|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2184 |
15.4.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12331 – EEE / EDF RP / ME KOBIERNICE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/2184)
1.
Fis-7 ta’ April 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Eurus Energy Europe B.V. (“EEE”, in-Netherlands), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Toyota Tsusho Corporation (“TTC”, il-Ġappun), |
|
— |
EDF Renewables Polska sp. z o.o. (“EDF RP”, il-Polonja), li tappartjeni lill-Grupp EDF, fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mill-Istat Franċiż, |
|
— |
ME Kobiernice sp. z o.o. (“ME Kobiernice”, il-Polonja), attwalment proprjetà sħiħa ta’ EDF RP. |
EEE u EDF RP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ME Kobiernice.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
EEE tiżviluppa, tinvesti u topera fi proġetti tal-enerġija rinnovabbli madwar id-dinja, b’enfasi fuq proġetti eoliċi u fotovoltajċi fuq l-art, |
|
— |
EDF RP tiżviluppa, tibni, topera u żżomm proġetti ta’ sistemi ta’ ħżin tal-enerġija mir-riħ, mix-xemx u mill-batteriji (BESS) fil-Polonja. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ ME Kobiernice huma l-iżvilupp, il-bini u l-operat ta’ proġett BESS f’Kobiernice, il-Polonja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12331 — EEE / EDF RP / ME KOBIERNICE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2184/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)