|
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1160/2014
tat-30 ta' Ottubru 2014
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10 u 19 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u r-regoli applikabbli għall-kontrolli fuq tali movimenti. |
|
(2) |
Il-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 telenka l-pajjiżi u t-territorji terzi li huma ħielsa mill-idrofobija u l-pajjiżi u t-territorji terzi fejn ir-riskju li tidħol l-idrofobija fl-Unjoni bħala riżultat ta' movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi minn dawn il-pajjiżi u t-territorji terzi, instab li mhuwiex ikbar mir-riskju assoċjat ma' tali movimenti bejn l-Istati Membri. |
|
(3) |
Biex jiġi inkluż f'dik il-lista, pajjiż terz irid juri l-istatus tiegħu fir-rigward tal-idrofobija u li jikkonforma ma ċerti rekwiżiti marbuta man-notifika tas-sospensjoni tal-idrofobija, is-sistema ta' monitoraġġ, l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tiegħu, l-implimentazzjoni tal-miżuri regolatorji kollha għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-idrofobija u r-regolamenti dwar il-kummerċjalizzazzjoni tat-tilqim kontra l-idrofobija. |
|
(4) |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ppreżentat informazzjoni dwar l-istatus tagħha fir-rigward tal-idrofobija, kif ukoll informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003. Mill-valutazzjoni ta' dik l-informazzjoni, jidher li l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stipulati f'dak ir-Regolament u għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista stipulata fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għaldaqstant jinbidel skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja bejn l-annotazzjoni għal Santa Lucija u dik għal Montserrat:
“MK … l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja”
.Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO