23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9519 — Brookfield Asset Management/KKR & CO/X-Elio Energy)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 318/12)

1.   

Fis-16 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada),

—

KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

X-Elio Energy, S.L. (“X-Elio”, Spanja), li bħalissa hija kkontrollata unikament minn KKR.

Brookfield u KKR jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ X-Elio kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Brookfield: impriża Kanadiża għall-ġestjoni ta’ assi fuq livell dinji li tiffoka fuq il-proprjetà, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u l-ekwità privata,

—   KKR: ditta ta’ investiment globali li toffri firxa ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi alternattivi lill-investituri pubbliċi u privati tas-suq u tipprovdi soluzzjonijiet għas-swieq tal-kapital għall-impriża, għall-kumpaniji tal-portafoll tagħha u għal klijenti oħra,

—   X-Elio: l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat u l-manutenzjoni ta’ impjanti solari fi Spanja, l-Italja, il-Ġappun, l-Amerika t’Isfel, il-Lvant Nofsani, l-Afrika t’Isfel u l-Amerka ta’ Fuq.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9519 — Brookfield Asset Management/KKR & CO/X-Elio Energy

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.