|
22.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 458/463 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2289
tal-21 ta’ Diċembru 2021
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u dwar is-sistema elettronika għall-iskambju sigur ta’ informazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 117 u l-Artikolu 150(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 104(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 l-Istati Membri jridu jistabbilixxu Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK f’konformità ma’ dak ir-Regolament biex jimplimentaw l-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, ibbażati b’mod partikolari fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 107 sa 115 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta b’mod konsistenti u komplut il-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jinkludu annessi addizzjonali mhux meħtieġa skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u li ma jkunux soġġetti għal approvazzjoni f’konformità mal-Artikoli 118 u 119 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Artikolu 150(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi li l-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, trid tistabbilixxi sistema ta’ informazzjoni biex tippermetti l-iskambju sigur ta’ data ta’ interess komuni bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru. Huwa meħtieġ li jiġu previsti regoli għat-tħaddim ta’ dik is-sistema, u b’mod partikolari dwar is-sehem tar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f’dan ir-rigward. Jenħtieġ li dawk ir-regoli japplikaw għall-informazzjoni li trid tiġi sottomessa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 jew mal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Peress li l-Istati Membri jeħtieġ li jkollhom regoli dwar il-preżentazzjoni tal-elementi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u dwar it-trażmissjoni dawk il-pjanijiet meta jissottomettuhom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK previst fit-Titolu V, il-Kapitolu II, tar-Regolament (UE) 2021/2115 kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Annessi addizzjonali tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
L-Istati Membri jistgħu jissottomettu informazzjoni addizzjonali bħala annessi separati għall-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom flimkien ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
L-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u l-approvazzjoni ta’ emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 119(10) ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal dawk l-annessi addizzjonali.
Artikolu 3
Sistema elettronika għall-iskambju sigur ta’ informazzjoni
L-Istati Membri għandhom iwettqu skambji ta’ informazzjoni li jridu jsiru f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 jew f’konformità mal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dak ir-Regolament permezz tas-sistema elettronika għall-iskambju sigur ta’ informazzjoni msejħa “SFC2021”, li għaliha r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
B’deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni relatata mat-Titolu III, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115 li trid tintbagħat mill-Istati Membri skont l-att ta’ implimentazzjoni li jrid jiġi adottat abbażi tal-Artikolu 143(4) ta’ dak ir-Regolament għandha tiġi trażmessa f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (2) u permezz tas-sistema bbażata fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta’ April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).
ANNESS I
Preżentazzjoni tal-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
1. Dikjarazzjoni Strateġika
Il-ħarsa ġenerali tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tiddeskrivi dak li l-PAK għandha l-għan li tikseb fit-territorju tal-Istat Membru. Hija għandha tiffoka fuq ir-riżultati u fuq l-interventi ewlenin mistennija, inkluż l-elementi rilevanti tal-arkitettura ekoloġika, fid-dawl tal-ħtiġijiet identifikati, u tiġbor fil-qosor l-għażliet ewlenin dwar l-allokazzjoni finanzjarja. Hija għandha turi kif dawn l-aspetti huma relatati ma’ xulxin. Jistgħu jiġu pprovduti punti ewlenin dwar kif ġew indirizzati l-elementi prinċipali previsti fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku tal-PAK.
2. Valutazzjoni tal-ħtiġijiet, strateġija ta’ intervent, indikaturi tal-kuntest u pjan tal-miri
2.1. Valutazzjoni tal-ħtiġijiet
Għal kull objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, din is-sottotaqsima tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jkun fiha:
|
(a) |
sommarju tal-analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ qawwiet, dgħufijiet, opportunitajiet u theddidiet (“l-analiżi SWOT”) f’erba’ partijiet (qawwiet, dgħufijiet, opportunitajiet u theddidiet); |
|
(b) |
identifikazzjoni u deskrizzjoni ta’ kull ħtieġa irrispettivament minn jekk hijiex indirizzata bl-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Din għandha tinkludi:
|
Din is-sottotaqsima għandha tiddefinixxi fil-livell tal-Pjan Strateġiku tal-PAK:
|
(a) |
il-prijoritizzazzjoni tal-ħtiġijiet, inkluż ġustifikazzjoni soda tal-għażliet magħmula u l-metodu u l-kriterji użati; |
|
(b) |
fejn rilevanti, spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex ċerti ħtiġijiet ma humiex indirizzati jew huma indirizzati parzjalment fil-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
|
(c) |
fejn rilevanti, valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ żoni ġeografiċi speċifiċi, bħar-reġjuni ultraperiferiċi, iż-żoni muntanjużi u l-gżejjer. |
2.2. Strateġija ta’ intervent
Għal kull objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, din is-sottotaqsima għandu jkun fiha:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ intervent, li tispjega kif il-kombinament ta’ interventi, u elementi ewlenin rilevanti oħrajn tal-Pjan Strateġiku tal-PAK huma mistennija li jaħdmu flimkien fl-indirizzar tal-ħtiġijiet, inkluż l-aspetti territorjali, kif l-interventi jikkontribwixxu b’mod dirett u sinifikanti għall-objettiv speċifiku u kif dawn jikkombinaw ma’ strumenti rilevanti oħra barra mill-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
|
(b) |
għażla tal-indikatur(i) tar-riżultat abbażi tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet, inkluż ġustifikazzjoni tal-miri u tal-istadji importanti relatati rilevanti għall-Pjan Strateġiku tal-PAK kollu, abbażi tal-lista fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115. Ir-rabtiet bejn l-indikaturi tar-riżultati u l-objettivi għandhom ikunu konsistenti kemm mal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet kif ukoll mal-loġika tal-intervent, u għandhom iqisu r-rabtiet bejn l-interventi u l-indikaturi tar-riżultati. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valur fil-mira wieħed għal kull indikatur tar-riżultati għall-perjodu sħiħ tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Meta l-mira tkun proporzjon, l-Istati Membri għandhom jipprovdu n-numeratur u d-denominatur. Il-valuri tal-miri u tal-istadji importanti annwali għandhom ikunu koerenti u kompatibbli mal-ħtiġijiet u wkoll mal-valuri tal-outputs ippjanati tal-interventi marbuta mal-indikaturi tar-riżultati korrispondenti u għandhom jinkludu, fejn rilevanti, il-finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 115(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
(c) |
spjegazzjoni dwar kif l-interventi jippermettu li jintlaħqu l-miri u kif dawn huma koerenti u kompatibbli b’mod reċiproku; |
|
(d) |
ġustifikazzjoni li l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-interventi huma adegwati biex jintlaħqu l-miri stabbiliti u huma konsistenti mal-pjan finanzjarju; |
|
(e) |
fejn rilevanti, ġustifikazzjoni tal-użu tal-InvestEU u l-kontribuzzjoni tiegħu għall-ilħuq ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 u magħżula skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK. Din is-sottotaqsima għandha tinkludi wkoll spjegazzjoni tal-kontribuzzjoni nazzjonali għall-ilħuq tal-miri tal-Unjoni għall-2030 stabbiliti fl-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt u fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-konsistenza u l-kontribuzzjoni tal-Pjan Strateġiku propost tal-PAK mal-leġiżlazzjoni u mal-impenji ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mal-miri rilevanti tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jżidu aktar informazzjoni f’anness addizzjonali tal-Pjan Strateġiku tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. |
2.3. Indikaturi tal-kuntest
Din is-sottotaqsima għandha tipprovdi, għall-indikaturi tal-kuntest elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115 użati bħala denominaturi ta’ indikaturi tar-riżultati, il-valur ta’ referenza u s-sena bażi, bl-użu tal-aħħar data disponibbli.
