|
3.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 151/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/719
tat-30 ta’ April 2021
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ dik l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-valina. Mal-applikazzjoni nhemżu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija “addittivi nutrizzjonali”, il-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, imluħ u l-analogi tagħhom”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-30 ta’ Settembru 2020 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L-valina magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358, meta tiġi ssupplimentata fid-dieti f’livelli xierqa, ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Rigward is-sikurezza tal-utenti tal-L-valina magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358, l-Awtorità ma tistax teskludi riskju mill-ġbid man-nifs jew li s-sustanza tkun irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn, jew sensitizzatur tal-ġilda. Għalhekk, jenħtieġ jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jipprevjenu effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fuq l-utenti tal-addittiv. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza titqies bħala sors effikaċi ta’ aċidu amminiku tal-L-valina essenzjali għan-nutrizzjoni tal-annimali, u li biex tkun effikaċi fir-ruminanti, din jenħtieġ tiġi protetta mid-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressqu mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-L-valina magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ jiġi awtorizzat l-użu ta’ dik is-sustanza kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u l-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2020; 18(11):6286.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi nutruzzjonali. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, imluħ u l-analogi tagħhom. |
|||||||||||||||||||
|
3c371i |
— |
L-valina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Trab b’kontenut minimu tal-L-valina ta’ 98 % (abbażi ta’ materja niexfa) u kontenut massimu ta’ ilma ta’ 1,5 % |
L-ispeċijiet kollha |
— |
— |
— |
|
23.5.2031 |
||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-valina (aċidu (2S)-2-amino-3-metilbutanojku) magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358 Formula kimika: C5H11NO2 Numru CAS: 72-18-4 |
|||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-L-valina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-L-valina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-valina fil-pretaħlitiet, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
Għall-kwantifikazzjoni tal-valina fl-ilma:
|
|||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports