|
29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 56/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ CHAD/1/2008
tat-13 ta’ Frar 2008
dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana
(2008/172/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U ta’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/677/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (1) (Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fuq it-talba tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u skond il-kompiti mogħtija mill-Kumitat Militari ta’ l-Unjoni Ewropea (KMUE), il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE u l-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE żammew il-Konferenzi dwar il-Ħolqien ta’ Forza fid-9, 14 u 21 ta’ Novembru 2007, 19 ta’ Diċembru 2007 u 11 ta’ Jannar 2008. |
|
(2) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE u tal-KMUE dwar kontribut mill-Albanija, il-kontribut mill-Albanija għandu jiġi aċċettat. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kontributi ta’ Stati Terzi
Wara l-Konferenzi dwar il-Ħolqien ta’ Forza, il-kontribut mill-Albanija għandu jiġi aċċettat għall-operazzjoni militari ta’ l-UE fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.
Artikolu 2
Dħul fis-Seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Frar 2008.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
M. IPAVIC