2.4. Pjan tal-Miri
Din is-sottotaqsima għandha turi f’tabella rikapitulattiva, għal kull indikatur tar-riżultati magħżul għal-loġika tal-intervent f’konformità mal-punt (b) tas-sottotaqsima 2.2, il-valur fil-mira u l-istadji importanti annwali.
3. Konsistenza tal-istrateġija
Għal kull sottotaqsima, din it-taqsima għandha tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet li jirriżultaw minn kombinament ta’ interventi u kundizzjonijiet stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Din it-taqsima għandu jkun fiha s-sottotaqsimiet li ġejjin:
3.1. Ħarsa ġenerali lejn l-arkitettura ambjentali u klimatika
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi deskrizzjoni ta’:
|
(a) |
il-kontribuzzjoni ġenerali tal-kundizzjonalità għall-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima; |
|
(b) |
il-komplementarjetà bejn il-kundizzjonijiet bażi rilevanti, kif imsemmija fl-Artikoli 31(5) u 70(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-kundizzjonalità u l-interventi differenti li jindirizzaw l-objettivi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e), u (f) tal-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament; |
|
(c) |
il-mod kif inhu mistenni li tintlaħaq l-ambizzjoni akbar fir-rigward tal-objettivi relatati mal-ambjent u mal-klima, kif stabbilit fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
(d) |
spjegazzjoni ta’ kif l-arkitettura ambjentali u klimatika tikkontribwixxi għal, u hija konsistenti mal-miri nazzjonali fit-tul stabbiliti jew derivati mill-atti leġiżlattivi msemmija fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
(e) |
għal kull KAAT, deskrizzjoni tal-mod kif jiġi implimentat l-istandard tal-Unjoni, inklużi l-elementi li ġejjin: sommarju tal-prattika fl-azjenda agrikola, il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali, it-tip ta’ bdiewa soġġetti għall-istandard u, fejn meħtieġ, deskrizzjoni ta’ kif il-prattika tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettiv ewlieni tal-istandard tal-KAAT. Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(f) |
meta l-Istati Membri jistabbilixxu standards addizzjonali tal-KAAT għal dawk stabbiliti fl-Anness III dwar l-objettivi ewlenin ta’ dak l-Anness, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, spjegazzjoni tal-prattika fl-azjenda agrikola, il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali, it-tip ta’ bdiewa soġġetti għall-istandard u deskrizzjoni ta’ kif l-istandard jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv; |
|
(g) |
fejn rilevanti, spjegazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-PAK għall-ingranaġġ tal-appoġġ u biex itejbu l-Proġetti Strateġiċi tan-Natura integrati li huma ta’ benefiċċju għall-komunitajiet tal-bdiewa kif previst fir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
3.2. Ħarsa ġenerali lejn l-interventi u l-kundizzjonijiet rilevanti għall-bdiewa żgħażagħ
Din is-sottotaqsima għandha tipprovdi l-elementi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 109(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, u, fejn rilevanti, spjegazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-PAK fir-rigward tal-mobbiltà transnazzjonali edukattiva ta’ persuni fil-qasam tal-iżvilupp agrikolu u rurali b’enfasi fuq il-bdiewa żgħażagħ u n-nisa fiż-żoni rurali, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
3.3. Ħarsa ġenerali lejn ir-relazzjoni bejn l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)
Din is-sottotaqsima għandha tipprovdi l-elementi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 109(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115.
3.4. Ħarsa ġenerali lejn l-għan ta’ distribuzzjoni aktar ġusta u mmirar aktar effettiv u effiċjenti tal-appoġġ għall-introjtu
Din is-sottotaqsima għandha tipprovdi l-elementi stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 109(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115.
3.5. Ħarsa ġenerali lejn l-interventi relatati mas-settur
Din is-sottotaqsima għandha tipprovdi l-elementi stabbiliti fil-punt (e) tal-Artikolu 109(2), tar-Regolament (UE) 2021/2115. Barra minn hekk, il-ħarsa ġenerali għal kull settur għandha tinkludi, fejn rilevanti, il-komplementarjetà mal-elementi tal-kundizzjonalità.
3.6. Ħarsa ġenerali lejn l-interventi li jikkontribwixxu biex jiġi żgurat approċċ koerenti u integrat għall-ġestjoni tar-riskju
Din is-sottotaqsima għandha tispjega l-kombinament ta’ interventi, inkluż, fejn rilevanti, l-opzjoni stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2021/2115, maħsuba biex tikkontribwixxi biex jiġi żgurat approċċ koerenti u integrat għall-ġestjoni tar-riskju.
3.7. Interazzjoni bejn l-interventi u l-elementi nazzjonali u reġjonali
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi:
|
(a) |
fejn rilevanti, deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u dawk reġjonali, inkluż id-distribuzzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji għal kull intervent u għal kull fond; |
|
(b) |
fejn huma stabbiliti elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fil-livell reġjonali, spjegazzjoni dwar kif l-istrateġija ta’ intervent tiżgura l-koerenza u l-konsistenza ta’ dawn l-elementi mal-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilit fil-livell nazzjonali. |
3.8. Ħarsa ġenerali lejn il-kontribuzzjoni għall-objettiv tat-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115
Din is-sottotaqsima għandha tipprovdi l-elementi stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 109(2), tar-Regolament (UE) 2021/2115.
