7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9256 — Engie/Michelin/Région AURA/CDC/Hympulsion)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 49/08)

1.   

Fil-25 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Engie Hydrogen International (“EHI”, Franza), ikkontrollata minn Engie,

—

SPIKA, ikkontrollata minn Compagnie Générale des Établissements Michelin (CGEM, Franza),

—

Ir-Reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes (Franza),

—

Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza),

—

Hympulsion (il-“JV”, Franza).

Engie, SPIKA, ir-Reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes u CDC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża konġunta (joint venture, JV).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Engie hija kumpanija industrijali attiva fl-oqsma tal-gass, l-elettriċità u s-servizzi tal-enerġija. Hija attiva tul il-katina tal-valur tal-enerġija kollha kemm hi.

—

SPIKA hija kkontrollata mis-CGEM, li hija manifattur u fornitur ta’ tyres ibbażata fi Franza.

—

CDC hija istituzzjoni pubblika li twettaq attivitajiet ta’ interess ġenerali, li partikolarment jikkonsistu fil-ġestjoni ta’ fondi privati li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jixtiequ jipprovdu protezzjoni partikolari, u attivitajiet miftuħin għall-kompetizzjoni fis-setturi tal-ambjent, tal-proprjetà immobbli, tal-investiment u tal-kapital ta’ investiment kif ukoll tas-servizzi;

—

Ir-Reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes huwa reġjun fi Franza.

—

Il-JV hija attiva fl-istazzjonijiet ta’ riforniment tal-idroġenu għall-vetturi tal-idroġenu fi Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9256 — Engie/Michelin/Région AURA/CDC/Hympulsion

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU L 366, 14.12.2013, p. 5.