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006 la jipprovdi lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li għandhom jissodisfaw il-miżuri ta’ pulizija sabiex ma jitqisux li għandhom effett ekwivalenti għal dak ta’ verifiki fil-fruntieri, u lanqas lista eżawrjenti ta’ għanijiet li jistgħu jħaddnu dawn il-miżuri ta’ pulizija. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-użu tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fit-tieni sentenza tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006 u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> f’dan l-Artikolu 21(a)(ii) (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, la l-Artikolu 79(1) u (2)(c) TFUE, li jipprevedi l-iżvilupp, mill-Unjoni, tal-politika komuni tal-immigrazzjoni intiża li tiżgura, b’mod partikolari, prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali u ta’ residenza illegali, u lanqas ir-Regolament Nru 562/2006, ma jeskludu l-kompetenza tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u r-residenza illegali, anki jekk huwa ċar li dawn tal-aħħar għandhom jadattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom f’dan il-qasam b’mod li jiżguraw l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111206">6 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Achughbabian</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21(a) sa (d) tar-Regolament Nru 562/2006 kif ukoll il-kliem tal-Artikolu 72 TFUE jikkonfermaw li t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma ppreġudikawx ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għaż-żamma tal-ordni pubbliku u l-protezzjoni tas-sigurtà interna (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-għan ta’ prevenzjoni jew li ttemm id-dħul illegali fit-territorju federali tal-Ġermanja jew li tipprevjeni ċerti reati taħt il-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG ma jimplikax waħdu li l-kontrolli mwettqa bl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandhom effett ekwivalenti għal dak tal-verifiki fil-fruntieri, ipprojbiti taħt l-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-kwistjoni jekk l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ kontroll mogħtija, f’dan il-każ, mill-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG għandhiex effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006, għandu jiġi mfakkar li l-fatt li l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dawn is-setgħat huwa limitat għal żona tal-fruntiera ma huwiex biżżejjed fih innifsu sabiex tali effett<?PAGE NO="12"?> jiġi kkonstatat. Fil-fatt, l-ewwel sentenza ta’ din l-aħħar dispożizzjoni tirreferi espliċitament għall-eżerċizzju tal-poteri tal-pulizija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru bis-saħħa tad-dritt nazzjonali, fiż-żoni tal-fruntiera wkoll (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Adil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:508">EU:C:2012:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu, il-kontrolli stabbiliti fil-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG, huma suġġetti, f’dak li jikkonċerna l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali, għal regoli partikolari, meta mqabbla ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-istess Artikolu 23, element li jista’, min-naħa tiegħu, jikkostitwixxi indiċi għall-eżistenza ta’ tali effett ekwivalenti (ara, b’analoġija, sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li l-kontrolli rregolati mill-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG huma bbażati fuq l-għarfien tas-sitwazzjoni jew l-esperjenza tal-pulizija, hekk kif previst mill-Artikolu 21(a)(ii) tar-Regolament Nru 562/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher li dawk il-kontrolli huma permessi indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata u taċ-ċirkustanzi li jistabbilixxu riskju ta’ preġudizzju għall-ordni pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jirriżultax mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-kontrolli previsti fil-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG twettqu, konformement mal-Artikolu 21(a)(iii) tar-Regolament Nru 562/2006, b’mod kjarament distint mill-verifiki sistematiċi ta’ persuni mwettqa fil-fruntieri esterni tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG la jinkludi preċiżjonijiet u lanqas limiti għas-setgħa hekk mogħtija minn din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari dwar l-intensità u l-frekwenza tal-kontrolli li jistgħu