3.9. Spjegazzjoni ta’ kif l-interventi u l-elementi komuni għal diversi interventi jikkontribwixxu għas-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji finali u għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv
Din l-ispjegazzjoni għandha tinkludi b’mod partikolari l-miżuri meħuda fl-implimentazzjoni tal-PAK permezz tat-teknoloġija u d-data li jgħinu fis-simplifikazzjoni tal-ġestjoni u tal-amministrazzjoni tal-PAK, u permezz tas-simplifikazzjoni tat-tfassil ta’ interventi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.
4. Elementi komuni għal diversi interventi
4.1. Definizzjonijiet u rekwiżiti minimi
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi dan li ġej:
(a) attività agrikola
Fir-rigward tad-definizzjoni tal-produzzjoni agrikola, l-Istati Membri għandhom jipprovdu biss informazzjoni fejn huma jemendaw id-definizzjoni meta mqabbla mal-punt (c)(i) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
Fir-rigward tad-definizzjoni ta’ manutenzjoni taż-żona agrikola, tali definizzjoni għandha tiġi pprovduta għat-tipi kollha ta’ żoni agrikoli (raba’ li jinħadem, għelejjel permanenti u bwar permanenti). Meta l-Istati Membri jiddefinixxu rekwiżiti separati għar-raba’ mistrieħ, dan għandu jiġi speċifikat;
(b) żona agrikola
Fejn rilevanti, għandhom jiġu pprovduti elementi komplementari tad-definizzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/2115.
B’mod partikolari, għandha tingħata informazzjoni dwar l-elementi li ġejjin fejn rilevanti:
|
(i) |
elementi tas-sistemi tal-agroforestrija meta jiġu stabbiliti jew miżmuma fiż-żona agrikola, li jispeċifikaw dawn l-elementi għal kull tip ta’ żona agrikola (raba’ li jinħadem, għelejjel permanenti u bwar permanenti); |
|
(ii) |
id-definizzjoni ta’ mxietel; |
|
(iii) |
id-definizzjoni ta’ msaġar b’rotazzjoni qasira, li għandha tinkludi mill-inqas iċ-ċiklu tal-ħsad, il-lista ta’ speċijiet jew ta’ kategoriji ta’ pjanti u d-densità tat-tħawwil; |
|
(iv) |
għall-bwar permanenti, deskrizzjoni ta’ kull element individwali użat għad-definizzjoni tiegħu, bħall-ħdim tar-raba’, il-ħrit, iż-żrigħ mill-ġdid b’tipi differenti ta’ ħaxix, jew il-prattiki lokali stabbiliti; |
(c) ettaru eliġibbli
Għandhom jiġu pprovduti elementi komplementari tad-definizzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/2115, b’mod partikolari dwar l-elementi li ġejjin fejn rilevanti:
|
(i) |
kriterji biex tiġi stabbilita l-predominanza tal-attività agrikola f’każ li l-art tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli; |
|
(ii) |
kriterji biex jiġi żgurat li l-art tkun għad-dispożizzjoni tal-bidwi; |
|
(iii) |
il-perjodu li matulu żona trid tikkonforma mad-definizzjoni ta’ “ettaru eliġibbli”; |
|
(iv) |
jekk iż-żoni jistgħu jintużaw għal attività agrikola darba kull sentejn biss, ġustifikazzjoni għal tali deċiżjoni bbażata fuq raġunijiet relatati mal-ambjent, mal-bijodiversità u mal-klima; |
|
(v) |
jekk jistgħu jiġu inklużi karatteristiċi tal-pajsaġġ li ma humiex protetti taħt il-KAAT, deskrizzjoni ta’ dawn, bħad-daqs massimu tagħhom u s-sehem massimu tar-roqgħa li dawn il-karatteristiċi tal-pajsaġġ jistgħu jokkupaw fejn applikabbli; |
|
(vi) |
jekk jiġu applikati koeffiċjenti fissi ta’ tnaqqis għal bwar permanenti b’karatteristiċi ineliġibbli mifruxa biex tiġi ddeterminata ż-żona meqjusa eliġibbli, deskrizzjoni tal-prinċipji applikati wara l-koeffiċjenti ta’ tnaqqis; |
|
(vii) |
fejn jiġi deċiż li tinżamm l-eliġibbiltà ta’ żoni preċedentement eliġibbli meta ma jibqgħux jissodisfaw id-definizzjoni ta’ “ettaru eliġibbli” skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta’ skemi nazzjonali, deskrizzjoni ta’ dawn l-iskemi nazzjonali inkluż:
|
(d) bidwi attiv
Fir-rigward tad-definizzjoni ta’ bidwi attiv, għandu jiġi pprovdut dan li ġej:
|
(i) |
kriterji biex jiġu identifikati dawk il-bdiewa li għandhom livell minimu ta’ attività agrikola; |
|
(ii) |
meta, bħala għodda komplementari, tintuża lista negattiva ta’ attivitajiet mhux agrikoli, id-deskrizzjoni tagħha; |
|
(iii) |
fejn rilevanti, l-ammont u l-ġustifikazzjoni għal ammont ta’ pagamenti diretti (mhux ogħla minn EUR 5 000) li taħthom il-bdiewa għandhom fi kwalunkwe każ jitqiesu bħala “bdiewa attivi”; |
(e) bidwi żagħżugħ
Fir-rigward tad-definizzjoni ta’ bidwi żagħżugħ, għandu jiġi pprovdut dan li ġej:
|
(i) |
il-limitu massimu tal-età; |
|
(ii) |
il-kundizzjonijiet biex tkun “kap tal-azjenda”; |
|
(iii) |
it-taħriġ u/jew il-ħiliet xierqa meħtieġa; |
(f) bidwi ġdid
Fir-rigward tad-definizzjoni ta’ bidwi ġdid, għandu jiġi pprovdut dan li ġej:
|
(i) |
il-kundizzjonijiet biex persuna tkun “kap tal-azjenda” għall-ewwel darba; |
|
(ii) |
it-taħriġ jew il-ħiliet xierqa meħtieġa; |
(g) rekwiżiti minimi għar-riċevuta ta’ pagamenti diretti
Fir-rigward tar-rekwiżiti minimi biex wieħed jirċievi pagamenti diretti, għandhom jiġu pprovduti deskrizzjoni u ġustifikazzjoni tal-livell(i) limitu; dawn il-livelli limitu għandhom jiġu pprovduti, fejn applikabbli, f’ettari b’żewġ deċimali u/jew, f’euro b’żewġ deċimali;
(h) żona rurali
Għandha tiġi inkluża d-definizzjoni/Għandhom jiġu inklużi d-definizzjonijiet taż-żoni rurali u l-applikabbiltà fil-Pjan Strateġiku tal-PAK kollu;
(i) definizzjonijiet oħrajn għall-Pjan Strateġiku tal-PAK
Fejn jintużaw definizzjonijiet oħrajn applikabbli għall-pagamenti diretti, għall-iżvilupp rurali jew għall-appoġġ settorjali fil-Pjan Strateġiku tal-PAK kollu, dawn għandhom jiġu deskritti, inkluż deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku tal-applikabbiltà tagħhom.
4.2. Elementi relatati ma’ interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi:
(a) territorjalizzazzjoni
Fejn rilevanti, deskrizzjoni ta’ kull grupp ta’ territorji inkluż l-ispjegazzjoni tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi jew agronomiċi simili;
(b) intitolamenti għal pagament
Jekk applikabbli, fir-rigward tad-deskrizzjoni tas-sistema tal-intitolamenti għal pagament, u l-funzjonament tar-riżerva, indikazzjoni tal-ewwel sena mingħajr intitolamenti jekk tkun ippjanata eliminazzjoni gradwali tal-intitolamenti;
(c) sistema ta’ konverġenza interna
Għal kull grupp ta’ territorji jekk rilevanti, u sakemm ma tintużax rata fissa mill-ewwel sena, deskrizzjoni tal-metodu ta’ konverġenza interna, inklużi l-elementi li ġejjin:
|
(i) |
sena fil-mira għal-livell massimu għall-valur tal-intitolamenti għal pagament u l-livell massimu għall-valur tal-intitolamenti individwali għal pagament, kif imsemmi fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
(ii) |
il-passi ta’ konverġenza, kif imsemmija fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
(iii) |
fejn rilevanti, il-valur b’rata fissa milħuq fis-sena fil-mira, kif imsemmi fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
(iv) |
sena fil-mira għall-perċentwal minimu ta’ konverġenza u l-valur unitarju minimu bħala perċentwal tal-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sostenibbiltà għas-sena fil-mira, kif imsemmi fl-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
(v) |
il-finanzjament tal-konverġenza, kif imsemmi fl-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
(vi) |
fejn rilevanti, deskrizzjoni tat-tnaqqis ta’ parti biss mill-intitolamenti għal pagament li jaqbżu l-ammont unitarju medju ppjanat, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
(vii) |
fejn rilevanti, il-perċentwal tat-tnaqqis massimu tal-valur unitarju tal-intitolament, kif imsemmi fl-Artikolu 24(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
(d) il-funzjonament tar-riżerva
Għal kull grupp ta’ territorji, jekk rilevanti, għandu jiġi spjegat il-funzjonament tar-riżerva, filwaqt li għandhom jiġu speċifikati b’mod partikolari l-elementi li ġejjin:
|
(i) |
deskrizzjoni tas-sistema għall-istabbiliment tar-riżerva; |
|
(ii) |
deskrizzjoni tal-kategoriji differenti ta’ bdiewa eliġibbli, l-aċċess relatat tagħhom għar-riżerva, l-allokazzjoni ta’ intitolament ġdid għal pagament jew iż-żieda tal-valur eżistenti tal-intitolament għal pagament u l-ordni ta’ prijorità tagħhom; |
|
(iii) |
regoli dwar ir-riforniment finanzjarju tar-riżerva; |
|
(iv) |
regoli dwar l-iskadenza tal-intitolamenti għal pagament u r-riverżjoni għar-riżerva; |
(e) regoli relatati mat-trasferimenti tal-intitolamenti għal pagament
Fejn rilevanti, ir-regoli relatati mat-trasferimenti tal-intitolamenti għal pagament;
(f) tnaqqis tal-pagamenti diretti
Fejn rilevanti, deskrizzjoni tat-tnaqqis tal-pagamenti u tal-iffissar ta’ limitu massimu, inkluż b’mod partikolari:
|
(i) |
is-segmenti, il-perċentwali ta’ tnaqqis u l-ispjegazzjoni tagħhom; |
|
(ii) |
fejn rilevanti, il-metodu għat-tnaqqis tal-kostijiet lavorattivi; |
|
(iii) |
il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti diretti u tal-iffissar ta’ limitu massimu għal kull sena, u l-allokazzjoni ppjanata tiegħu; |
(g) l-applikazzjoni ta’ livelli limitu jew ta’ limiti fil-livell ta’ membri jew persuni ġuridiċi, gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew fil-livell ta’ gruppi ta’ entitajiet affiljati
Id-deċiżjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet tal-livelli limitu jew tal-limiti ffissati fil-livell ta’ membri ta’ persuni ġuridiċi jew ta’ gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew fil-livell ta’ grupp ta’ entitajiet ġuridiċi affiljati, skont il-punt (d)(iii) tal-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għat-tipi kollha ta’ interventi fejn rilevanti, filwaqt li jiġi indikat liema interventi huma kkonċernati;
(h) kontribuzzjoni għall-għodod tal-ġestjoni tar-riskju
Fejn rilevanti, deskrizzjoni tal-implimentazzjoni ppjanata tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2021/2115, inkluż id-deċiżjoni fir-rigward tal-perċentwal tal-pagamenti diretti li għandhom jiġu assenjati għalih.
