02012D0642 — MT — 02.10.2020 — 012.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285 17.10.2012, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/248/PESK tad-29 ta’ Mejju 2013 |
L 143 |
24 |
30.5.2013 |
|
|
L 172 |
31 |
25.6.2013 |
||
|
L 288 |
69 |
30.10.2013 |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/24/PESK tal-20 ta’ Jannar 2014 |
L 16 |
32 |
21.1.2014 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/439/PESK tat-8 ta' Lulju 2014 |
L 200 |
13 |
9.7.2014 |
|
|
L 311 |
39 |
31.10.2014 |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1142 tat-13 ta' Lulju 2015 |
L 185 |
20 |
14.7.2015 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1335 tal-31 ta' Lulju 2015 |
L 206 |
64 |
1.8.2015 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1957 tad-29 ta' Ottubru 2015 |
L 284 |
149 |
30.10.2015 |
|
|
L 52 |
30 |
27.2.2016 |
||
|
L 50 |
81 |
28.2.2017 |
||
|
L 54 |
16 |
24.2.2018 |
||
|
L 57 |
4 |
26.2.2019 |
||
|
L 45 |
3 |
18.2.2020 |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1388 tat-2 ta’ Ottubru 2020 |
L 319I |
13 |
2.10.2020 |
|
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/642/PESK
tal-15 ta’ Ottubru 2012
dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
Artikolu 1
1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, lill-Bjelorussja minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew permezz ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.
2. Għandu jiġi pprojbit:
il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Bjelorussja;
il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-punti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fil-Bjelorussja;
il-parteċipazzjoni, konxjentement u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom hu li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).
Artikolu 2
1. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx, jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Unjoni għat-tiswir ta’ istituzzjonijiet, jew għal operazzjonijiet tal-UE u tan-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-Bjelorussja;
il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tali tagħmir, jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet;
il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet,
bil-kundizzjoni li tali esportazzjonijiet u assistenza jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.
2. L-Artikolu 1 m'għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket kontra l-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Bjelorussja minn persunal tan-NU, minn persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u dawk li jaħdmu fl-iżvilupp u persuni assoċjati għall-użu personali tagħhom biss.
3. L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal tagħmir tal-biathlon li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fir-regoli tal-avvenimenti u l-kompetizzjonijiet tal-Unjoni Internazzjonali tal-Biathlon (IBU).
4. B'deroga mill-Artikolu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' azzarini sportivi ta' kalibru żgħir, pistoli sportivi ta' kalibru żgħir u munizzjon ta' kalibru żgħir, li huma intiżi esklużivament għall-użu f'avvenimenti sportivi u taħriġ sportiv, jew l-assistenza teknika jew servizzi ta' senserija, il-finanzjament jew l-assistenza finanzjarja relatati.
L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiddetermina l-prodotti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-paragrafu.
5. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 4 mill-inqas għaxart ijiem qabel l-awtorizzazzjoni, inkluż it-tip u l-kwantità tat-tagħmir ikkonċernat u l-iskop li għalih hu intiż, jew in-natura tal-assistenza jew servizzi relatati.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, tal-persuni:
responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom ikunu serjament jipperikolaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Bjelorussja, jew kwalunkwe persuna assoċjata magħhom;
li jibbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenka jew jappoġġawh,
kif elenkat fl- ►M10 Anness ◄ .
2. Il-paragrafu 1 m'għandux jobbliga Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
3. Il-paragrafu 1 m'għandux ikun ta’ preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru ikun marbut b’xi obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa’ min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti;
taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;
jew
taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
4. Il-paragrafu 3 għandu jitqies bħala li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru huwa l-pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mil-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat abbażi ta' ħtieġa urġenti umanitarja, jew abbażi tal-attendenza f'laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt fil-Bjelorussja.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kunsidrata bħala mogħtija sakemm wieħed mill-Membri tal-Kunsill jew iktar ma jagħmlux oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew t-transitu mit-territorju tiegħu ta' kwalunkwe persuna mniżżla fl- ►M10 Anness ◄ , l-awtorizazzjoni għandha tkun ristretta għall-għan li għalih tkun ingħatat u għal dik il-persuna kkonċernata b'dan.
