European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1260

20.2.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11905 - PSPIB / DIGITALBRIDGE / SKYLINE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1260)

1.   

Fis-6 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada),

—

DigitalBridge Group, Inc. (“DigitalBridge”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

PSPIB u DigitalBridge se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Skyline GP, LLC (“Skyline”, il-Gżejjer Cayman), attwalment ikkontrollata unikament minn DigitalBridge.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

PSPIB hija maniġer tal-l-investimenti tal-pensjonijiet tal-pjanijiet tal-pensjoni tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, tal-Forzi Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali Kanadiża u tal-Forza ta’ Riżerva. Hija timmaniġġja portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u investimenti ta’ kreditu.

—

DigitalBridge hija ditta ta’ investiment fl-infrastruttura diġitali elenkata fil-Borża ta’ New York.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Skyline huma dawn li ġejjin: l-iżvilupp tal-infrastruttura ta’ċentri ta’ data madwar ir-reġjun Asja-Paċifiku. Ma għandha l-ebda attività fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11905 - PSPIB / DIGITALBRIDGE / SKYLINE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1260/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)