4.3. Assistenza teknika
Din is-sottotaqsima dwar id-deskrizzjoni tal-użu tal-assistenza teknika għandha tinkludi b’mod partikolari:
|
(a) |
l-objettivi tagħha; |
|
(b) |
il-kamp ta’ applikazzjoni u l-ippjanar indikattiv tal-attivitajiet tagħha; |
|
(c) |
il-benefiċjarji tal-assistenza teknika; |
|
(d) |
il-perċentwal tal-kontribuzzjoni totali tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għall-Pjan Strateġiku tal-PAK li għandu jintuża biex jiffinanzja l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika bħala perċentwal uniku matul il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b’żewġ deċimali. |
4.4. Network tal-PAK
Din is-sottotaqsima dwar id-deskrizzjoni tan-network tal-PAK għandha tinkludi b’mod partikolari:
|
(a) |
ħarsa ġenerali fil-qosor u l-objettivi tan-network nazzjonali tal-PAK, inkluż deskrizzjoni tal-attivitajiet li jappoġġaw is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP) u l-flussi tal-għarfien fi ħdan L-AKIS u n-networking tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali taħt l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità/LEADER; |
|
(b) |
l-istruttura, il-governanza u l-operat tan-network nazzjonali tal-PAK, inkluż jekk in-network jinkludix xi komponent ta’ livell reġjonali; is-sehem indikattiv tal-finanzjament tal-assistenza teknika allokat lin-network u l-baġit indikattiv għall-perjodu u l-iskeda ta’ żmien indikattiva għat-tnedija tan-network nazzjonali tal-PAK. |
4.5. Koordinazzjoni, demarkazzjoni u komplementarjetajiet bejn il-FAEŻR u Fondi oħra tal-Unjoni attivi fiż-żoni rurali
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi ħarsa ġenerali lejn il-koordinazzjoni, id-demarkazzjoni u l-komplementarjetajiet bejn il-FAEŻR u fondi oħrajn tal-Unjoni attivi fiż-żoni rurali, inkluż deskrizzjoni tal-konsistenza ġenerali tal-appoġġ fiż-żoni rurali pprovdut mill-Fondi tal-Unjoni, li tenfasizza kif l-użu tagħhom huwa ottimizzat u tispjega l-mekkaniżmi ta’ demarkazzjoni u koordinazzjoni.
4.6. Strumenti finanzjarji
Din is-sottotaqsima għandha tipprovdi deskrizzjoni ġenerali tal-istrumenti finanzjarji fejn rilevanti u l-ġustifikazzjoni għall-użu tagħhom, inkluż:
|
(a) |
it-tip ta’ implimentazzjoni, inkluża l-governanza; |
|
(b) |
il-maniġer potenzjali ta’ Fond; |
|
(c) |
it-tip ta’ prodotti finanzjarji offruti (self, garanzija, ekwità); |
|
(d) |
il-benefiċċji offruti mill-istrument finanzjarju lir-riċevituri finali; |
|
(e) |
il-kopertura territorjali, fejn rilevanti; |
|
(f) |
regoli tekniċi oħrajn komuni għall-interventi kollha, bħal aspetti ta’ kombinament. |
4.7. Elementi komuni għal interventi għall-iżvilupp rurali jew għal interventi f’ċerti setturi
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi:
|
(a) |
għażliet fir-rigward tar-rata tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR applikabbli fil-livell nazzjonali jew reġjonali, skont it-tipi ta’ reġjuni msemmija fl-Artikolu 91(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, u għal ċerti kategoriji ta’ interventi msemmija fl-Artikolu 91(3) ta’ dak ir-Regolament; |
|
(b) |
lista ġenerali ta’ investimenti ineliġibbli, lil hinn minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115, fejn rilevanti; |
|
(c) |
elementi oħrajn rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ diversi interventi għall-iżvilupp rurali jew interventi f’ċerti setturi li ma humiex parti mid-deskrizzjoni tal-interventi, fejn rilevanti. |
5. Deskrizzjoni tal-interventi
Din it-taqsima dwar l-interventi speċifikati fl-istrateġija msemmija fl-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) 2021/2115, inklużi l-interventi stabbiliti fil-livell reġjonali, għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tal-intervent:
|
|
(b) |
kontribuzzjoni għall-istrateġija:
|
|
(c) |
deskrizzjoni u kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà:
|
|
(d) |
informazzjoni finanzjarja:
|
|
(e) |
appoġġ lill-benefiċjarji:
|
|
(f) |
informazzjoni addizzjonali speċifika għal ċerti tipi ta’ intervent:
|
|
(g) |
Il-konformità mad-WTO, inkluż:
|
6. Pjan Finanzjarju
Din it-taqsima għandha tinkludi dan li ġej:
6.1. Tabella Ġenerali
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 112(2), tar-Regolament (UE) 2021/2115.
L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-possibbiltà li jittrasferixxu l-allokazzjonijiet bejn il-Fondi kif previst fl-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandhom jipprovdu din l-informazzjoni għal kull sena tal-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li għaliha jixtiequ jużaw din il-flessibbiltà. L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom fl-2025, dwar l-allokazzjonijiet tagħhom għas-sena finanzjarja 2027.
L-informazzjoni pprovduta fit-tabella ġenerali għandha tippermetti li jiġi vverifikat li l-allokazzjonijiet meħtieġa biex jiġu rispettati r-rekwiżiti minimi ta’ nfiq previsti fl-Artikoli 92, 93, 95, 97 u 98 tar-Regolament (UE) 2021/2115 ġew riżervati kif xieraq.
Dik l-informazzjoni għandha sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-limiti massimi finanzjarji li jirriżultaw mit-tnaqqis tal-ammonti riżervati mill-Istati Membri biex jirrispettaw ir-rekwiżiti minimi ta’ nfiq stabbiliti fl-Artikoli 92, 93, 95, 97 u 98 tar-Regolament (UE) 2021/2115 (limiti massimi inversi).
L-ammonti minimi u massimi msemmija fl-Artikoli 92 sa 98 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandhom dejjem jiġu kkalkolati abbażi tal-pakketti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikoli 87, 88 u 89 tar-Regolament (UE) 2021/2115 wara trasferimenti possibbli.
Madankollu, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jallokaw fondi lil InvestEU, LIFE u/jew Erasmus, l-ammonti annwali rispettivi għandhom jiġu pprovduti fit-tabella ġenerali. L-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 mhux se jiġi emendat u l-obbligi kollha għall-allokazzjonijiet minimi se jiġu vverifikati skont l-ammonti fl-Anness XI ta’ dak ir-Regolament, li mhux se jeskludu dawk l-allokazzjonijiet speċifiċi.
Minħabba li r-rekwiżit tal-allokazzjoni finanzjarja minima għall-bdiewa żgħażagħ jista’ jiġi ssodisfat kemm mill-FAEG kif ukoll mill-FAEŻR, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jallokaw ammont ogħla mill-minimu stabbilit fl-Anness XII tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandhom jindikaw l-ammonti li għandhom jintużaw, taħt kull wieħed mill-Fondi, biex jintlaħaq ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni. Dan għandu jservi bħala bażi għall-kalkolu tal-limiti massimi inversi.
