<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-235/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0235</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:343">EU:T:2021:343</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20210609">9.6.2021</DATE> – Kawża T‑235/19 (<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>)</HT></P><P><HT TYPE="SC">HIM vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20210609">9 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P><HT TYPE="SUP">Lingwa tal-kawża:</HT> <HT TYPE="SUP">il-Franċiż.</HT></P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Klawżola ta’ arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal‑Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT PSP)</KEYWORD><KEYWORD>Rapport ta’ awditu</KEYWORD><KEYWORD>Noti ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Investigazzjoni tal-OLAF</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Kontrotalba</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors sħiħ tas-sussidji</KEYWORD><KEYWORD>Danni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑235/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Health Information Management (HIM)</HT>, stabbilita fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentata minn P. Zeegers, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J. Estrada de Solà u M. Ilkova, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett, minn naħa, talba prinċipali bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li n-noti ta’ debitu Nru 3241901815 u Nru 3241901886, tal-<DATE ISO="20190204">4 ta’ Frar 2019</DATE>, intiżi għar-rimbors tas-somom ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">94445</FT> u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">121517</FT> rispettivi, abbażi tal-Ftehimiet ta’ Sussidju Nru 225023, dwar il-proġett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ElDeRly‑friEndly Alarm handling and monitorING (Dreaming)<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, u Nru 250449, dwar il-proġett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Health monitoring and sOcial integration environMEnt for Supporting WidE ExTension of independent life at HOME (HOME SWEET HOME)<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> konklużi fil-kuntest tal-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT PSP) previst mill-programm qafas stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20061024">24 ta’ Ottubru 2006</DATE> li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013), inħarġu mill-Kummissjoni bi ksur tal-obbligi kuntrattwali u li, għaldaqstant, l-imsemmija somom ma humiex dovuti u, sa fejn huwa neċessarju, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFEU u intiża għall-annullament ta’ dawn in-noti ta’ debitu u, min-naħa l-oħra, kontrotalba tal-Kummissjoni intiża sabiex HIM tiġi kkundannata tirrimborsa b’mod sħiħ is-sussidji rċevuti abbażi tal-ftehimiet imsemmija iktar ’il fuq u għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 58 876.50 għad-danni,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn A. Kornezov, President, E. Buttigieg u G. Hesse (Relatur), Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tagħmel parti minn żewġ konsorzji komposti minn benefiċjarji ta’ żewġ ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT PSP) previst mill-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007‑2013), stabbilit bid-Deċiżjoni 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20061024">24 ta’ Ottubru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="310" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 310, p. 15</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Programm Qafas KI<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ewwel ftehim, bin-numru 225023, ġie konkluż fl-<DATE ISO="20081010">10 ta’ Ottubru 2008</DATE> bejn il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u Tesan Televita Srl, li taġixxi bħala koordinatur tal-proġett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ElDeRly-friEndly Alarm handling and MonitorING (Dreaming)<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Ftehim Dreaming<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Proġett Dreaming<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> rispettivament). It-tieni ftehim, bin-numru 250449, ġie konkluż fil-<DATE ISO="20100531">31 ta’ Mejju 2010</DATE>, bejn il-Komunità, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u Digipolis SCRL, li aġixxiet fil-kwalità ta’ koordinatur tal-proġett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>HOME SWEET HOME: Health monitoring and sOcial integration environMEnt for Supporting WidE ExTension of independent life at HOME<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ftehim HOME SWEET HOME<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Proġett HOME SWEET HOME<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> rispettivament).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-proġetti Dreaming u HOME SWEET HOME kellhom l-għan li jippermettu lill-persuni anzjani b’telf ta’ awtonomija jibqgħu fid-dar tagħhom permezz ta’ apparati u ta’ sistemi teknoloġiċi, fosthom telefon ċellulari adattat u sistema ta’ vidjokonferenzi faċli li tintuża, konnessa ma’ ċentri ta’ assistenza soċjomedika.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ dawn iż-żewġ proġetti, intalab awditu mill-Kummissjoni lill-uffiċċji ta’ awdituri, PKF Littlejohn LLP, li twettqet bejn it-<DATE ISO="20140418">18 ta’ April 2014</DATE> u s-<DATE ISO="20150527">27 ta’ Mejju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sadanittant, fit-<DATE ISO="20150430">30 ta’ April 2015</DATE>, l-OLAF kien fetaħ investigazzjoni li tikkonċerna b’mod partikolari allegazzjonijiet ta’ atti frawdolenti mwettqa mir-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tal-ftehimiet kontenzjużi.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ta’ informazzjoni preliminari tal-<DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, il-Kummissjoni indikat li, sabiex jiġu implimentati l-konklużjonijiet tar-rapport tal-awditu, kien hemm lok li tiġi rkuprata s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">94445</FT> għall-Proġett Dreaming u s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">121517</FT> għall-Proġett HOME SWEET HOME, li jikkorrispondu għall-ispejjeż mhux eliġibbli sa fejn dawn kienu ġew iffi<?PAGE NO="3"?>nanzjati mill-Kummissjoni u mħallsa minnha lir-rikorrenti. Hija stiednet lir-rikorrenti tieħu pożizzjoni f’terminu ta’ 30 jum minn meta tirċievi l-imsemmija ittra, u fin-nuqqas ta’ dan hija kienet ser toħroġ noti ta’ debitu sabiex tibda l-proċess ta’ rkupru tal-imsemmija somom.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rapport tal-OLAF ġie ffinalizzat fit-<DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>. Fil-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport, l-OLAF essenzjalment qies li, bejn is-sena 2008 u s-sena 2014, kienu twettqu diversi irregolaritajiet mir-rikorrenti, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proġetti Dreaming u HOME SWEET HOME. Ġew ikkonstatati tliet tipi ta’ irregolaritajiet. L-ewwel wieħed kien jirrigwarda, essenzjalment, kunflitt ta’ interessi fir-rigward tar-rikorrenti, sa fejn hija influwenzat l-imsieħba tagħha tal-konsorzji inkarigati mill-implimentazzjoni tal-imsemmija proġetti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>imsieħba tal-konsorzju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) sabiex tintgħażel kumpannija, li kienet assoċjata magħha, bħala fornitur u li hija rċeviet kummissjonijiet fuq il-bejgħ ta’ din tal-aħħar. It-tieni wieħed li kien jinsab fir-rapport akkuża lir-rikorrenti li ffatturat b’mod eċċessiv l-ispejjeż tal-persunal. It-tielet tip ta’ irregolarità jikkonsisti, essenzjalment, fil-fatturazzjoni ta’ prezz eċċessiv fir-rigward ta’ ċerti prodotti neċessarji għall-implimentazzjoni tal-proġetti inkwistjoni.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20190204">4 ta’ Frar 2019</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat lir-rikorrenti żewġ noti ta’ debitu intiżi għall-irkupru tal-parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni meqjusa bħala mhux iġġustifikata għal dak li jikkonċerna l-Proġett Dreaming u l-Proġett HOME SWEET HOME, jiġifieri, in-nota ta’ debitu Nru 3241901815, fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">94445</FT>, u n-nota ta’ debitu Nru 3241901886, fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">121517</FT>, rispettivament. Fiż-żewġ noti ta’ debitu, il-Kummissjoni ffissat id-data finali għall-ħlas għat-<DATE ISO="20190318">18 ta’ Marzu 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, ir-rikorrenti bdiet din l-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20190712">12 ta’ Lulju 2019</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali risposta li tinkludi kontrotalba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentat ir-replika fil-<DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat nota komplementari li tinkludi talba ġdida intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tirtira isem ir-rikorrenti mis-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20200106">6 ta’ Jannar 2020</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat il-kontroreplika, li kienet tinkludi l-osservazzjonijiet tagħha fuq in-nota komplementari tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura adottati fid-9 ta’ Ġunju u fl-<DATE ISO="20200804">4 ta’ Awwissu 2020</DATE> abbażi tal-Artikolu 89(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti Ġenerali għamlet mistoqsijiet lill-partijiet, u dawn wieġbu għalihom fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minħabba l-impediment ta’ membru tal-Għaxar Awla, il-President tal-Qorti Ġenerali ħatar Imħallef ieħor, fl-<DATE ISO="20200810">10 ta’ Awwissu 2020</DATE>, sabiex jikkompleta l-Awla, b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ talba mressqa f’dan is-sens mill-partijiet fit-terminu ta’ tliet ġimgħat b’effett min-notifika ta’ għeluq il-fażi bil-miktub tal-proċedura, il-Qorti Ġenerali, wara li qieset li kellha biżżejjed informazzjoni permezz tal-annessi tal-proċess, iddeċidiet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura, li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiddikjara li hija ma għandhiex tħallas in-noti ta’ debitu Nri 3241901815 u 3241901886, maħruġa fl-<DATE ISO="20190204">4 ta’ Frar 2019</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>sa fejn ikun neċessarju, tiddikjara n-nullità ta’ dawn in-noti ta’ debitu;</P></ITEM><ITEM><P>tordna lill-Kummissjoni tirtira isimha mid-database tal-EDES;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad il-kontrotalba bħala inammissibbli jew, sussidjarjament, bħala infondata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad bħala infondata t-talba prinċipali tar-rikorrenti, intiża sabiex tiġi kkonstatata l-ineżistenza tal-krediti fil-konfront tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad bħala inammissibbli t-talba komplementari tar-rikorrenti, intiża sabiex jiġu ddikjarati nulli n-noti ta’ debitu Nri 3241901815 u 3241901886, maħruġa fl-<DATE ISO="20190204">4 ta’ Frar 2019</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrenti magħmula fin-nota komplementari tagħha tas-<DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>, intiża sabiex tiġi ordnata tneħħi isimha mid-database tal-EDES;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara li l-ksur kuntrattwali imputat lir-rikorrenti fil-kontrotalba għandu n-natura ta’ irregolaritajiet;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti tirrimborsaha s-sussidji kollha rċevuti fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">230348</FT>, għall-Proġett Dreaming, u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">282451</FT>, għall-Proġett HOME SWEET HOME;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 58 876.50 bħala danni;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali u fuq l-ammissibbiltà tar-rikors u tal-kontrotalba</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan ir-rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE, bis-saħħa tal-klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 10 ta’ kull waħda mill-ftehimiet kontenzjużi, li tagħti lill-Qorti Ġenerali ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar kull kawża li tirrigwarda l-interpretazzjoni, l-eżekuzzjoni jew il-validità ta’ dawn il-ftehimiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni wkoll, fuq l-istess bażi, sabiex tiddeċiedi fuq il-kontrotalba fformulata mill-Kummissjoni. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-jum tal-preżentata tar-rikors, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ rikors ippreżentat abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ timplika neċessarjament dik li tieħu konjizzjoni ta’ kontrotalba fformulata minn istituzzjoni fil-kuntest ta’ dan l-istess rikors u li tirriżulta mir-rabta kuntrattwali jew mill-fatt li fuqu hija bbażata t-talba prinċipali jew għandha rabta diretta mal-obbligi li jirriżultaw minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140716">16 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Isotis vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑59/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:679">EU:T:2014:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0265">265</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, l-istess bħar-rikors tar-rikorrenti, il-kontrotalba fformulata mill-Kummissjoni tirriżulta mir-rabta kuntrattwali stabbilita bejn il-partijiet mill-ftehimiet kontenzjużi. Barra minn hekk, din il-kontrotalba tikkonċerna r-rimbors tas-somom kollha mħallsa lir-rikorrenti skont il-ftehimiet kontenzjużi, b’tali mod li tkopri l-ammonti li huma s-suġġett tan-noti ta’ debitu msemmija fir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kontrotalba</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok għandha tiġi eżaminata l-kontrotalba, peress li hija intiża għar-rimbors tas-somom kollha mħallsa lir-rikorrenti skont il-ftehimiet kontenzjużi, b’tali mod li hija tirkupra l-ammonti li huma s-suġġett tan-noti ta’ debitu msemmija fir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Il-kontrotalba għandha l-għan li r-rikorrenti tiġi kkundannata għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 571 675.50 skont il-ftehimiet kontenzjużi. Din it-talba hija bbażata fuq il-konklużjonijiet tar-rapport tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-imsemmi rapport, il-Kummissjoni ssostni li ġew ikkonstatati irregolaritajiet fir-rigward tar-rikorrenti fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-proġetti Dreaming u HOME SWEET HOME. Il-Kummissjoni tenfasizza ż-żewġ irregolaritajiet li fil-fehma tagħha huma l-iktar evidenti, jiġifieri, l-ewwel nett, l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi u, it-tieni nett, fatturazzjoni eċċessiva tal-prezzijiet tat-tagħmir u l-ġbir ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-ewwel allegata irregolarità, il-Kummissjoni tirrileva li r-rikorrenti għandha 25 % tal-azzjonijiet tal-kumpannija XJ. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tilmenta li r-rikorrenti ħeġġet lill-imsieħba tagħha tal-konsorzju, fil-kuntest tal-imsemmija proġetti, jakkwistaw tagħmir neċessarju għall-implimentazzjoni tagħhom mingħand XJ. Barra minn hekk, hija tikkritika lir-rikorrenti li ma ddikjaratx ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interessi, la lill-Kummissjoni u lanqas lill-imsieħba tagħha tal-konsorzju. Barra minn hekk, ir-rikorrenti pproduċiet żewġ dikjarazzjonijiet foloz li jsemmu l-assenza ta’ kunflitt ta’ interess qabel ma hija ġiet aċċettata bħala benefiċjarja ta’ sussidji fil-kuntest taż-żewġ proġetti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna t-tieni irregolarità kkontestata, il-Kummissjoni ssostni, b’mod partikolari, li r-rikorrenti rċeviet mingħand XJ kummissjonijiet fuq il-bejgħ ta’ 5 sa 10 % bħala korrispettiv tal-bejgħ lill-imsieħba ta’ konsorzju tagħha, bl-intervent tar-rikorrenti, tat-tagħmir fil-kuntest tal-imsemmija proġetti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti kkontribwixxiet sabiex tgħolli artifiċjalment il-prezz ta’ ċertu tagħmir. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssemmi l-fatt li, għal dawn il-proġetti, ix-xiri tal-mudell ta’ telefon ċellulari Z kien previst, għal prezz unitarju ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1018</FT>. Madankollu, sussegwentement, dan il-mudell ġie ssostitwit b’mudell inqas għoli, jiġifieri l-mudell Y bi prezz unitarju ta’ EUR 616. Il-Kummissjoni tiċċita korrispondenza li minnha jirriżulta li, f’dan il-kuntest, ir-rikorrenti, XJ u kumpannija terza kienu ddeċidew li jgħollu b’mod artifiċjali l-prezz ta’ tagħmir ieħor previst għall-proġetti inkwistjoni, sabiex jaqsmu bejniethom id-differenza tal-ispejjeż ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">70350</FT>. Għaldaqstant, il-prezz ta’ console żdied minn EUR 438.50 għal EUR 577 u l-prezz ta’ software għat-telekonferenzi minn EUR 200 għal EUR 422.