|
2.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/5 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta' Settembru 2014
li tħassar id-Deċiżjoni 2006/464/KE dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu
(notifikata bid-dokument C(2014) 6566)
(2014/690/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-miżuri stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/464/KE (2) ma waqqfux it-tixrid tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu (żunżana tal-galla fil-qastan orjentali) kif jidher minn stħarriġ annwali mwettaq mill-Istati Membri skont dik id-Deċiżjoni. Dawk l-istħarriġiet ikomplu juru li d-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu nfirxet sew f'parti kbira taż-żona potenzjali ta' stabbiliment tagħha fit-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għaċ-ċaqliq ta' pjanti suxxettibbli stabbiliti bid-Deċiżjoni 2006/464/KE mhumiex fattibbli u xieraq għal parti daqshekk kbira mit-territorju tal-Unjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/464/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/464/KE hija mħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/464/KE tas-27 ta' Ġunju 2006 dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu (ĠU L 183, 5.7.2006, p. 29).