jsiru fuq din il-bażi legali, li għandha l-għan li tevita li l-applikazzjoni u l-eżerċizzju prattiku ta’ din is-setgħa mill-awtoritajiet kompetenti twassal għal kontrolli li għandhom effett ekwivalenti għal dak tal-verifiki fil-fruntieri fis-sens tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006 (ara, b’analoġija, sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika li tista’ tiddeċiedi fuq il-fatti, li għandha tivverifika jekk dan huwiex fil-prattika il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jidher li l-kontrolli mwettqa taħt dan il-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG jistgħu jitwettqu f’żona tal-fruntiera f’raġġ ta’ 30 kilometru mingħajr ma l-ebda preċiżjoni jew limitazzjoni hija prevista minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li s-setgħat mogħtija permezz tal-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG għandhom ikunu s-suġġett ta’ qafas regolatorju li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 38 sa 41 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, fl-assenza ta’ tali preċiżjonijiet jew limitazzjonijiet, li huma stess huma suffiċjentement preċiżi u ddettaljati, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali bl-għan li jiġu effettwati l-intensità, il-frekwenza u s-selettività tal-kontrolli, ma jistax jiġi eskluż li l-eżerċizzju prattiku tas-setgħat tal-pulizija mogħtija mid-dritt Ġermaniż iwasslu, bi ksur tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006, għal kontrolli li għandhom effett ekwivalenti għal verifiki fil-fruntieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Gvern Ġermaniż isostni f’dan ir-rigward, li d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma kkompletati permezz ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt nazzjonali, b’mod partikolari mill-Artikolu 15 tal-BPolG li jipprevedi applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għall-miżuri meħuda mill-pulizija kif ukoll leġiżlazzjoni amministrattiva, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>BRAS 120<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, u digriet amministrattiv. Skont dan il-gvern, dawn id-dispożizzjonijiet jikkompletaw il-qafas tal-kontrolli magħmula taħt il-BPolG u huma suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l-eżerċizzju prattiku tas-setgħat tal-pulizija li jikkonsistu f’li jiġu effettwati kontrolli ta’ identità ma jistax ikollu effett ekwivalenti għal dak ta’ verifiki fil-fruntieri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika li tista’ tiddeċiedi dwar dawn il-fatti, li għandha tiddetermina, minn naħa, jekk tali dispożizzjonijiet kienu fis-seħħ fil-mument tal-fatti fil-kawża prinċipali u, min-naħa l-oħra, li tivverifika jekk dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedux qafas ta’ kontrolli affettwati bl-applikazzjoni tal-BPolG kif mitlub mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiġi evitat li tali kontrolli jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li għandhom effett ekwivalenti għal verifika fil-fruntiera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ tali qafas fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma jistax jiġi kkunsidrat li dawn il-kontrolli, minn naħa, iseħħu b’mod selettiv, u għalhekk mhux b’mod sistematiku li jista’ jikkaratterizza l-verifiki fil-fruntieri, u, min-naħa l-oħra, jikkostitwixxu miżuri ta’ pulizija applikati abbażi ta’ verifiki mwettqa improvviżament, kif meħtieġ mill-Artikolu 21(a)(iii) u (iv) tar-Regolament Nru 562/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lid-dipartimenti tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat is-setgħa li jikkontrollaw l-identità ta’ kull persuna, f’żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera terrestri ta’ dan l-Istat Membru ma’ Stati oħra li huma parti mill-KIFS, bil-għan ta’ prevenzjoni jew li ttemm id-dħul jew ir-residenza illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jew bil-għan li tipprevjeni ċerti reati diretti kontra s-sigurtà tal-fruntiera, indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata u tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi partikolari, sakemm din il-leġiżlazzjoni tipprevedi l-qafas neċessarju għal din is-setgħa sabiex jiġi ggarantit li l-eżerċizzju prattiku ta’ din ma jistax ikollu effett ekwivalenti għal dawk tal-verifiki fil-fruntieri, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 67(2) TFUE, kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lid-dipartimenti tal-pulizija tal-Istat