|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3730 |
17.9.2025 |
P9_TA(2024)0303
Regolament dwar l-Ekodisinn
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (COM(2022)0142 – C9-0132/2022 – 2022/0095(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/3730)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0142), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0132/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Lulju 2022 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta’ Diċembru 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0218/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 123.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-12 ta’ Lulju 2023 (Testi adottati P9_TA(2023)0272.
P9_TC1-COD(2022)0095
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-23 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1781.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3730/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)