6.2. Informazzjoni finanzjarja dettaljata u diżaggregazzjoni għal kull intervent u ppjanar tal-output
Il-pjan finanzjarju dettaljat imsemmi fl-Artikolu 112(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu jipprevedi ħarsa ġenerali lejn il-livell indikattiv mistenni ta’ pagamenti tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u informazzjoni dwar ir-rati ta’ kofinanzjament tal-FAEŻR.
7. Sistemi ta’ governanza u sistemi ta’ koordinazzjoni
7.1. L-identifikazzjoni tal-korpi ta’ governanza, tal-awtorità(jiet) amministrattivi u ta’ korpi oħra
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi:
|
(a) |
għal kull tip ta’ korp (awtorità(jiet)) kompetenti, awtorità(jiet) maniġerjali, aġenzija/i tal-pagamenti, korp ta’ koordinazzjoni, fejn rilevanti, u korp(i) ta’ ċertifikazzjoni, indikazzjoni tal-fond(i) li għalih/għalihom huma responsabbli, kif ukoll l-isem/ismijiet u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-persuna/i responsabbli; l-istess informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal korpi oħrajn bħall-kumitat(i) tal-monitoraġġ, korpi delegati u intermedji fejn rilevanti, kif ukoll l-istrutturi ta’ koordinazzjoni rilevanti għall-AKIS, għall-uffiċjal tal-Komunikazzjoni dwar il-Pjan tal-PAK, kif imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2021/1060, u għan-network tal-PAK. Għandu jiġi speċifikat ukoll ir-rwol tal-korp(i) delegat(i) u intermedju/i; |
|
(b) |
deskrizzjoni fil-qosor tal-istabbiliment u tal-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti; |
|
(c) |
meta l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji tiġi ddelegata lill-awtoritajiet reġjonali, deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza għall-operazzjoni tal-istrument finanzjarju (delega tal-kompiti tal-awtorità maniġerjali u tal-aġenzija tal-pagamenti, bħall-għażla tal-benefiċjarju, ir-rapportar, il-pagamenti, il-kontroll). |
7.2. Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Deskrizzjoni fil-qosor tas-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar stabbiliti biex jirreġistraw, iżommu, jiġġestixxu u jirrapportaw l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluża s-sistema ta’ rapportar stabbilita għall-finijiet tar-rapport ta’ prestazzjoni annwali skont l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
7.3. Informazzjoni dwar is-sistemi ta’ kontroll u l-penali
(a) SIAK
L-informazzjoni dwar is-SIAK għandha tinkludi:
|
(i) |
speċifikazzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, b’mod partikolari jekk jintużax għas-settur tal-inbid kif stabbilit fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u għall-kundizzjonalità; |
|
(ii) |
definizzjoni ta’ roqgħa agrikola, inkluża l-art agrikola, fejn rilevanti; |
|
(iii) |
konferma tal-operat tas-SIAK mill-1 ta’ Jannar 2023, u li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) huma ssodisfati; |
|
(iv) |
informazzjoni dwar is-sistema/i għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 65(4) u fil-punt (g) tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116; |
|
(v) |
jekk tiġix applikata sistema awtomatika ta’ talbiet; |
|
(vi) |
deskrizzjoni tas-sistema/i ta’ kontroll u penali, li tispjega b’mod partikolari jekk is-sistema tinkludix verifiki sistematiċi li jimmiraw ukoll żoni fejn ir-riskju ta’ żbalji huwa l-ogħla, u kif il-livell ta’ verifiki jiżgura ġestjoni effettiva tar-riskji kif imsemmi fl-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Fir-rigward tal-penali, l-informazzjoni għandha tispjega l-penali previsti għan-nuqqasijiet ta’ konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-interventi definiti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. Jekk jiġu applikati kontrolli u sistemi ta’ penali differenti għal interventi differenti, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar kull waħda mis-sistemi. |
Tista’ tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali dwar is-sistema ta’ identifikazzjoni għall-irqajja’ agrikoli, dwar is-sistema ta’ applikazzjoni ġeospazjali u bbażata fuq l-annimali u dwar is-sistema ta’ monitoraġġ taż-żona fejn dan jitqies importanti mill-Istat Membru.
(b) Sistema ta’ kontroll u penali għal interventi mhux koperti mis-SIAK
Għall-interventi tal-FAEG u tal-FAEŻR mhux koperti mis-SIAK, l-informazzjoni għandha tinkludi:
|
(i) |
deskrizzjoni qasira dwar is-sistema ta’ penali f’konformità mal-prinċipji tal-effettività, tal-proporzjonalità u tad-dissważività; |
|
(ii) |
deskrizzjoni qasira tas-sistema/i ta’ kontroll, inklużi speċifiċitajiet għall-istrumenti finanzjarji, fejn rilevanti; |
|
(iii) |
spjegazzjoni qasira dwar kif tiġi ssodisfata l-konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku. |
(c) Is-sistema ta’ kontroll u ta’ penali għall-kundizzjonalità
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi:
|
(i) |
deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontroll għall-kundizzjonalità; |
|
(ii) |
indikazzjoni tat-tipi ta’ verifiki għal kull SMR u KAAT; |
|
(iii) |
deskrizzjoni tas-sistema ta’ penali; |
|
(iv) |
id-definizzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ okkorrenza mill-ġdid u intenzjonalità; |
|
(v) |
indikazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll simplifikata għall-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar; |
|
(vi) |
informazzjoni dwar il-korpi ta’ kontroll kompetenti responsabbli għall-verifiki tal-istandards ta’ kundizzjonalità u r-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni. |
(d) Kundizzjonalità soċjali
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi:
|
(i) |
deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontroll għall-kundizzjonalità soċjali; |
|
(ii) |
deskrizzjoni tas-sistema ta’ penali għall-kundizzjonalità soċjali. Fejn il-kundizzjonalità soċjali tiġi applikata mill-2024 jew mill-2025, id-deskrizzjoni msemmija fil-punti (i) u (ii) għandha tiġi pprovduta sal-aktar tard fl-emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK kif approvata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115 qabel l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-kundizzjonalità soċjali. |
8. Modernizzazzjoni: AKIS u diġitalizzazzjoni
8.1. Struttura organizzazzjonali ġenerali tal-AKIS
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi spjegazzjoni tal-approċċ strateġiku ġenerali tal-AKIS abbażi tas-SWOT u valutazzjoni tal-ħtiġijiet li tiddeskrivi kif l-interventi u l-azzjonijiet se jaħdmu flimkien biex jikkontribwixxu għall-objettiv trasversali, imsemmi fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115.