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegati irregolaritajiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tilmenta li r-rikorrenti kisret, b’mod partikolari, l-obbligi kuntrattwali tagħha previsti fil-punt II.3(g) u (i) tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kull waħda mill-ftehimiet kontenzjużi kif ukoll il-prinċipju ta’ eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> tal-kuntratti previst mid-dritt Belġjan, li japplika sussidjarjament għall-ftehimiet kontenzjużi. Għal dan il-għan, hija tallega l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi marbut mal-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet ta’ fornitur ta’ ċertu tagħmir kif ukoll mal-ġbir ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ u ma’ fatturazzjonijiet eċċessivi.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, qabelxejn, li, fil-kuntest ta’ kuntratt li fih klawżola ta’ arbitraġġ fis-sens tal-Artikolu 272 TFUE, hija l-parti li tkun iddikjarat spejjeż lill-Kummissjoni għall-għoti ta’ kontribut finanzjarju tal-Unjoni li għandha tipproduċi l-prova li l-imsemmija spejjeż kienu spejjeż reali li kienu effettivament neċessarji u mġarrba għall-eżekuzzjoni tal-proġett matul it-tul tiegħu. Madankollu, fil-każ li l-Kummissjoni titlob ir-rimbors ta’ kreditu wara verifika finanzjarja, tkun hija li jkollha tipprova li, sakemm il-benefiċjarju jkun ipproduċa d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u informazzjoni rilevanti oħra, il-provvista kuntrattwali hija vvizzjata jew li d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż ma humiex eżatti jew kredibbli (ara, s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Talanton vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑65/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:491">EU:T:2017:491</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, peress li r-rikorrenti pproduċiet id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u informazzjoni rilevanti oħra, hija l-Kummissjoni li għandha tipproduċi provi konkreti li l-provvisti kuntrattwali tar-rikorrenti kienu vvizzjati fid-dawl tal-obbligi li hija assumiet fil-kuntest tal-ftehimiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li mill-punt II.3(g) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kontenzjużi jirriżulta li riskju ta’ kunflitt ta’ interessi jippreżupponi l-eżistenza ta’ konverġenza ta’ interessi ekonomiċi, ta’ affinitajiet politiċi jew nazzjonali, ta’ rabtiet familjari jew emozzjonali jew ta’ kull tip ieħor ta’ interess. Din il-konverġenza, dawn l-affinitajiet jew dawn ir-rabtiet għandhom għaldaqstant jiġu effettivament ikkonstatati wara evalwazzjoni konkreta tal-iskop tal-kuntratt u tas-sitwazzjoni tal-partijiet ikkonċernati (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190122">22 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>EKETA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑166/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:26">EU:T:2019:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Bil-kontra, sa fejn l-imsemmi punt tal-kundizzjonijiet ġenerali jirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>riskju<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ta’ kunflitt ta’ interessi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>li jista’<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jikkomprometti l-eżekuzzjoni imparzjali u oġġettiva tal-proġett, ma jeħtieġx li tiġi prodotta l-prova li dan il-kunflitt għandu jew kellu, b’mod ipprovat, influwenza fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew fuq l-ispejjeż tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190122">22 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>EKETA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑166/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:26">EU:T:2019:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, l-allegata sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi hija bbażata fuq żewġ elementi, jiġifieri l-fatt li r-rikorrenti rċeviet kummissjonijiet fuq il-bejgħ mingħand XJ u l-fatt li r-rikorrenti kienet azzjonista minoritarja ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interessi marbuta mal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-azzjonijiet ta’ fornitur</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Qabelxejn, huwa paċifiku li r-rikorrenti kellha 25 % tal-azzjonijiet ta’ XJ u li hija ma kinitx iddikjarat dan lill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni wriet li l-aġir konkret tar-rikorrenti fil-kuntest tal-eżekuzzjoni taż-żewġ proġetti inkwistjoni kien ta’ natura li jikkomprometti l-eżekuzzjoni imparzjali u oġġettiva tagħhom fis-sens tal-punt II.3(g) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-għażla tal-prodotti u tas-soluzzjonijiet proposti minn XJ kienet diġà saret qabel l-iffirmar tal-Ftehim Dreaming, fuq inizjattiva tar-rikorrenti, kif jirriżulta mid-deskrizzjoni tal-proġett li tinsab fl-Anness I tal-imsemmija ftehim. Hekk kif sostniet il-Kummissjoni fil-punt 72 tar-risposta, peress li l-Proġett HOME SWEET HOME kien kontinwazzjoni tal-Proġett Dreaming, l-istess prodotti kienu ġew ikkunsidrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat in-nuqqas ta’ trasparenza tar-rikorrenti fir-rigward ir-rabtiet tagħha ma’ XJ. Hekk kif diġà ġie rrilevat fil-punti 108 u 109 iktar ’il fuq, huwa stabbilit li għall-inqas uħud mill-imsieħba tal-konsorzju ma kinux informati bin-natura ta’ dawn ir-rabtiet. Barra minn hekk, ir-rikorrenti naqset milli tinforma lill-Kummissjoni dwar ir-rabtiet tagħha mal-fornitur tat-tagħmir diġà msemmi fid-deskrizzjoni tal-Proġett Dreaming u saħansitra pproduċiet dikjarazzjonijiet foloz ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi, kif diġà ġie rrilevat fil-punt 121 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti talbet b’mod insistenti lill-imsieħba tagħha tal-konsorzju sabiex jixtru t-tagħmir mingħand J għar-raġuni, b’mod partikolari, li ma kienx hemm tagħmir adatt ieħor fis-suq għall-implimentazzjoni tal-proġetti. Fil-fatt, mill-korrispondenza bil-posta elettronika li tinsab fl-Anness B.20, b’mod partikolari mill-posta elettronika tal-<DATE ISO="20100810">10 ta’ Awwissu 2010</DATE> mibgħuta mir-rikorrenti lill-imsieħba tagħha tal-konsorzju inkarigati mill-Proġett HOME SWEET HOME,<?PAGE NO="8"?> jirriżulta li r-rikorrenti għamlet ħilitha, bi ftehim ma’ XJ, sabiex tiġbor l-ordnijiet tal-imsemmija msieħba għax-xiri tal-prodotti ta’ din il-kumpannija, b’mod partikolari billi bagħtitilhom formoli ta’ ordni stampati minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni pproduċiet provi konkreti li r-rikorrenti kienet involuta f’kunflitt ta’ interessi li jista’ jikkomprometti l-eżekuzzjoni imparzjali u oġġettiva tal-ftehimiet, bi ksur tal-punt II.3(g) tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kull waħda mill-ftehimiet kontenzjużi, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 124 sa 127 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>L-argumenti tar-rikorrenti ma jistgħux iqiegħdu inkwistjoni din l-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li r-rabtiet bejnha u XJ ma ppreġudikawx il-baġit tal-proġetti u li, għaldaqstant, hija ma naqsitx mill-obbligi kuntrattwali tagħha dwar l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi. Hija ssostni, b’mod partikolari, li t-tagħmir ipprovdut minn XJ kienu l-uniċi prodotti li jippermettu l-eżekuzzjoni tal-proġetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-allegata rilevanza esklużiva tat-tagħmir ta’ XJ ma ġietx ipprovata suffiċjentement skont il-liġi, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-fatt li, kif jirriżulta mill-punt 76 tar-risposta tal-Kummissjoni u mill-Anness B.25, is-sejħa għal offerti organizzata minn XL tat lok għall-preżentazzjoni ta’ mill-inqas erba’ sottomissjonijiet li jippreżentaw prodott kompetitur ta’ dak ta’ XJ għall-Proġett HOME SWEET HOME. Barra minn hekk, kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, ir-rikorrenti ssostitwixxiet il-mudell tat-telefon inizjalment previst b’mudell ieħor, li jindika li tal-inqas ċerti apparati użati fil-kuntest taż-żewġ proġetti kienu interkambjabbli. Barra minn hekk, anki jekk jitqies li s-soluzzjoni ta’ XJ kienet effettivament l-unika waħda possibbli, ir-rikorrenti ma tispjegax ir-raġuni għalfejn hija bagħtet ittri lill-imsieħba soċjomediċi responsabbli għax-xiri tal-materjal filwaqt li talbithom b’mod insistenti jibdew proċeduri li kellhom iwasslu għax-xiri tal-prodotti ta’ din il-kumpannija (ara l-punt 133 iktar ’il fuq). Fil-fatt, l-ineżistenza ta’ soluzzjoni teknika konkorrenti ta’ dik ta’ XJ kellu jkollha l-effett li tqiegħed lil din tal-aħħar f’pożizzjoni ta’ negozjar privileġġjata. L-indħil tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri ta’ xiri għaldaqstant ma jikkorrispondi għal ebda spjegazzjoni oħra ħlief dik imressqa mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħra mressqa mir-rikorrenti lanqas ma huma tali li jinvalidaw il-provi konkreti prodotti mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm huwa minnu li l-Kummissjoni kienet taf bl-intenzjoni li takkwista t-tagħmir mingħand XJ qabel ma daħlet fil-finanzjament tal-proġetti, kif issostni r-rikorrenti, xorta jibqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ma kinitx taf bir-rabtiet tar-rikorrenti ma’ XJ qabel l-investigazzjoni tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument tar-rikorrenti li l-fatt li hija kienet azzjonista minoritarja ta’ wieħed mill-fornituri fil-kuntest taż-żewġ proġetti inkwistjoni ma jippreżentax riskju ta’ kunflitt ta’ interessi lanqas ma jista’ jintlaqa’. Fil-fatt, il-fatt li wieħed ikun azzjonist, anki jekk minoritarju, tal-fornitur prinċipali ta’ tagħmir fil-kuntest tal-imsemmija proġetti jinvolvi riskju ta’ konverġenza ta’ interessi ekonomiċi li jaqgħu taħt il-previżjonijiet tal-punt II.3(g) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma kkonfutatx suffiċjentement skont il-liġi l-provi prodotti mill-Kummissjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi f’dak li jikkonċernaha, li kien tali li jinfluwenza l-eżekuzzjoni tal-proġetti inkwistjoni u l-ammont ta’<?PAGE NO="9"?> sussidji mill-baġit immexxi mill-Unjoni, peress li, fid-dawl tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-azzjonijiet ta’ XJ, din ma pprovatx li l-akkwist tat-tagħmir ikkummerċjalizzat minn din il-kumpannija kien l-uniku wieħed possibbli u li, kieku dan ma kienx il-każ, din l-għażla kienet ibbażata biss fuq ir-relazzjoni bejn il-kwalità u l-prezz ta’ dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi mhux iddikjarat f’dak li jikkonċerna l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-azzjonijiet ta’ fornitur huma stabbiliti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interessi marbuta mal-ġbir mir-rikorrenti ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ magħmul minn fornitur u fuq l-allegati fatturazzjonijiet eċċessivi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kummissjonijiet fuq il-bejgħ li r-rikorrenti rċeviet, għandu jiġi kkonstatat li ma huwiex ikkontestat li din tal-aħħar ħarġet fattura indirizzata lil XJ għal kummissjoni fuq il-bejgħ ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">45991</FT> fil-kuntest tal-Proġett Dreaming għas-snin 2008 u 2009. F’dan ir-rigward, XJ ikkonfermat li hija kienet tħallas kummissjonijiet fuq il-bejgħ ta’ 5 sa 10 % għall-bejgħ imwettaq bl-intervent tar-rikorrenti. Il-Kummissjoni tirreferi għal ittra ta’ din tal-aħħar li minnha jirriżulta li hija tirrikonoxxi li rċeviet kummissjonijiet fuq il-bejgħ b’mod partikolari għall-bejgħ imwettaq fil-kuntest tal-Proġett Dreaming u li hija kien messha ddikjarat dan id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-fatt li tirċievi kummissjoni fuq il-bejgħ jikkostitwixxi ksur ta’ diversi regoli applikabbli f’dan il-każ, jiġifieri l-punt II.3(g) u (i) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kontenzjużi u tal-prinċipju ta’ eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> tal-kuntratti, u għalhekk tal-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan. L-aġir inkwistjoni għandu wkoll jiġi kklassifikat bħala irregolaritajiet fis-sens tal-punt II.1 tal-imsemmija kundizzjonijiet ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tirrispondi li ebda regola legali, regolamentari jew kuntrattwali ma ġiet miksura mill-fatt li hija rċeviet kummissjonijiet fuq il-bejgħ fil-kuntest tal-Proġett Dreaming. Din hija prattika kummerċjali kurrenti. Fi kwalunkwe każ, ma huwiex stabbilit li l-fatt li rċeviet tali kummissjonijiet ikkawża żieda fil-prezzijiet tal-prodotti akkwistati għall-eżekuzzjoni ta’ dan il-proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-fatt li r-rikorrenti rċeviet kummissjonijiet fuq il-bejgħ jaqa’ fil-kuntest tal-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi fir-rigward tagħha li jirriżulta mir-rabtiet tagħha ma’ XJ, ikkonstatat fil-punti 126 sa 140 iktar ’il fuq. Minn naħa, kif ġie espost fil-punt 137 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ma wrietx li l-għażla tat-tagħmir ikkummerċjalizzat minn din il-kumpannija kienet ibbażata fuq ir-relazzjoni bejn il-kwalità u l-prezz tat-tagħmir ikkonċernat, u mhux biss fuq l-interessi ekonomiċi tagħha. B’hekk, il-ġbir ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ mir-rikorrenti seta’ tal-inqas jinfluwenza l-għażla tal-imsemmi tagħmir. Min-naħa l-oħra, il-ħlas ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ minn XJ lir-rikorrenti kien ta’ natura li jżid l-ispiża totali tat-tagħmir u, minħabba f’hekk, jippreġudika l-baġit allokat lill-proġetti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrenti sempliċement targumenta li l-fatt li XJ setgħet tbigħ ċertu numru ta’ prodotti permezz tal-intervent tagħha wassal għal roħs fil-prezzijiet unitarji. Madankollu, din l-allegazzjoni ma hija bbażata fuq ebda prova konkreta. B’mod partikolari, bl-ebda mod ma ġie stabbilit li l-ġbir ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ kellu effett pożittiv għall-baġit allokat lill-proġetti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rikorrenti ma rnexxilhiex tinvalida l-konklużjoni li l-ġbir ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ kien tali li jikkomprometti l-eżekuzzjoni imparzjali u oġġettiva tal-proġetti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-allegata fatturazzjoni eċċessiva, il-Kummissjoni tesponi li l-Proġett Dreaming kien inizjalment jinkludi l-installazzjoni tal-mudell ta’ telefon ċellulari Z fid-djar tal-persuni anzjani, fejn dan l-apparat kien jinbiegħ bil-prezz unitarju ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1018</FT>. Matul l-eżekuzzjoni tal-imsemmi proġett, dan il-mudell ġie ssostitwit b’mudell ta’ telefon ċellulari irħas, jiġifieri l-mudell Y mibjugħ bil-prezz unitarju ta’ EUR 616.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkritika lir-rikorrenti li ma għaddietx dan it-tnaqqis tal-ispejjeż fuq il-proġett billi naqqset l-ispiża tat-tagħmir teknoloġiku għal kull wieħed mill-parteċipanti, iżda, għall-kuntrarju, bil-kompliċità ta’ XJ u tal-kumpannija XM, li żammet il-profitt li jirriżulta mid-differenza fl-ispejjeż, ikklassifikata bħala mhux mistennija, li tqassam f’partijiet ugwali bejn ir-rikorrenti u dawn iż-żewġ kumpanniji. Il-Kummissjoni tinvoka b’mod partikolari f’dan ir-rigward posta elettronika tas-<DATE ISO="20081117">17 ta’ Novembru 2008</DATE> mibgħuta minn XJ lir-rikorrenti u lil XM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, ir-rikorrenti u ż-żewġ kumpanniji msemmija iktar ’il fuq għollew artifiċjalment il-prezzijiet ta’ tagħmir ieħor neċessarju għat-twettiq tal-proġett, kif turi t-tabella riprodotta fil-punt 90 tar-risposta. B’hekk, mingħajr raġuni oġġettiva, il-prezz ta’ console żdied minn EUR 438.50 għal EUR 577 u l-prezz ta’ software għat-telekonferenzi minn EUR 200 għal EUR 400.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Sabiex tikkalkola l-ammont tal-allegata fatturazzjoni eċċessiva, il-Kummissjoni kkalkolat in-numru ta’ unitajiet iffatturati b’mod eċċessiv billi bbażat ruħha fuq analiżi tal-fatturi li jinsabu fil-fajl prodott mill-Kummissjoni. Il-fatturazzjoni eċċessiva tirrigwarda ammont ta’ EUR 45 697.50 għall-Proġett Dreaming u ta’ EUR 26 064.50 għall-Proġett HOME SWEET HOME, jiġifieri total ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">71762</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni ma humiex konformi mal-fatti. Matul l-implimentazzjoni tal-Proġett Dreaming, irriżulta li t-telefon Z ma kienx għadu jinbiegħ. Fil-kwalità tagħha ta’ fornitur tal-materjal tekniku, XJ kienet għalhekk ipproponiet li jintuża prodott ieħor, jiġifieri t-telefon Y, mibjugħ bil-prezz ta’ EUR 616. Sadanittant, l-ispiża ta’ tagħmir ieħor żdiedet. Fi kwalunkwe każ, it-tranżazzjoni kienet ta’ telf kbir għal XJ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tammetti li l-bidliet fil-prezzijiet ġew diskussi ma’ XM, li hija wkoll benefiċjarja ta’ sussidju fil-kuntest tal-Proġett Dreaming, u XJ, b’mod partikolari f’posta elettronika tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>. Madankollu, il-proposti espressi f’din il-posta elettronika sabiex jiġi kkumpensat ir-roħs tal-prezz ta’ prodott permezz ta’ żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti oħra ma ġewx implimentati. Barra minn hekk, l-għan tar-rikorrenti ma kienx li tagħmel profitt. Fil-fehma tagħha, l-ebda regola kuntrattwali, legali jew regolamentari, bħalma lanqas il-prattiki onesti fil-qasam kummerċjali jew anki l-eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> tal-ftehim, ma timponi fuq il-fornitur l-obbligu li jnaqqas l-ispiża tal-offerta tiegħu f’każ ta’ tnaqqis fil-prezz ta’ wieħed mill-elementi li għandhom jiġu pprovduti. Dan huwa iktar u iktar il-każ meta l-prezz ta’ prodotti oħra, min-naħa tagħhom, jiżdiedu u li l-ispiża globali tibqa’ l-istess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li l-Kummissjoni pprovat suffiċjentement skont il-liġi li r-rikorrenti, bi ftehim mill-qrib ma’ XJ u XM, għolliet b’mod artifiċjali l-prezzijiet tal-console u tas-software wara s-sostituzzjoni tal-mudell tat-telefon Z bil-mudell Y, li kien irħas, permezz tad-dokumenti prodotti, b’mod partikolari abbażi tal-korrispondenza skambjata bejn id-diretturi tat-tliet kumpanniji kkonċernati, li jikkostitwixxu l-Anness B.21. Fil-fatt, minn din il-korrispondenza<?PAGE NO="11"?> jirriżulta li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>meta l-mudell Z ġie ssostitwit bil-mudell Y, id-differenza fil-prezz unitarju ta’ EUR 402 ġie ttrasferit lill-baġit tal-kumpannija XM għas-software u l-console<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>huwa korrett li jinqasam il-bilanċ ta’ EUR 402 f’partijiet ugwali bejn [XJ, XM u r-rikorrenti]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>L-allegazzjoni tar-rikorrenti li din il-proposta ta’ tqassim tal-bilanċ qatt ma ġiet implimentata ma tistax tiġi aċċettata, fid-dawl tal-provi prodotti mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, mit-tabella annessa ma’ wieħed mill-messaġġi elettroniċi skambjati bejn ir-rikorrenti, XM u XJ (Anness B.21, p. 1124) jirriżulta li l-prezz tal-consoles u tas-software għat-telekonferenzi għola. Sussegwentement, mill-fatturi Nri 151, 157, 158, 165 u 179 mibgħuta minn XJ lix-xerrejja tat-tagħmir ikkonċernat jirriżulta li l-prezzijiet miżjuda effettivament ġew iffatturati. Fir-rigward tat-teżi tar-rikorrenti li ż-żieda fil-prezzijiet tas-software u tal-console tikkorrispondi għal żieda reali fil-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fis-suq, din ma hija sostnuta minn ebda prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ġustament takkuża lir-rikorrenti li kisret il-punt II.3(g) u (i) tal-kundizzjonijiet ġenerali kif ukoll il-prinċipju ta’ eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> tal-kuntratti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-klassifikazzjoni tal-istanzi ta’ ksur tal-obbligi kuntrattwali bħala irregolaritajiet fis-sens tal-punt II.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kontenzjużi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet kap tat-talbiet tagħha, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-ksur tal-obbligi kuntrattwali imputat lir-rikorrenti għandu n-natura ta’ irregolarità fis-sens tal-punt II.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ irregolarità jikkorrispondi, skont l-imsemmi punt II. 1, għad-definizzjoni li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Irregolarità: tindika kull ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt [tal-Unjoni] jew kull ksur ta’ dispożizzjoni ta’ dan il-ftehim ta’ sussidju li jirriżulta minn att jew minn omissjoni ta’ kontraent wieħed jew iktar li jikkawża dannu lill-baġit [tal-Unjoni].<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-kunċett ta’ irregolarità huwa hekk iddefinit b’żewġ kriterji kumulattivi: ksur ta’ regola tad-dritt jew ta’ dispożizzjoni kuntrattwali u l-fatt li din twassal jew tista’ twassal għal konsegwenzi finanzjarji billi jiżdied piż fuq il-baġit immexxi mill-Unjoni minn spejjeż mhux iġġustifikati. Tali definizzjoni ma tinkludi, bil-kontra, ebda livell ta’ gravità (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121002">2 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>ELE.SI.A vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> <NO.CASE>T‑312/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:512">EU:T:2012:512</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0107">107</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni pprovat b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-aġir li bih hija akkużata r-rikorrenti seta’ jwassal għal konsegwenzi negattivi għall-baġit immexxi mill-Unjoni. Fil-fatt, minħabba l-kunflitt ta’ interessi li jikkonċerna lir-rikorrenti u l-ġbir ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ ta’ ċertu tagħmir akkwistat mill-imsieħba tal-konsorzju fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-proġetti inkwistjoni, kien hemm riskju serju li r-relazzjoni bejn il-kwalità u l-prezz tal-imsemmi tagħmir ma tkunx ekwivalenti għal dik li tista’ tirriżulta minn proċedura trasparenti ta’ negozjar. Għal dak li jirrigwarda, sussegwentement, il-fatturazzjoni eċċessiva tas-software u tal-console, huwa ċar li hija ġġenerat spejjeż mhux iġġustifikati, peress li din kellha l-konsegwenza li t-tnaqqis fil-prezz tat-telefons ma ġiex ittrasferit għall-benefiċċju tal-baġit tal-proġett.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li, bl-aġir tagħha, ir-rikorrenti kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha b’mod li jista’ jwassal għal konsegwenzi finanzjarji għall-baġit immexxi mill-Unjoni. Konsegwentement, l-aġir ikkonċernat għandu jiġi kklassifikat bħala irregolaritajiet fis-sens tal-punt II. 1 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kull waħda mill-ftehimiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi deċiż li l-ksur kuntrattwali imputat lir-rikorrenti dwar l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi, il-ġbir ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ u fatturazzjoni eċċessiva jikkostitwixxu irregolaritajiet fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni kuntrattwali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rimbors sħiħ tas-somom imħallsa</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob, fl-ewwel lok, ir-rimbors sħiħ tas-somom imħallsa lir-rikorrenti, b’mod partikolari abbażi tal-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 183 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-<DATE ISO="20021223">23 ta’ Diċembru 2002</DATE> li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145), moqrija flimkien mal-punt II.26(6) u mal-punt II.28(5) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kontenzjużi kif ukoll mal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni Nru 1639/2006.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li, anki jekk jitqies li l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi hija stabbilita, dan il-fatt ma jiġġustifikax l-irkupru tas-sussidji kollha, peress li, fil-fehma tagħha, din is-sitwazzjoni ma kellhiex effett negattiv għall-baġit tal-proġetti inkwistjoni. Hija ssostni wkoll li dawn il-proġetti ġew ikkompletati u li r-riżultati miksuba ġew ikklassifikati bħala suffiċjenti. Barra minn hekk, hija tenfasizza li l-irkupru tas-sussidji jwassal għall-falliment tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li, konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10 ta’ kull waħda mill-ftehimiet kontenzjużi, dawn, u konsegwentement l-għoti tas-sussidju billi kien is-suġġett tagħhom, kienu rregolati mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet, mill-atti tal-Unjoni dwar il-Programm Qafas KI, mir-Regolament Finanzjarju u mir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu kif ukoll minn dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni u, sussidjarjament, mid-dritt Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti, għandu jiġi rrilevat li, skont il-punt II.26(6) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kontenzjużi, kull pagament jista’ jkun suġġett għal awditu jew kontroll u jista’ jiġi emendat jew irkuprat abbażi tar-riżultati ta’ dan l-awditu jew ta’ dan il-kontroll. Skont il-punt II.28(5) tal-imsemmija kundizzjonijiet ġenerali, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa abbażi tal-konklużjonijiet tal-awditu, inkluż il-ħruġ ta’ ordni ta’ rkupru fir-rigward tal-pagamenti totali jew parzjali mwettqa u l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dawn id-dispożizzjonijiet ma jeskludux il-possibbiltà għall-Kummissjoni li tipproċedi għall-irkupru sħiħ tas-somom imħallsa abbażi tal-imsemmija ftehimiet. Għall-kuntrarju, minn dan jirriżulta espliċitament li l-ħlasijiet kollha jistgħu jiġu rkuprati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Regolament Finanzjarju jipprovdi, fl-Artikolu 119 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="119.