11.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8509 — LVMH/Marcolin/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 222/09)

1.

Fit-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi LVMH-Moët Hennessy Louis Vuitton SE (“LVMH”, Franza) ikkontrollata mill-Groupe Arnault SEDCS u Marcolin S.p.A. (“Marcolin”, l-Italja) kkontrollata minn PAI Partners S.A.S., jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Newco permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (JV).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal LVMH: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti ta’ lussu permezz ta’ portafoll ta’ 60 marka ta’ lussu u aktar minn 1 000 punt ta’ bejgħ madwar id-dinja,

—   għal Marcolin: il-manifattura u d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ nuċċalijiet, notevolment frejmijiet tan-nuċċalijiet tal-vista u nuċċalijiet tax-xemx,

—   għal NewCo: id-disinn, l-iżvilupp u l-manifattura ta’ prodotti tan-nuċċalijiet madwar id-dinja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8509 — LVMH/Marcolin/JV fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.