8.2. Deskrizzjoni ta’ kif is-servizzi ta’ konsulenza, ir-riċerka, in-networks u l-interventi tal-PAK se jaħdmu flimkien fil-qafas tal-AKIS
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi spjegazzjoni tal-organizzazzjoni tal-kollaborazzjoni tal-konsulenti, tar-riċerkaturi u tan-networks tal-PAK. Għandu jiġi indikat jekk l-azzjonijiet previsti humiex ikkombinati ma’ miżuri jew ma’ strumenti rilevanti oħrajn fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u barra minnu.
8.3. Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tal-konsulenti tal-azjendi agrikoli
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi spjegazzjoni ta’ kif jiġi organizzat l-għoti ta’ pariri, billi jiġu integrati l-konsulenti kollha u billi jiġu koperti l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 15(2) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2115, filwaqt li jkun hemm konformità wkoll mar-rekwiżiti għall-imparzjalità stabbiliti fl-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament.
8.4. Deskrizzjoni ta’ kif jiġi pprovdut l-appoġġ għall-innovazzjoni
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi spjegazzjoni ta’ kif jiġu organizzati l-appoġġ għall-innovazzjoni u l-flussi tal-għarfien fi ħdan l-AKIS.
8.5. Strateġija ta’ diġitalizzazzjoni
Din is-sottotaqsima għandha tinkludi spjegazzjoni tal-approċċ strateġiku biex tingħata spinta lid-diġitalizzazzjoni, inkluż deskrizzjoni tal-approċċ kif il-miżuri skont l-istrateġija tad-diġitalizzazzjoni huma mfassla biex jevitaw jew jimmitigaw id-differenzi diġitali bejn ir-reġjuni, it-tipi ta’ negozji u l-gruppi tal-popolazzjoni.
9. Annessi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
9.1. L-Anness I dwar l-evalwazzjoni ex ante u l-valutazzjoni ambjentali strateġika (SEA) imsemmija fid-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10)
L-Anness I tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 115(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu jkun fih sommarju tar-riżultati tal-evalwazzjoni ex ante u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-evalwazzjoni ex ante u tas-SEA.
Skont l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li għandu jiġi vvalutat f’dik l-evalwazzjoni ex ante, ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu kkategorizzati skont:
|
— |
l-analiżi SWOT, valutazzjoni tal-ħtiġijiet; |
|
— |
il-loġika/kontribuzzjoni ta’ intervent għall-objettivi; |
|
— |
il-koerenza esterna/interna; |
|
— |
l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji; |
|
— |
l-outputs, ir-riżultati u l-istabbiliment tal-istadji importanti u tal-miri; |
|
— |
il-miżuri biex jitnaqqas il-piż amministrattiv; |
|
— |
l-istrumenti finanzjarji; |
|
— |
ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tas-SEA; |
|
— |
oħrajn. |
Għandu jissemma’ b’mod ċar kif ir-rakkomandazzjonijiet ġew indirizzati jew għandha tiġi inkluża ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ma ġewx ikkunsidrati.
Għandhom jiġu pprovduti links għall-evalwazzjoni ex ante kompluta u għar-rapporti tas-SEA.
9.2. L-Anness II dwar l-analiżi SWOT tas-sitwazzjoni attwali taż-żona koperta mill-Pjan Strateġiku tal-PAK
L-Anness II tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu jistabbilixxi f’analiżi SWOT l-elementi stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni għal kull objettiv f’konformità mal-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament. L-analiżi SWOT għandha tkun artikolata mill-erba’ elementi ewlenin: qawwiet, dgħjufijiet, opportunitajiet u theddidiet u għandhom jindikaw is-sorsi għad-data użata għajr l-indikaturi tal-kuntest.
9.3. L-Anness III dwar il-konsultazzjoni mas-sħab
L-Anness III tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 115(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu jinkludi l-eżiti tal-konsultazzjoni tas-sħab, u b’mod partikolari l-awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali u lokali, u deskrizzjoni qasira ta’ kif twettqet il-konsultazzjoni.
9.4. L-Anness IV dwar l-interventi għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton
L-Anness IV tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 115(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu jkun fih dan li ġej:
|
Il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-valutazzjoni SWOT/tal-ħtiġijiet u interventi oħrajn, b’mod partikolari:
|
test |
||||||
|
Il-komplementarjetà tal-intervent tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton mal-interventi l-oħrajn tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
test |
9.5. L-Anness V dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali
Fl-Anness V tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 115(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandha timtela l-informazzjoni li ġejja għal kull intervent fl-iżvilupp rurali li għalih jingħata finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 115(5), il-punti (a), (b) u (c) u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 146 tar-Regolament (UE) 2021/2115:
|
L-Artikolu fit-Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115 li skontu jingħata l-finanzjament |
test |
||||||
|
Il-bażi ġuridika nazzjonali għall-għoti tal-finanzjament |
test |
||||||
|
L-intervent fil-Pjan Strateġiku tal-PAK li għalih jingħata l-finanzjament |
test |
||||||
|
Il-baġit totali tal-finanzjament (f’euro) |
numru |
||||||
|
Indikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/2115 |
Iva/Le |
||||||
|
Komplementarjetà:
|
Indika dawk li huma applikabbli u pprovdi informazzjoni addizzjonali, jekk rilevanti. |
||||||
|
Kopert mill-Artikolu 42 tat-TFUE |
Iva/Le (jekk LE, indika l-istrument tal-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat) |
Fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, għandha timtela l-informazzjoni li ġejja għall-assistenza finanzjarja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2115:
|
L-ammont annwali stmat ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għal kull reġjun ikkonċernat u t-total għall-Istat Membru. |
test |
9.6. L-Anness VI dwar l-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali (fejn applikabbli)
L-Anness VI tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 115(6) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu jinkludi l-elementi stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni għal kull għajnuna nazzjonali tranżizzjonali individwali għal kull settur, fejn applikabbli.
|
(a) |
il-pakkett finanzjarju annwali speċifiku għas-settur għal kull settur li għalih tingħata għajnuna nazzjonali tranżizzjonali;
|
|||||||||||||||||||||||
|
(b) |
fejn rilevanti, għal kull settur, ir-rata unitarja massima ta’ appoġġ għal kull sena tal-perjodu, filwaqt li tiġi rispettata r-rata unitarja massima;
|
|
(c) |
fejn rilevanti, informazzjoni fir-rigward tal-perjodu ta’ referenza modifikat f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115;
|
|
(d) |
deskrizzjoni qasira tal-komplementarjetà tal-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali mal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
(1) Ir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 53).