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont ta’ l-għotja m’għandux isir finali sa wara li l-istituzzjoni tkun aċċettat ir-rapporti u l-kontijiet finali, bla ħsara għal verifiki sussegwenti mill-istituzzjoni.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="13"?><PARAG IDENTIFIER="119.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>F’każ li l-benefiċjarju jonqos milli jissodisfa l-obbligi li jorbtuh, l-għotja għandha tiġi sospiża u ridotta jew terminata fil-każijiet previsti fir-regoli implimentattivi wara li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>L-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>terminata<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fl-imsemmi Artikolu 119(2) jipprevedi għalhekk l-ipoteżi ta’ rkupru tas-somom kollha rċevuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija konformi wkoll mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi tal-Unjoni previst fl-Artikolu 317 TFUE. Għaldaqstant, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti minn ftehim ta’ sussidju, l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-organi tal-Unjoni huma obbligati jirkupraw is-sussidju mħallas sal-ammonti kkunsidrati bħala mhux affidabbli jew li ma jistgħux jiġu vverifikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Unjoni diġà kellha l-okkażjoni tiddeċiedi li, fis-sistema tal-għoti tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, l-użu ta’ din l-għajnuna huwa suġġett għal regoli li jistgħu jwasslu għall-ħlas lura parzjali jew totali ta’ għajnuna diġà mogħtija (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100707">7 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Hellenic Ventures <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑44/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:284">EU:T:2010:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Arci Nuova associazione comitato di Cagliari u Gessa</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑259/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:536">EU:T:2010:536</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li l-benefiċjarju ta’ sussidju ma jakkwista ebda dritt definittiv għall-ħlas sħiħ ta’ dan is-sussidju jekk ma josservax il-kundizzjonijiet li għalihom kienet suġġetta l-għajnuna (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191010">10 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Help – Hilfe zur Selbsthilfe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑335/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:736">EU:T:2019:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0200">200</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju ma jipprekludux lill-Kummissjoni milli tipproċedi għall-irkupru tas-somom kollha mħallsa lir-rikorrenti skont il-ftehimiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi vverifikat jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, il-Kummissjoni għandhiex raġun li tikseb ir-rimbors sħiħ tal-imsemmija somom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, kif ġie stabbilit fil-punt 162 iktar ’il fuq, li l-akkużi magħmula lir-rikorrenti jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>irregolaritajiet<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-punt II.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-kuntest li fih tidħol din id-dispożizzjoni kuntrattwali, għandu jiġi rrilevat li mill-punt II.10(3)(f) tal-imsemmija kundizzjonijiet ġenerali jirriżulta li l-fatt li titwettaq irregolarità huwa att jew ommissjoni ta’ gravità tali li jista’ jiġġustifika x-xoljiment tal-ftehim inkwistjoni b’effett immedjat. Barra minn hekk, ir-raba’ inċiż tal-punt II.5(3)(d) ta’ dawn il-kundizzjonijiet ġenerali jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ tissospendi, f’kull mument, il-ħlas, tal-ammont kollu jew ta’ parti minnu intiż għall-benefiċjarju kkonċernat, fil-każ ta’ suspett ta’ irregolarità mwettqa minn benefiċjarju wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti, billi ma ddikjaratx ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interessi, billi rċeviet kummissjonijiet fuq il-bejgħ u billi pparteċipat fil-fatturazzjoni eċċessiva ta’ ċertu tagħmir ma osservatx il-prinċipju ta’ eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> tal-kuntratti, kif stabbilit, fid-dritt Belġjan, mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 1134 u mill-Artikolu 1135 tal-Kodiċi Ċivili.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-punti 128 u 129 iktar ’il fuq ġie stabbilit li r-rikorrenti kienet tinsab f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi meta mqabbla ma’ XJ, li kienet ir-raġuni tal-għażla ta’ din tal-aħħar għall-provvista ta’ tagħmir. Hekk kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, huwa impossibbli li jiġu kkwantifikati r-riperkussjonijiet ta’ dan il-kunflitt ta’ interessi fuq il-baġit tal-proġetti inkwistjoni, minħabba l-fatt li l-prezz jew anki n-neċessità tax-xiri ta’ dan it-tagħmir fl-assenza ta’ dan il-kunflitt ta’ interess ma jistgħux jiġu ddeterminati. Sussegwentement, mill-punt 141 iktar ’il fuq jirriżulta li r-rikorrenti ma wrietx li l-aġir tagħha ma kienx wassal għal riperkussjonijiet negattivi fuq il-baġit tal-imsemmija proġetti. Għaldaqstant, hija ma pprovatx li l-prodotti ta’ XJ kienu l-uniċi li jippermettu t-twettiq ta’ dawn il-proġetti u li, għaldaqstant, l-għażla ta’ dawn il-prodotti kienet ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi. Bl-istess mod, hija ma wrietx li l-fatt li hija kienet irċeviet kummissjonijiet fuq il-bejgħ ma kellux effett fuq il-prezz tal-prodotti inkwistjoni. Fid-dawl tal-imsemmi kunflitt ta’ interessi, ma huwiex stabbilit li t-tagħmir akkwistat kellu l-aħjar relazzjoni bejn il-kwalità u l-prezz. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li dan il-kunflitt ta’ interessi kellu influwenza fuq ir-relazzjoni kuntrattwali kollha bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-ksur ta’ obbligi kuntrattwali mwettaq mir-rikorrenti kien ta’ gravità tali li jiġġustifika r-rimbors sħiħ tas-sussidji. Fil-fatt, ir-rikorrenti ppreġudikat b’mod serju r-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-Kummissjoni billi ma ddikjaratx l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi flimkien mal-ġbir ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ u billi pproċediet għal fatturazzjoni eċċessiva tal-prezzijiet ta’ ċerti prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-irkupru sħiħ tas-somom imħallsa skont il-ftehimiet kontenzjużi ma huwiex sproporzjonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0183"><NO.P>183</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex affettwata mill-fatt li l-proġetti inkwistjoni effettivament twettqu mir-rikorrenti u lanqas mir-riżultati miksuba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0184"><NO.P>184</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma huwiex suffiċjenti li jintwera li proġett twettaq sabiex ikun iġġustifikat l-għoti ta’ sussidju partikolari. Il-benefiċjarju tal-għajnuna għandu, barra minn hekk, jipproduċi l-prova li huwa sostna l-ispejjeż iddikjarati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-għoti tas-sussidju kkonċernat. L-obbligu tiegħu li josserva l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti jikkostitwixxi impenn essenzjali u, minħabba dan il-fatt, jiddetermina l-għoti tas-sussidju tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191010">10 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Help – Hilfe zur Selbsthilfe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑335/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:736">EU:T:2019:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0201">201</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0185"><NO.P>185</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba għar-rimbors tas-somom kollha mħallsa fil-kuntest tal-ftehimiet kontenzjużi hija fondata, b’tali mod li hemm lok li tintlaqa’ t-talba tal-kontrotalba tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għad-danni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0186"><NO.P>186</NO.P><TXT>Minbarra r-rimbors tas-sussidji, il-Kummissjoni titlob il-ħlas ta’ danni fl-ammont ta’ EUR 58 876.50.