Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal de première instance de Liège - Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 TUE, 267 TFUE u 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Riferiment obbligatorju minn qabel għall-Qorti Kostituzzjonali mill-qrati nazzjonali f’każ ta’ allegat ksur tad-drittijiet fundamentali minn liġi nazzjonali - Konformità, fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, tad-dispożizzjoni nazzjonali li timponi dan ir-riferiment minn qabel - Possibbiltà, għall-qrati nazzjonali, li jwettqu stħarriġ ta’ konformità tar-regoli nazzjonali ma’ trattati internazzjonali meta l-qorti kostituzzjonali tkun iddikjarat il-liġi nazzjonali inkwistjoni kompatibbli mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Kostituzzjoni.
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domanda preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju).