Official Journal L 172 , 03/07/1975 P. 0017 - 0017
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0090
Greek special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0032
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0090
Id-Direttiva Tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1975 li temenda d-Direttivi Nru 64/432/KEE, Nru 64/433/KEE, Nru 71/118/KEE, Nru 72/461/KEE u Nru 72/462/KEE rigward il-validità tal-proċeduri tal-Kumitat Veterinarju Permanenti (75/379/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Kumitat Veterinarju Permanenti, li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 68/361/KEE [2], jesprimi l-Opinjoni tiegħu skond il-proċeduri, li l-validità tagħhom kienet limitata għal perjodu ta’ 30 xahar mid-data li fiha talba għal Opinjoni titressaq għall-ewwel darba quddiem l-istess Kumitat; Billi materja kienet tressqet għall-ewwel darba quddiem il-Kumitat fit-22 ta’ Diċembru 1972; billi l-perjodu li għadda mhux biżżejjed biex deċiżjoni finali tista’ tintlaħaq, u billi l-validità tal-proċeduri fuq imsemmija tista’ tiġi estiża biss temporanjament; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Fl-Artikoli li gejjin, it-terminu "30 xahar" qed jinbidel b’"102 xhur": - L-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 64/432/KEE [3] tas-26 Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jeffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini u fil-majjali, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 74/387/KEE [4]; - L-Artikolu 9b tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 64/433/KEE [5] tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jeffetwaw il-kummerċ intra-Komunitàarju fil-laħam frisk, kif emendat bid-Direttiva Nru 74/387/KEE; - L-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/118/KEE [6] tal-15 ta’ Frar 1971 dwar problemi tas-saħħa li jeffetwaw il-Kummerċ fil-laħam tat-tjur frisk, kif emendat bid-Direttiva Nru 74/387/KEE; - L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 72/461/KEE [7] tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ saħħa li jaffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk, kif emendat bid-Direttiva Nru 74/387/KEE; - L-Artikolu 31 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 72/462/KEE [8] tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u l-ispezzjoni veterinarja waqt l-importazzjoni ta’ l-annimali bovini u tal-majjali u l-laħam frisk minn pajjiżi terzi, kif emendat bid-Direttiva Nru 74/387/KEE. L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ Ġunju 1975. Għall-Kunsill Il-President M. A. Clinton [1] ĠU C 111, ta’ l-20.5.1975, p. 26. [2] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23. [3] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. [4] ĠU L 202, ta’ l-24.7.1974, p. 36. [5] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. [6] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. [7] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24. [8] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. --------------------------------------------------