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0187"><NO.P>187</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, it-tliet kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà kuntrattwali tar-rikorrenti huma ssodisfatti, jiġifieri l-ksur ta’ dispożizzjoni kuntrattwali waħda jew iktar, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir inkwistjoni u d-dannu invokat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0188"><NO.P>188</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-ġbir, mir-rikorrenti, ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ għal EUR <FT TYPE="NUMBER">45991</FT> ġie pprovat. Hija titlaq mill-premessa li XJ kienet tnaqqas il-prezzijiet tagħha tal-inqas b’dan l-ammont li kieku dawn il-kummissjonijiet ma kinux dovuti. Fi kwalunkwe każ, eżekuzzjoni korretta u leali tal-kuntratt kellha twassal lir-rikorrenti sabiex tiddikjara u tħallas lura dan it-tnaqqis favur l-imsieħba tal-konsorzju inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-proġett ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0189"><NO.P>189</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatturazzjoni eċċessiva tal-console u tas-software, il-Kummissjoni tiddeduċi mill-elementi li jinsabu fir-rapport tal-OLAF li, fil-kuntest tal-Proġett Dreaming, inbiegħu 135 unità tal-console u tas-software. L-ammont ta’ EUR 338.50 għal kull unità ġie ffatturat b’mod eċċessiv, jiġifieri ammont totali ta’ EUR 45 697.50. Fil-kuntest tal-Proġett HOME SWEET HOME, inbiegħu 77 unità, li wassal għal spiża addizzjonali ta’ EUR 26 064.50.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0190"><NO.P>190</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni ffinanzjat biss nofs dawn il-proġetti, hija sofriet dannu totali ta’ EUR 58 876.50.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0191"><NO.P>191</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, anki jekk jitqies li hija wettqet il-ksur ta’ regoli legali jew kuntrattwali li bihom ġiet akkużata, ħaġa li hija tikkontesta, ir-realtà tad-dannu u r-rabta kawżali bejn l-aġir tagħha u dan l-allegat dannu ma ġewx ipprovati. F’dan ir-rigward, hija ssostni li l-prezz tal-prodotti kkonċernati ma kienx ikun inqas li kieku ma kellhiex il-funzjoni ta’ intermedjarju, peress li kien grazzi għaliha li XJ setgħet tbigħ numru ikbar ta’ prodotti bi prezz orħos għal kull unità. Fir-rigward taż-żieda fil-prezz tal-console u tas-software, il-prezz ta’ dan it-tagħmir fis-suq żdied realment, b’tali mod li ma kienx hemm fatturazzjoni eċċessiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0192"><NO.P>192</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, qabelxejn, li t-talba inkwistjoni għandha bħala għan l-istabbiliment tar-responsabbiltà kuntrattwali tar-rikorrenti. Fil-fatt, il-Kummissjoni ssostni li d-danni li qiegħed jintalab il-kumpens tagħhom ġew ikkawżati mill-ksur, mir-rikorrenti, tal-obbligi kuntrattwali tagħha. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni, abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ din it-talba, li tirriżulta mill-istess rabta kuntrattwali bħal dik li fuqha hija bbażata l-kontrotalba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0193"><NO.P>193</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, adita fil-kuntest ta’ klawżola ta’ arbitraġġ bis-saħħa tal-Artikolu 272 TFUE, il-Qorti Ġenerali għandha taqta’ t-tilwima fuq il-bażi tad-dritt sostantivi applikabbli għall-kuntratt (ara s-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161129">29 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>ANKO vs REA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑270/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:681">EU:T:2016:681</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitatata, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Universiteit Antwerpen vs REA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑208/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:136">EU:T:2017:136</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Id-dritt applikabbli għall-kuntratt huwa dak li huwa espressament previst fil-kuntratt, peress li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jesprimu r-rieda komuni tal-partijiet għandhom jieħdu preċedenza fuq kull kriterju ieħor li jintuża biss fis-silenzju tal-kuntratt (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Amitié vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑234/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:601">EU:T:2015:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0194"><NO.P>194</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 10 ta’ kull waħda mill-ftehimiet kontenzjużi, dawn huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tagħhom stess, mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u, sussidjarjament, mid-dritt Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0195"><NO.P>195</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma tiċċita ebda klawżola tal-imsemmija kuntratti li tipprevedi r-responsabbiltà kuntrattwali tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0196"><NO.P>196</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li d-dritt tal-Unjoni ma jinkludix dispożizzjoni sostantivi li tirregola r-responsabbiltà kuntrattwali għad-danni kkawżati minn parti kontraenti tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0197"><NO.P>197</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi, fil-punt 99 tar-risposta, għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>PY vs EUCAP Sahel Niger</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑763/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:181">EU:T:2018:181</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tikkonċerna r-responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni skont l-Artikolu 340 TFUE u d-dritt applikabbli f’tali sitwazzjoni. Fil-punt 66 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li r-responsabbiltà kuntrattwali setgħet tiġi eżaminata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>fuq il-bażi biss tal-kuntratti ta’ impjieg inkwistjoni […] fid-dawl tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tar-responsabbiltà kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[s]kont dawn il-prinċipji, għandhom jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet sabiex azzjoni għal responsabbiltà kontrattwali tirnexxi, jiġifieri, l-ewwel waħda, li l-istituzzjoni inkwistjoni ma wettqitx l-obbligi kuntrattwali tagħha, imbagħad, it-tieni waħda, li r-rikorrent sofra dannu u, finalment, li teżisti rabta kawżali bejn l-imġiba tal-imsemmija istituzzjoni u dan id-dannu<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0198"><NO.P>198</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlaq mill-prinċipju li din il-ġurisprudenza hija applikabbli b’analoġija għar-responsabbiltà kuntrattwali tal-parti kontraenti ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, f’dan il-każ ir-rikorrenti. Madankollu, is-sitwazzjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>PY vs EUCAP Sahel Niger</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑763/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:181">EU:T:2018:181</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija differenti mis-sitwazzjoni inkwistjoni hawnhekk. Fil-fatt, mill-punt 62 tal-imsemmija sentenza jirriżulta li l-kuntratti ta’ impjieg inkwistjoni f’dik il-kawża ma kinux jispeċifikaw id-dritt applikabbli għalihom, filwaqt li, fil-każ ineżami, il-ftehimiet kontenzjużi jinkludu dispożizzjoni dwar id-dritt applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0199"><NO.P>199</NO.P><TXT>Madankollu, fil-każ ineżami, il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà kuntrattwali tar-rikorrenti għandhom jiġu mfittxija fid-dritt Belġjan, li japplika b’mod sussidjarju għall-ftehimiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0200"><NO.P>200</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-responsabbiltà kuntrattwali, l-Artikolu 1142 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan, li jaqa’ taħt it-Titolu III tal-Ktieb III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Kuntratti jew Obbligi Kuntrattwali Inġenerali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[k]ull obbligu li ssir jew li ma ssirx xi ħaġa huwa solvut b’kumpens tad-danni, fil-każ ta’ inadempjenza mid-debitur<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0201"><NO.P>201</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 1147 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[i]d-debitur