|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5533 |
14.10.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12085 — AXEL SPRINGER / SCHWARZ GROUP / DYN MEDIA and DYN PRODUCTIONS JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5533)
1.
Fit-3 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Schwarz New Ventures GmbH (“Schwarz New Ventures”, il-Ġermanja), li tappartjeni għal Schwarz Group (il-Ġermanja), |
|
— |
Axel Springer SE (“Axel Springer”, il-Ġermanja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Dr Matthias Döpfner, |
|
— |
Dyn Media GmbH (“Dyn Media”, il-Ġermanja), attwalment ikkontrollata biss minn Axel Springer, |
|
— |
Dyn Productions NewCo GmbH (“Dyn Productions JV”, il-Ġermanja), li se tiġi inkorporata matul it-tranżazzjoni. |
Schwarz New Ventures u Axel Springer se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Dyn Media u Dyn Productions JV.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Schwarz New Ventures, kumpanija azzjonarja, hija parti minn Schwarz Group li huwa grupp internazzjonali ta’ kumpaniji b’enfasi fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel, |
|
— |
Axel Springer hija kumpanija tal-media transatlantika. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Dyn Media huma dawn li ġejjin: fornitur tal-istreaming li joffri kontenut sportiv ibbażat fuq abbonament fuq talba.L-attivitajiet kummerċjali ta’ Dyn Productions JV se jkunu dawn li ġejjin: produzzjoni ta’ kontenut awdjoviżiv għal Dyn Media.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12085 — AXEL SPRINGER / SCHWARZ GROUP / DYN MEDIA and DYN PRODUCTIONS JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5533/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)