Artikolu 4
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma l-proprjetà ta’, huma miżmuma minn jew huma kkontrollati minn:
persuni, entitajiet jew korpi responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom ikunu serjament jipperikolaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Bjelorussja, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp assoċjati magħhom, kif ukoll persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma proprjetà ta', jew ikkontrollati minnhom;
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jibbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenka jew jappoġġawh, kif ukoll persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom,
kif elenkat fl- ►M10 Anness ◄ għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fond jew riżors ekonomiku m’għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ tali persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl- ►M10 Anness ◄ .
Artikolu 5
1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:
meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi ta' kwalunkwe persuna elenkata fl- ►M10 Anness ◄ u l-membri tal-familja dipendenti minnha, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;
maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ drittijiet professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż li jsiru li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;
maħsubin esklussivament għall-pagament ta' miżati jew ħlasijiet għal servizzi fiż-żamma jew manteniment ta' rutina ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni, tal-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
biex jitħallsu fi jew jinħargu minn, kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.
2. L-Artikolu 4(2) m'għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew li saru qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK jew din id-Deċiżjoni.
u dment li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-Artikolu 4(1) ta’ din id-Deċiżjoni.
3. L-Artikolu 4(1) m'għandux iżomm lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat milli jagħmel pagament dovut skont kuntratt li kien daħal għalih qabel ma tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ġie elenkat fil-lista, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-pagament ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmi fl-Artikolu 4(1).
Artikolu 6
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-lista li tinsab fl-Anness skont kif ikun meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fil-Bjelorussja.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna kkonċernata, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar tagħha fil-lista, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil tali persuna bil-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet.
3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna ikkonċernata kif meħtieġ.
Artikolu 7
Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżlin f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Frar 2021.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012
ANNESS
Persuni msemmijin fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 4(1)
|
|
Ismijiet Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni ta' ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
|
1. |
Navumau, Uladzimir Uladzimiravich Naumov, Vladimir Vladimirovich |
НАВУМАЎ, Уладзімір Уладзіміравіч |
НАУМОВ, Владимир Владимирович |
Data tat-twelid: 7.2.1956, Post tat-twelid: Smolensk (Russja) |
Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll eks-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa. Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni “Għall-Mertu” grad III mill-President Lukashenka. |
|
2. |
Paulichenka, Dzmitry Valerievich Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich) |
ПАЎЛІЧЭНКА, Дзмітрый Валер'евіч |
ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич |
Data tat-twelid: 1966 Post tat-Twelid: Vitebsk Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь” 220028, Минск Маяковского, 111 |
Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR). Negozjant, Kap tal-“Unur”, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern. |
|
3. |
Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich) Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich) |
ШЭЙМАН, Bіктap Уладзіміравіч |
ШЕЙМАН, Виктор Владимирович |
Data tat-twelid: 26.5.1958, Post tat-Twelid: Hrodna region Indirizz: Управлениe Делами Президента ул. К.Маркса, 38 220016, г. Минск |
Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President. |
|
4. |
Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich) Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich |
СІВАКАЎ, Юрый Леанідавіч |
СИВАКОВ, Юрий Леонидович |
Data tat-twelid: 5.8.1946 Post tat-Twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь” 220028, Минск Маяковского, 111 |
Organizza l-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Eks-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, eks-Ministru għall-Intern u eks-Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali. |
|
5. |
Yuri Khadzimuratovich KARAEV
|
Юрый Хаджымуратавіч Караеў |
Юрий Хаджимуратович КAPAEB |
Ministru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 21.6.1966 Post tat-twelid: Ordzhonikidze eks Unjoni Sovjetika issa Vladikavkaz, Federazzjoni Russa Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Ministru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u ta' intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
6. |
Gennadi Arkadievich KAZAKEVICH
|
Генадзь Аркадзьевіч КАЗАКЕВІЧ |
Геннадий Аркадьевич КАЗАКЕВИЧ |
L-Ewwel Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern – Kap tal-Milizzja Kriminali, Kurunell tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 14.2.1975 Post tat-twelid: Minsk, ekx Unjoni Sovjetika (issa Belarussja). Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
7. |
Aleksandr Piotrovich BARSUKOV
|
Аляксандр Пятровіч БАРСУКОЎ |
Александр Петрович БАРСУКОВ |
Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 29.4.1965 Post tat-twelid: Vetkovski, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
8. |
Sergei Nikolaevich KHOMENKO
|
Сяргей Мікалаевіч ХАМЕНКА |
Сергей Николаевич ХОМЕНКО |
Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 21.9.1966 Post tat-twelid: Yasinovataya eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
9. |
Yuri Genadzevich NAZARANKA Yuri Gennadievich NAZARENKO |
Юрый Генадзевіч НАЗАРАНКА |
Юрий Геннадьевич НАЗАРЕНКО |
Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Kmandant tat-Truppi Interni Data tat-twelid: 17.4.1976 Post tat-twelid: Slonim, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern u Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern, b'mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
10. |
Khazalbek Baktibekavich ATABEKAU Khazalbek Bakhtibekovich ATABEKOV |
Хазалбек Бактібекавіч АТАБЕКАЎ |
Хазалбек Бахтибекович АТАБЕКОВ |
Viċi Kmandant tat-Truppi Interni Data tat-twelid: 18.3.1967 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Intern (MoIA),, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern, b'mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
11. |
Aliaksandr Valerievich BYKAU Alexander Valerievich BYKOV |
Аляксандр Валер’евіч БЫКАЎ |
Александр Валерьевич БЫКОВ |
Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida (SOBR), Logutenent Kurunell Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida – (SOBR) tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-SOBR wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi. |
|
12. |
Aliaksandr Sviataslavavich SHEPELEU Alexander Svyatoslavovich SHEPELEV |
Аляксандр Святаслававіч ШЭПЕЛЕЎ |
Александр Святославович ШЕПЕЛЕВ |
Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà, Ministeru għall-Intern, Data tat-twelid: 14.10.1975 Post tat-twelid: ir-raħal ta' Rublevsk, distrett ta' Kruglyanskiy, reġjun ta' Mogilev, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni għolja tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà fil-Ministeru għall-Interni, huwa involut fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
13. |
Dzmitry Uladzimiravich BALABA Dmitry Vladimirovich BALABA |
Дзмітрый Уладзіміравіч БАЛАБА |
Дмитрий Владимирович БАЛАБА |
Kap tal-OMON ‘Taqsima Distakkata Speċjali tal-Milizzja') għall-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk, Data tat-twelid: 1.6.1972 Post tat-twelid: ir-raħal ta' Gorodilovo, reġjun ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON f'Minsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
14. |
Ivan Uladzimiravich KUBRAKOU Ivan Vladimirovich KUBRAKOV |
Іван Уладзіміравіч КУБРАКОЎ |
Иван Владимирович КУБРАКОВ |
Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk Data tat-twelid: 5.5.1975 Post tat-twelid: il-villaġġ ta' Malinovka, Mogilev Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
15. |
Maxim Aliaksandravich GAMOLA Maxim Alexandrovich GAMOLA |
Максім Аляксандравіч ГАМОЛА |
Максим Александрович ГАМОЛА |
Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
16. |
Aliaksandr Mikhailavich ALIASHKEVICH Alexander Mikhailovich ALESHKEVICH |
Аляксандр Міхайлавіч АЛЯШКЕВІЧ |