huwa kkundannat, jekk ikun hemm lok, għal-ħlas tad-danni jew għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu, jew minħabba d-dewmien fl-eżekuzzjoni, kull meta ma jiġġustifikax li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jkun dovut għal kawża esterna li ma tistax tiġi attribwita lilu, minkejja li ma jkun hemm l-ebda <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> min-naħa tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0202"><NO.P>202</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 1147 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan jirriżulta li tliet kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfatti sabiex dannu ta’ oriġini kuntrattwali jkun ikkumpensat, jiġifieri n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni totali jew parzjali tal-kuntratt, dannu jew rabta kawżali bejn in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni u d-dannu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Meta Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑744/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:304">EU:T:2017:304</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0271">271</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0203"><NO.P>203</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li, fil-każ ineżami, il-Kummissjoni ma stabbilixxietx b’mod suffiċjenti skont il-liġi l-eżistenza ta’ rabta suffiċjentement diretta ta’ kawża u effett bejn in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali attribwiti lir-rikorrenti u d-dannu allegat, jekk jiġi preżunt li dan tal-aħħar seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0204"><NO.P>204</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huwa paċifiku li r-rikorrenti ma bigħetx tagħmir lill-imsieħba tal-konsorzju kkonċernati fil-kuntest tal-ftehimiet kontenzjużi, u lanqas talbet ir-rimbors tal-ispejjeż relatati max-xiri ta’ tagħmir. Fil-fatt, it-tagħmir li kien is-suġġett ta’ fatturazzjoni eċċessiva jew ta’<?PAGE NO="17"?> kummissjonijiet fuq il-bejgħ inxtara mhux mir-rikorrenti, iżda minn entitajiet oħra, mhux marbuta magħha, li għalihom il-Kummissjoni rrimborsat l-ispejjeż imġarrba fl-okkażjoni tal-imsemmi xiri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0205"><NO.P>205</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, huwa paċifiku wkoll li r-responsabbiltà tax-xiri tat-tagħmir li kien is-suġġett ta’ fatturazzjoni żejda u ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ ma kinitx tar-rikorrenti, iżda tal-membri tal-konsorzji li wettqu l-imsemmi xiri. Dan huwa kkonfermat mir-risposta tal-Kummissjoni għal domanda magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li fiha hija affermat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>l-għażla tal-prodotti jew tal-materjali użati fil-proġetti tal-benefiċjarju huma kompletament ir-responsabbiltà tiegħu, anki jekk id-deskrizzjoni ta’ tagħmir tinsab fl-Anness I tal-Ftehim<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0206"><NO.P>206</NO.P><TXT>Issa, il-Kummissjoni, li għandha, skont il-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">actori incumbit probatio</HT>, tipprova li t-tliet kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 202 iktar ’il fuq huma ssodisfatti, għadha ma wrietx l-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta. Fil-fatt, hija sempliċement tafferma f’dan ir-rigward, f’sentenza waħda u mingħajr ebda prova konkreta, li r-rabta kawżali hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>evidenti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, peress li r-rikorrenti pparteċipat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>b’mod attiv<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fil-ksur kuntrattwali inkwistjoni, li mingħajrhom id-dannu mitlub ma kienx iseħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0207"><NO.P>207</NO.P><TXT>Madankollu, tali dikjarazzjonijiet ġenerali ma humiex biżżejjed sabiex juru suffiċjentement skont il-liġi l-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta bejn id-dannu allegat u l-ksur kuntrattwali inkwistjoni f’sitwazzjoni kkaratterizzata mill-interpożizzjoni ta’ diversi persuni terzi, bħal dik deskritta fil-punti 204 u 205 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0208"><NO.P>208</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali, l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tagħmel parti mill-obbligu iktar ġenerali tal-partijiet f’kuntratt li jeżegwixxuh <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>. Barra minn hekk, skont id-dritt Belġjan, l-obbligu li l-kuntratti jiġu eżegwiti <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>, previst fl-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili, jipprojbixxi lil parti milli teżerċita dritt b’mod li jeċċedi manifestament il-limiti tal-eżerċizzju normali ta’ dan id-dritt minn persuna prudenti u diliġenti (Cass. <DATE ISO="20071116">16 ta’ Novembru 2007</DATE>, AR nr C.06.0349.F.1) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181024">24 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Nova vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑299/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:713">EU:T:2018:713</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0140">140</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0209"><NO.P>209</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl, minn naħa, tal-fatt li l-proġetti li huma s-suġġett tal-ftehimiet kontenzjużi ġew eżegwiti mingħajr dewmien u konformement mal-għanijiet tal-imsemmija proġetti, fatt li ma huwiex ikkontestat, u, min-naħa l-oħra, tal-konsegwenzi partikolarment serji li għandhom jirriżultaw, għar-rikorrenti, mill-irkupru sħiħ tas-sussidji, il-Qorti Ġenerali tqis li t-talba għad-danni, li tiżdied ma’ dan l-irkupru sħiħ, teċċedi manifestament il-limiti tal-eżerċizzju normali tad-dritt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0210"><NO.P>210</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talba għad-danni għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0211"><NO.P>211</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li s-somom kollha mħallsa lir-rikorrenti abbażi tal-ftehimiet kontenzjużi għandhom jiġu rrimborsati minnha minħabba irregolaritajiet imwettqa minnha. Għaldaqstant, it-talbiet tar-rikorrenti, intiżi sabiex jiġi deċiż li hija ma għandhiex tħallas in-noti ta’ debitu Nri 3241901815 u 3241901886, saru ineffettivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0212"><NO.P>212</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, għandu, minn naħa, jiġi miċħud ir-rikors prinċipali u, min-naħa l-oħra, tintlaqa’ l-kontrotalba tal-Kummissjoni sa fejn din hija intiża li jiġi deċiż li l-istanzi ta’ ksur kuntrattwali attribwit lir-rikorrenti huma irregolaritajiet fis-sens tal-punt II.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kontenzjużi u sabiex jinkiseb ir-rimbors tas-somom imħallsa lilha fil-kuntest tal-imsemmija ftehimiet. Il-kumplament tal-kontrotalba huwa miċħud.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla)</P><P>Taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors prinċipali huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-istanzi tal-ksur tal-ftehimiet ta’ sussidju Nru 225023, dwar it-twettiq tal-proġett intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ElDeRly-friEndly Alarm handling and monitorING (Dreaming)<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, u Nru 250449, dwar it-twettiq tal-proġett intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Health monitoring and sOcial integration environMEnt for Supporting WidE ExTension of independent life at HOME (HOME SWEET HOME)<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, imwettaq minn Health Information Management (HIM) jikkostitwixxu irregolaritajiet fis-sens tal-punt II.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-imsemmija ftehimiet.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">HIM hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">512799</FT>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tal-kontrotalba tal-Kummissjoni huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">HIM hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kornezov</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Buttigieg</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Hesse</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid-<DATE ISO="20210609">9 ta’ Ġunju 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>