|
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 586/2010
tat-2 ta' Lulju 2010
li jemenda għall-130 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi annotazzjoni waħda mil-lista tagħha ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Għall-President
Karel KOVANDA
Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(2) L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjoni li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni legali, gruppi u entitajiet” għandha titħassar:
“ Asat Trust Reg., Altenbach 8, FL-9490 Vaduz, Liechtenstein.”