Membru li jaffettwaw, fuq ferrovija jew f’faċilità tal-istazzjonijiet tal-ferrovija ta’ dan l-Istat Membru, kontrolli tal-identità jew tad-dokumenti għall-qsim tal-fruntiera ta’ kull persuna, kif ukoll li jwaqqfu fil-qasir u li jagħmlu mistoqsijiet lil kull persuna għal dan il-għan, meta abbażi ta’ fatti magħrufa jew abbażi tal-esperjenza tal-pulizija fil-fruntieri, jista’ jiġi preżunt li tali ferroviji jew faċilità tal-istazzjonijiet tal-ferrovija jintużaw għal dħul illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u meta dan id-dħul isir minn Stat li huwa parti tal-KIFS, bil-għan ta’ prevenzjoni jew li ttemm id-dħul illegali fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, mingħajr ma kien hemm għaldaqstant introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontrolli fil-fruntiera interna kkonċernata, skont l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament Nru 562/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Din id-domanda hija magħmula fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra, fir-rigward tal-ewwel domanda, li l-kontrolli previsti fil-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG huma kuntrarji għall-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li l-kontrolli previsti fl-Artikolu 22(1a) tal-BPolG, li jikkostitwixxu d-dispożizzjoni msemmija mill-qorti tar-rinviju fit-tieni domanda tagħha, u, b’mod partikolari, il-kontroll inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jitwettqu mhux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>fil-fruntieri<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> jew mal-qsim tal-fruntiera, iżda fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi vverifikat jekk l-għan tal-kontrolli previsti f’din id-dispożizzjoni huwiex l-istess bħal dak tal-kontrolli fil-fruntieri, fis-sens tar-Regolament Nru 562/2006. F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li din id-dispożizzjoni hija intiża għall-prevenzjoni jew sabiex jintemm id-dħul illegali fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-punt 51 ta’ din is-sentenza, l-għan ta’ prevenzjoni jew li ttemm id-dħul illegali fit-territorju federali tal-Ġermanja, imfittex mid-dispożizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jimplikax, fih innifsu, li l-kontrolli mwettqa bl-applikazzjoni tal-BPolG għandhom effett ekwivalenti għal dak tal-verifiki fil-fruntieri, ipprojbiti taħt l-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006. Madankollu, kuntrarjament għall-kontrolli previsti fil-punt 3 tal-Artikolu 23(1) tal-BPolG, il-kontrolli previsti fl-Artikolu 22(1a) ta’ din il-liġi għandhom biss l-għan li jipprevjenu jew li jtemmu dħul illegali fit-territorju federali tal-Ġermanja, li jista’ jikkostitwixxi indikazzjoni li dawn il-kontrolli għandhom effett ekwivalenti għal dawk tal-verifiki fil-fruntieri, ipprojbiti minn dan l-Artikolu 21(a).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Artikolu 22(1a) tal-BPolG, għandu jiġi nnotat li din id-dispożizzjoni ma tipprevedi l-ebda regola partikolari dwar dan il-kamp ta’ applikazzjoni fejn il-verifikazzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni jistgħu jseħħu u għaldaqstant ma tiddistingwixxix bejn l-eżerċizzju ta’ tali kontrolli f’żona tal-fruntiera u l-eżerċizzju tagħhom fil-bqija tat-territorju nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, jirriżulta mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-kontrolli previsti fl-Artikolu 22(1a) tal-BPolG huma bbażati fuq il-fatt li l-pulizija federali hija intitolata li tassumi, fuq il-bażi tal-għarfien tas-sitwazzjoni jew tal-esperjenza tal-pulizija tal-fruntieri, li l-apparat imsemmi f’din id-dispożizzjoni sejjer jintuża għal dħul illegali, li, skont l-Artikolu 21(a)(ii) tar-Regolament Nru 562/2006 huwa wkoll indikazzjoni li din id-dispożizzjoni ma għandhiex effett ekwivalenti għal verifika fil-fruntieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, ma jirriżultax mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk, u sa liema punt l-kontrolli previsti fl-Artikolu 22(1a) tal-BPolG huma mwettqa b’mod kjarament distint mill-verifiki sistematiċi ta’ persuni mwettqa fil-fruntieri esterni tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Hekk kif diġà ġie mfakkar fil-punt 40 ta’ din is-sentenza, iktar ma huma numerużi l-indikazzjonijiet tal-eżistenza ta’ effett possibbli ekwivalenti, fis-sens tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006, iktar il-preċiżjonijiet u l-limitazzjonijiet li jikkundizzjonaw l-eżerċizzju