Александр Михайлович АЛЯШКЕВIЧ |
L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija Kriminali Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
17. |
Andrei Vasilievich GALENKA Andrey Vasilievich GALENKA |
Андрэй Васільевіч ГАЛЕНКА |
Андрей Васильевич ГАЛЕНКА |
Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
18. |
Aliaksandr Paulavich VASILIEU Alexander Pavlovich VASILIEV |
Аляксандр Паўлавіч ВАСІЛЬЕЎ |
Александр Павлович ВАСИЛЬЕВ |
Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast Data tat-twelid: 24.3.1975 Post tat-twelid: Mahilou/Mogilev, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
19. |
Aleh Mikalaevich SHULIAKOUSKI Oleg Nikolaevich SHULIAKOVSKI |
Алег Мікалаевіч ШУЛЯКОЎСКІ |
Олег Николаевич ШУЛЯКОВСКИЙ |
L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, Kap tal-Pulizija Kriminali Data tat-twelid: 26.7.1977 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
20. |
Anatol Anatolievich VASILIEU Anatoli Anatolievich VASILIEV |
Анатоль АнатолЬ ьевіч ВАСІЛЬЕЎ |
Анатолий Анатольевич ВАСИЛЬЕВ |
Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika Data tat-twelid: 26.1.1972 Post tat-twelid: Gomel/Homyel, Gomel/Homyel Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
21. |
Aliaksandr Viachaslavavich ASTREIKA Alexander Viacheslavovic ASTREIKO |
Аляксандр Вячаслававіч АСТРЭЙКА |
Александр Вячеславович АСТРЕЙКО |
Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Brest Oblast, Maġġur-Ġeneraltal-Milizja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 22.12.1971 Post tat-twelid: Kapyl, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarus) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Brest Oblast u Maġġur-Ġeneral tal-Milizja, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
22. |
Leanid ZHURAUSKI Leonid ZHURAVSKI |
Леанід ЖУРАЎСКІ |
Леонид ЖУРАВСКИЙ |
Kap ta' OMON ( ‘Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) f'Vitebsk/Viciebsk Data tat-twelid: 20.9.1975 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Vitebsk/Viciebsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi OMON f'Vitebsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi. |
|
23. |
Mikhail DAMARNACKI Mikhail DOMARNATSKY |
Міхаіл ДАМАРНАЦКІ |
Михаил ДОМАРНАЦКИЙ |
Kap ta' OMON ( ‘Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) f'Gomel/Homyel Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Gomel/Homyel, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi OMON f'Gomel/Homyel wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi. |
|
24. |
Maxim MIKHOVICH Maxim MIKHOVICH |
Максім МІХОВІЧ |
Максим МИХОВIЧ |
Kap ta' OMON ( “Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) fi Brest, Logutenent Kurunell Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON fi Brest, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON fi Brest wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi. |
|
25. |
Aleh Uladzimiravich MATKIN Oleg Vladimirovitch MATKIN |
Алег Уладзіміравіч МАТКІН |
Олег Владимирович МАТКИН |
Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Intern, (MoIA), Maġġur-Ġeneral tal-Milizja (forza tal-pulizija) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali li għandu awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fuq dimostranti paċifiċi. |
|
26. |
Ivan Yurevich SAKALOUSKI Ivan Yurievich SOKOLOVSKI |
Іван Юр’евіч САКАЛОЎСКІ |
Иван Юрьевич СОКОЛОВСКИЙ |
Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina, Minsk Ġeneru: maskil |
Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Akrestina f'Minsk, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, imwettaq fuq ċittadini detenuti fiċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. |
|
27. |
Valeri Paulavich VAKULCHYK Valery Pavlovich VAKULCHIK |
Валéрый Пáўлавіч |
Валерий Павлович ВАКУЛЬЧИК |
Eks President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB). Attwalment Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belarussja Data tat-twelid: 19.6.1964 Post tat-twelid: Radostovo, eks Unjoni Sovjetika) (issa Belarussja. Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), kien responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
|
28. |
Siarhei Yaugenavich TSERABAU Sergey Evgenievich TEREBOV |
Сяргей Яўгенавіч ЦЕРАБАЎ |
Сергей Евгеньевич ТЕРЕБОВ |
L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB) Data tat-twelid: 1972 Post tat-twelid: Borisov/Barisaw, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
|
29. |
Dzmitry Vasilievich RAVUTSKI Dmitry Vasilievich REUTSKY |
Дзмітрый Васільевіч РАВУЦКІ |
Дмитрий Васильевич РЕУЦКИЙ |
Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
|
30. |
Uladzimir Viktaravich KALACH Vladimir Viktorovich KALACH |
Уладзімір Віктаравіч КАЛАЧ |
Владимир Викторович КАЛАЧ |
Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB). Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
|
31. |
Alieg Anatolevich CHARNYSHOU Oleg Anatolievich CHERNYSHEV |
Алег Анатольевіч ЧАРНЫШОЎ |
Олег Анатольевич ЧЕРНЫШЁВ |
Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB). Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
|
32. |
Aliaksandr Uladzimiravich KANYUK Aleksandr Vladimirovich KONYUK |
Аляксандр Уладзіміравіч КАНЮК |
Александр Владимирович КОНЮК |
Eks Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja. Data tat-twelid: 11.7.1960, Post tat-twelid: Hrodna/Grodno,, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarus) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa responsabbli għall-użu mifrux ta' proċeduri kriminali biex jiġu skwalifikati kandidati tal-oppożizzjoni qabel l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u biex persuni ma jitħallewx jingħaqdu mal-Kunsill ta' Koordinazzjoni mniedi mill-oppożizzjoni biex jikkontesta l-eżitu tal-elezzjoni. |
|
33. |
Lidzia Mihailauna YARMOSHINA Lidia Mikhailovna YERMOSHINA |
Лідзія Міхайлаўна ЯРМОШЫНА |
Лидия Михайловна ЕРМОШИНА |
President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 29.1.1953; Post tat-twelid: Slutsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja. Ġeneru: femminil |
Bħala President tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
34. |
Vadzim Dzmitryevich IPATAU Vadim Dmitrievich IPATOV |
Вадзім Дзмітрыевіч ІПАТАЎ |
Вадим Дмитриевич ИПАТОВ |
Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 30.10.1964 Post tat-twelid: Kolomyia, Ivano-Frankivsk Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna Ġeneru: maskil |
Bħala Viċi President tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
35. |
Alena Mikalaeuna DMUHAILA Elena Nikolaevna DMUHAILO |
Алена Мікалаеўна ДМУХАЙЛА |
Елена Николаевна ДМУХАЙЛО |
Segretarja tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 1.7.1971; Ġeneru: femminil |
Bħala Segretarja tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
36. |
Andrei Anatolievich GURZHY Andrey Anatolievich GURZHIY |
Андрэй Анатольевіч ГУРЖЫ |
Андрей Анатольевич ГУРЖИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 10.10.1975 Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
37. |
Volga Leanidauna DARASHENKA Olga Leonidovna DOROSHENKO |
Вольга Леанідаўна ДАРАШЭНКА |
Ольга Леонидовна ДОРОШЕНКО |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 1976 Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
38. |
Siarhei Aliakseevich KALINOUSKI Sergey Alekseevich KALINOVSKIY |
Сяргей Аляксеевіч КАЛІНОЎСКІ |
Сергей Алексеевич КАЛИНОВСКИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 3.1.1969 Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
39. |
Sviatlana Piatrouna KATSUBA Svetlana Petrovna KATSUBO |
Святлана Пятроўна КАЦУБА |
Светлана Петровна КАЦУБО |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 6.8.1959 Post tat-twelid: Podilsk, Odessa Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna) Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
40. |
Aliaksandr Mikhailavich LASYAKIN Alexander Mikhailovich LOSYAKIN |
Аляксандр Міхайлавіч ЛАСЯКІН |
Александр Михайлович ЛОСЯКИН |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 21.7.1957 Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
41. |
Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY Igar Anatolievich PLYSHEUSKI Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY |
Ігар Анатольевіч ПЛЫШЭЎСКІ |
Игорь Анатольевич ПЛЫШЕВСКИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 19.2.1979 Post tat-twelid: Lyuban, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
42. |
Marina Yureuna RAKHMANAVA Marina Yurievna RAKHMANOVA |
Марына Юр”'еўна РАХМАНАВА |
Марина Юрьевна РАХМАНОВА |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 26.9.1970 Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
43. |
Aleh Leanidavich SLIZHEUSKI Oleg Leonidovich SLIZHEVSKI |
Алег Леанідавіч СЛІЖЭЎСКІ |
Олег Леонидович СЛИЖЕВСКИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 16.8.1972 Post tat-twelid: Hrodna/Grodno, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
44. |
Irina Aliaksandrauna TSELIKAVETS Irina Alexandrovna TSELIKOVEC |
Ірына Аляксандраўна ЦЭЛІКАВЕЦ |
Ирина Александровна ЦЕЛИКОВЕЦ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 2.11.1976 Post tat-twelid: Zhlobin, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
▼M10 —————