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(5) Mappa taż-żoni kollha, ddeżinjata skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(8) ĠU L 147, 18.6.1993, p. 26.
(9) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).
(10) Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
ANNESS II
Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri relatati mal-SFC2021
1. Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni
|
1.1. |
L-iżgurar tal-operat ta’ sistema elettronika għall-iskambju uffiċjali u sigur ta’ informazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa “SFC2021”. L-SFC2021 għandu jkollha mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
1.2. |
L-iżgurar tal-karatteristiċi li ġejjin tal-SFC2021:
|
|
1.3. |
L-iżgurar ta’ politika ta’ sigurtà għat-teknoloġija tal-informazzjoni għall-SFC2021 applikabbli għall-persunal li juża s-sistema skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 (2). |
|
1.4. |
Il-ħatra ta’ persuna jew ta’ persuni responsabbli għad-definizzjoni, għaż-żamma u għall-iżgurar tal-applikazzjoni korretta tal-politika ta’ sigurtà għall-SFC2021. |
2. Responsabbiltajiet tal-Istati Membri
|
2.1. |
L-iżgurar li l-awtoritajiet tal-programm tal-Istat Membru identifikati f’konformità mat-Titolu VI tar-Regolament (UE) 2021/2115 kif ukoll il-korpi identifikati biex iwettqu ċerti kompiti taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità amministrattiva jdaħħlu fl-SFC2021 l-informazzjoni għat-trażmissjoni li tagħha huma responsabbli u kwalunkwe aġġornament għaliha. |
|
2.2. |
L-iżgurar tal-verifika tal-informazzjoni sottomessa minn persuna għajr il-persuna li tkun daħlet id-data għal dik it-trażmissjoni. |
|
2.3. |
Il-provvediment ta’ arranġamenti għas-separazzjoni tal-kompiti msemmijin fil-punti 2.1 u 2.2 permezz tas-sistemi ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istat Membru konnessi awtomatikament mal-SFC2021. |
|
2.4. |
Il-ħatra ta’ persuna jew ta’ persuni responsabbli għall-ġestjoni tad-drittijiet ta’ aċċess biex jissodisfaw il-kompiti li ġejjin:
|
|
2.5. |
Il-provvediment ta’ arranġamenti għar-rispett tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali għall-individwi, u tal-kunfidenzjalità kummerċjali għall-entitajiet legali f’konformità mad-Direttiva 2002/58/KE (3), u mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (4) u (UE) 2018/1725 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
2.6. |
L-adozzjoni ta’ politiki nazzjonali, reġjonali jew lokali dwar is-sigurtà tal-informazzjoni dwar l-aċċess għall-SFC2021 abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju applikabbli għall-awtoritajiet kollha li jużaw l-SFC2021 u l-indirizzar tal-aspetti li ġejjin:
|
|
2.7. |
It-tqegħid tad-dokument(i) li jkun fih/jkunu fihom il-politiki msemmijin fil-punt 2.6 disponibbli għall-Kummissjoni fuq talba. |
|
2.8. |
Il-ħatra ta’ persuna jew ta’ persuni responsabbli għaż-żamma u għall-iżgurar tal-applikazzjoni tal-politiki nazzjonali, reġjonali jew lokali dwar is-sigurtà tal-IT u li taġixxi jew li jaġixxu bħala punt ta’ kuntatt mal-persuna jew mal-persuni maħtura mill-Kummissjoni u msemmija fil-punt 1.4. |
3. Responsabbiltajiet konġunti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri
|
3.1. |
L-iżgurar tal-aċċessibbiltà jew direttament permezz ta’ interfaċċa interattiva għall-utent (jiġifieri applikazzjoni fuq l-Internet) jew permezz ta’ interfaċċa teknika bl-użu ta’ protokolli predefiniti (jiġifieri servizzi fuq l-Internet) li jippermettu s-sinkronizzazzjoni u t-trażmissjoni awtomatika tad-data bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Istati Membri u l-SFC2021. |
|
3.2. |
L-istabbiliment tad-data tat-trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u viċi-versa fl-iskambju elettroniku tad-data, li tikkostitwixxi d-data tas-sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat. |
|
3.3. |
L-iżgurar li d-data uffiċjali tiġi skambjata permezz tal-SFC2021, ħlief fejn isseħħ force majeure, u li l-informazzjoni pprovduta fil-formoli elettroniċi inkorporati fl-SFC2021 (“data strutturata”) ma tiġix sostitwita b’data mhux strutturata u, fil-każ ta’ inkonsistenza, dik id-data strutturata tipprevali fuq data mhux strutturata.
Fil-każ ta’ force majeure, ta’ ħsara fl-SFC2021 jew ta’ nuqqas ta’ konnessjoni mal-SFC2021, l-Istat Membru jista’, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jibgħat id-dokumenti f’forma oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni. Meta l-kawża ta’ force majeure tieqaf, il-parti kkonċernata ddaħħal fl-SFC2021 mingħajr dewmien l-informazzjoni diġà pprovduta f’forma stampata. |
|
3.4. |
L-iżgurar tal-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tas-sigurtà tal-IT ippubblikati fil-portal tal-SFC2021 u l-miżuri li huma implimentati fl-SFC2021 mill-Kummissjoni biex tagħmel it-trażmissjoni tad-data sigura, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-interfaċċa teknika bħala parti mis-sistemi ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istat Membru kif imsemmi fil-punt 2.3. |
|
3.5. |
L-implimentazzjoni u l-iżgurar tal-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà adottati għall-protezzjoni tad-data maħżuna u trażmessa permezz tal-SFC2021. |
|
3.6. |
L-aġġornament u r-rieżami annwali tal-politika ta’ sigurtà tal-IT tal-SFC2021 u l-politiki nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti dwar is-sigurtà tal-IT fil-każ ta’ bidliet teknoloġiċi, l-identifikazzjoni ta’ theddid ġdid jew żviluppi rilevanti oħrajn. |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta’ Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 6, 11.1.2017, p. 40).
(3) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).