mill-Istati Membri tas-setgħa tagħhom ta’ pulizija f’żona tal-fruntiera għandhom ikunu rigorużi u strettament osservati. F’dan il-każ, tali indikazzjoni hija riflessa fl-għan imfittex mill-kontrolli previsti fl-Artikolu 22(1a) tal-BPolG li ma hijiex differenti minn dawk imfittxija mill-verifiki fil-fruntieri, b’mod partikolari peress li dawn il-kontrolli huma intiżi sabiex jipprevjenu jew itemmu dħul illegali fit-territorju Ġermaniż, li jirrifletti parzjalment id-definizzjoni fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 562/2006, li jipprevedi li l-verifiki fil-fruntieri għandhom l-għan li jiżguraw li l-persuni jistgħu jiġu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fis-sitt lok, f’dawn iċ-ċirkustanzi, hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika li tista’ tiddeċiedi fuq il-fatti, li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni Ġermaniża tinkludi preċiżjonijiet u limitazzjonijiet, li huma stess huma suffiċjentement preċiżi u ddettaljati, bl-għan li jiġu effettwati l-intensità, il-frekwenza jew is-selettività tal-kontrolli previsti fl-Artikolu 22(1a) tal-BPolG sabiex jiżguraw li l-eżerċizzju prattiku tas-setgħat tal-pulizija mogħtija mid-dritt Ġermaniż ma jwasslux, bi ksur tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 562/2006, għal kontrolli li għandhom effett ekwivalenti għal verifiki fil-fruntieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa biss fil-każ li tali qafas jeżisti fil-leġiżlazzjoni Ġermaniża, li jista’ jiġi kkunsidrat li dawn il-kontrolli, minn naħa, iseħħu b’mod selettiv, u għalhekk mhux b’mod sistematiku li jista’ jikkaratterizza l-verifiki fil-fruntieri, u, min-naħa l-oħra, jikkostitwixxu miżuri ta’ pulizija applikati abbażi ta’ verifiki mwettqa improvviżament, kif meħtieġ mill-Artikolu 21(a)(iii) u (iv) tar-Regolament Nru 562/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lid-dipartimenti tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat li jaffettwaw, fuq ferrovija jew fil-bini<?PAGE NO="15"?> tal-istazzjonijiet tal-ferrovija ta’ dan l-Istat Membru, kontrolli tal-identità jew tad-dokumenti għall-qsim tal-fruntiera ta’ kull persuna, kif ukoll li jwaqqfu fil-qasir u li jagħmlu mistoqsijiet lil kull persuna għal dan il-għan, abbażi ta’ fatti magħrufa jew abbażi tal-esperjenza tal-pulizija fil-fruntieri, bil-kundizzjoni li l-eżerċizzju ta’ dawn il-kontrolli jkun suġġett fid-dritt nazzjonali għal preċiżjonijiet u għal limitazzjonijiet li jiddeterminaw l-intensità, il-frekwenza u s-selettività ta’ dawn il-kontrolli, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lid-dipartimenti tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat is-setgħa li jikkontrollaw l-identità ta’ kull persuna, f’żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera terrestri ta’ dan l-Istat Membru ma’ Stati oħra li huma parti mill-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen, tal-<DATE ISO="19850614">14 ta’ Ġunju 1985</DATE>, bejn il-Gvernijiet tal-Unjoni Ekonomika Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża, dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen (il‑Lussemburgu) fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE>, bil-għan ta’ prevenzjoni jew li ttemm id-dħul jew ir-residenza illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jew bil-għan li tipprevjeni ċerti reati diretti kontra s-sigurtà tal-fruntiera, indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata u tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi partikolari, sakemm din il-leġiżlazzjoni tipprevedi l-qafas neċessarju għal din is-setgħa sabiex jiġi ggarantit li l-eżerċizzju prattiku ta’ din ma jistax ikollu effett ekwivalenti għal dawk tal-verifiki fil-fruntieri, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 610/2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lid-dipartimenti tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat li jaffettwaw, fuq ferrovija jew fil-bini tal-istazzjonijiet tal-ferrovija ta’ dan l-Istat Membru, kontrolli tal-identità jew tad-dokumenti għall-qsim tal-fruntiera ta’ kull persuna, kif ukoll li jwaqqfu fil-qasir u li jagħmlu mistoqsijiet lil kull persuna għal dan il-għan, abbażi ta’ fatti magħrufa jew abbażi tal-esperjenza tal-pulizija fil-fruntieri, bil-kundizzjoni li l-eżerċizzju ta’ dawn il-kontrolli jkun suġġett fid-dritt nazzjonali għal preċiżjonijiet u għal limitazzjonijiet li jiddeterminaw l-intensità, il-frekwenza u s-selettività ta’ dawn il-kontrolli, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>