|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/929 |
22.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/929
tal-21 ta’ Mejju 2025
li japprova l-1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (BIT) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 6 u 13 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Din il-lista tinkludi l-1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (“BIT”) (Nru KE: 220-120-9; Nru CAS: 2634-33-5) għat-tipi ta’ prodott 6 u 13. |
|
(2) |
Il-BIT ġie evalwat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 6 (preservattivi ta’ ġol-bottijiet) u 13 (preservattivi ta’ fluwidi fix-xogħol tal-metall), kif deskritt fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jikkorrispondu għat-tipi ta’ prodott 6 (preservattivi għal prodotti matul il-ħżin) u 13 (preservattivi għal fluwidi użati għall-ħdim jew qtugħ), kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
Spanja ġiet iddeżinjata l-Istat Membru relatur u l-awtorità kompetenti li tevalwa tagħha ppreżentat ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Kummissjoni fit-18 ta’ April 2012. Wara li ġie ppreżentat ir-rapport tal-valutazzjoni, saru diskussjonijiet fil-laqgħat tekniċi organizzati mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”). |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 90(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-applikazzjonijiet li l-evalwazzjoni tagħhom mill-Istati Membri tlestiet sal-1 ta’ Settembru 2013 iridu jiġu evalwati f’konformità mal-kundizzjonijiet sostantivi għall-approvazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 98/8/KE. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 75(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali jħejji l-opinjoni tal-Aġenzija rigward l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi. F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014 li jinqara flimkien mal-Artikolu 75(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjonijiet tal-Aġenzija fil-5 ta’ Ottubru 2021 (4) , (5), wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti li tevalwa. |
|
(6) |
Fl-opinjonijiet tagħha, l-Aġenzija kkonkludiet li l-BIT jista’ jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 6 u 13. |
|
(7) |
Fit-18 ta’ Lulju 2023, skont l-Artikolu 75(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija (6) tirrevedi l-opinjonijiet tagħha, peress li l-effikaċja tal-prodotti bijoċidali rappreżentattivi ma kinitx ġiet ivvalutata kif xieraq skont id-dokument ta’ gwida applikabbli dwar l-effikaċja (7), u dan ma kienx ġie identifikat b’mod adegwat mill-awtorità kompetenti li tevalwa, la matul l-evalwazzjoni u lanqas matul ir-rieżami bejn il-pari mill-Aġenzija. Id-data tal-grad 2 li tirrappreżenta l-kundizzjonijiet tal-ħajja reali kellha tintalab u tiġi vvalutata. |
|
(8) |
Il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjonijiet riveduti tal-Aġenzija għat-tipi ta’ prodotti 6 u 13 fit-18 ta’ Settembru 2024 (8) , (9). F’dawn l-opinjonijiet, l-Aġenzija kkonkludiet li l-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 6 u 13 li fihom il-BIT jistgħu jkunu mistennija jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punti (b), (c) u (d), tad-Direttiva 98/8/KE, dment li jkun hemm konformità ma’ ċerti rekwiżiti dwar l-użu tagħhom. |
|
(9) |
Filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Aġenzija, jixraq li l-BIT jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 6 u 13, soġġett għall-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet, inkluż ċerti kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq ta’ oġġetti ttrattati bil-BIT jew li jinkorporawh f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/8/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(10) |
Barra minn hekk, biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza għas-saħħa tal-bniedem, il-persuna responsabbli mill-introduzzjoni fis-suq, għall-użu minn utenti mhux professjonali, ta’ taħlita (għajr iż-żebgħa) ittrattata bil-BIT jew li tinkorporah jenħtieġ li tiżgura li t-taħlita ma jkunx fiha l-BIT f’konċentrazzjoni li twassal għall-klassifikazzjoni tat-taħlita bħala sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1 A, sakemm l-esponiment ma jkunx jista’ jiġi evitat b’mezzi oħra għajr l-ilbies ta’ tagħmir protettiv personali. |
|
(11) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta’ tħejjija meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-ġodda. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (BIT) huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 6 u 13, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/1062/oj).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/8/oj).
(4) L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali rigward l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva 1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (BIT); Tip ta’ prodott: 6; ECHA/BPC/286/2021, adottata fil-5 ta’ Ottubru 2021.
(5) L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali rigward l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva 1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (BIT); Tip ta’ prodott: 13; ECHA/BPC/287/2021, adottata fil-5 ta’ Ottubru 2021.
(6) Mandat li jitlob l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA, European Chemicals Agency) skont l-Artikolu 75(1)(g) tar-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali – “Examination of efficacy tier 2 data on specific active substances acting as preservatives (product-types 6-13)”.
(7) Technical notes for guidance in support of Annex VI of Directive 98/8/KE of the European Parliament and the Council concerning the placing of biocidal products on the market; Common principles and practical procedures for the authorization and registration of products; titlu fil-qosor: TNsG on Product Evaluation; Frar 2008.
(8) L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali rigward l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva 1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (BIT); Tip ta’ prodott: 6; ECHA/BPC/442/2024, adottata fit-18 ta’ Settembru 2024.
(9) L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali rigward l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva 1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (BIT); Tip ta’ prodott: 13; ECHA/BPC/443/2024, adottata fit-18 ta’ Settembru 2024.
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||||||||||||
|
BIT (Benżisotijażolinon) |
Isem IUPAC: 1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on Nru KE: 220-120-9 Nru CAS: 2634-33-5 |
965 g/kg (il-piż niexef ikkalkulat teoretikament) |
fl-1 ta’ Ottubru 2026. |
fit-30 ta’ Settembru 2036. |
6 |
|
||||||||||||||||||||||||||
|
13 |
|
(1) Il-purità indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott introdott fis-suq jista’ jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun intwera li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/929/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)