Official Journal L 272 , 05/12/1972 P. 0007 - 0007
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0098
Danish special edition: Series I Chapter 1972(1-8.12) P. 0017
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0098
English special edition: Series I Chapter 1972(1-8.12) P. 0017
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0156
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0183
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0183
Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2532/72 tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 1972 li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropei li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda, u partikolarment l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 28 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Protokol dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikoli 16 u 22 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja; Billi hemm il-ħtieġa li jiġi emmendat ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 [1] 1 tal-Kunsill tal-25 ta'Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu, ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokol dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet, sabiex jittieħed kont tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2630/72 [2] li jintroduċi miżuri speċjali applikabbli għar-reklutaġġ ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bħala konsegwenza ta' l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda u għat-terminazzjoni tas-servizz ta' uffiċjali ta' dawn il-Komunitajiet ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 "(d) dawk li li huma intitolati ghall- ħlas speċjali intitolati għall-allowance prevista f'kaz ta' terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2530/72; (e) dawk intitolati għall-allowance prevista dawk li huma intitolati ghall- ħlas speċjali f'kaz ta' terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2530/72." Artikolu 2 Dan ir-Regolament jibda' iseħħ fis-7 ta'Diċembru1972. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, l-4 ta' Diċembru 1972. Għall-Kunsill Il-President N. Schmelzer [1] ĠU L 74, tas-27.3.1969, p. 1. [2] ĠU L 272, tal-5.12.1972, p. 1. --------------------------------------------------